Legislature:
Category:
Reset
Active:

Politika Soċjali — Tariffi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19493, jista' l-Ministru jgħid x'żidiet kien hemm minn Settembru 1998 f'xi tariffi regolati mill-Ministeru tiegħu jew xi entitajiet li hu responsabbli għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-każ tal-Korporazzjoni tax-Xogħol uTaħriġ it-tariffa għal ħruġ tal-work history u ta' l-employers's employee list saru Lm1.50 u Lm10 rispettivament minn Lm0.25. Dawn id-dokumneti jinħarġu b'xejn lill-persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol.

Impjiegi — Saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispeċifika fuq liema aspetti tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol? Il-gvern beħsiebu jitlob derogi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern mhux beħsiebu jitlob ebda deroga fejn jirrigwarda l-aspett tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea .

Ministeru għall-Politika Soċjali — Website

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu ħsieb li jiġi updated il-website tal-Ministeru għall-Politika Soċjali fejn insibu li, per eżempju, is-sezzjoni Pensjonijiet u Benefiċċji Soċjali, l-aħħar li ġiet updated kienet f'Awissu ta' l-1997?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema website qed jirreferi. Il-websute uffiċċjali tal-Ministeru għall-Politika Soċjali tinstab fuq l-indirizz http://www.msp.magnet.mt. Ninsab infurmat li din il-website tiġi aġġornata regolarment.

Djar — Requisition

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li għad għandhom ir-requisition fuqhom? F'liema lokal qegħdin? Kemm kien in-numru ta' postijiet li tneħħitilhom ir-requisition f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar ħames snin tneħħew 3008 rekwiżizzjoni.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Riċevimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif ġa kelli l-opportunita' inwieġeb l-Onorevoli Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorveoli membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Awtorita' tad-Djar — Ittra anonima

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-impjegat ta' l-Awtorita' tad-Djar li ismu qed jintbagħat separatament li ġie interrogat mill-pulizija nhar l-10 ta' Awissu, 2000 dwar allegata ittra anonima li ġiet mibgħuta lil impjegata oħra ta' l-awtorita' baqa' ma ġie kkuntattjat fl-ebda stadju mill-uffiċjali ta' l-awtorita', la biex isaqsuh x'ġara u għaliex ġabruh il-pulizija minn fuq ix-xogħol u lanqas biex jgħidulu jekk ismu ġiex ikklerjat mill-investigazzjonijiet li saru, jew mod ieħor? Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li l-awtorita' kienet fid-dmir li tinforma li dan l-impjegat dwar l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-investigazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hi s-suġġett ta' Inkjesta Maġisterjali li għadha mhix konkluża u għalhekk mhux il-każ li nikkummenta f'dan l-istadju.

Anzjana — Għajnuna Supplimentari

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma rċevitx l-għajnuna supplimentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jafx li fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hemm 9 residenti u 2 securities li jaħdmu hemm li għandhom virus fl-istonku li hemm possibilita' minn kontaminazzjoni mill-ikel tar-residenza? Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna/i li jsajru l-ikel tad-dar ta' Bormla? Qattx sar inspection fuq il-kċina? Jekk iva, meta u x'kien ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li preżentament mhemm ebda resident jew security officer fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla li qed isofri minn xi virus fl-istonku. Ninsab infurmat ukoll li fis-26 u 27 ta' Settembru kien hemm xi residenti li kienu qed isofru minn dan is-sintomu iżda, skond it-tobba li rawhom, dan ma kienx kawżat minn xi kontaminazzjoni ta' l-ikel iżda minn virus komuni għal dawn iż-żminijiet tas-sena. Li kieku kien hemm kontaminazzjoni mill-ikel tar-residenza, wieħed kien jistenna li numru ħafna akbar ta' residenti jsofru minn dawn is-sintomi u li dawn is-sintomi jkunu iktar gravi. Ninsab infurmat li t-tisjir f'din id-Dar isir minn impjegati tal-Healthcare Services Ltd, il-kumpannija privata li tmexxi l-istess Dar. Il-kċina tiġi spezzjonata regolarment mit-Taqsima ta' l-Institutional Food Hygiene tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. L-aħħar li ġiet spezzjonata kien f'Ġunju 2000, u r-riżultat kien wieħed sodisfaċenti.

Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilita' — Mobile text phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment, fid-dekasteru tal-politika soċjali jew il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilita', jipprovdix mobile test phones għall-persuni b'diżabilita' ta' nuqqas smiegħ? Jekk fl-affermattiv, x'proċedura trid tintuża biex wieħed japplika għal mobile text phone?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartimenti fid-dikasteru tal-Politiku Soċjali u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni f'Diżabilita' ma jipprovdux Mobile Text Phones għall-Persuni b'Diżabilita b'nuqqas tas-smigħ.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed jirċievi l-pensjoni li qed jirċievi? Jista' jgħid jekk hux intitolat għal pensjoni tat-Teżor? Jista' jgħid jekk hux se jibbenefikaw minn żieda meta jasal għal eta' ta' 61?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu indikata ġiet infurmata bil-miktub biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm xi tnaqqis fil-ħlas fix-xahar li qed titnaqqas mill-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tħoss il-ħlas ta' somma ta' Lm48 fix-xahar bħala piż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Membru huwa mitlub ikun aktar speċifiku biex tkun tista' tingħata Tweġiba.

Benefiċċji — Relief

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm nies ma baqgħux eliġibbli li jirċievu l-benefiċċji magħrufa bħala "tar-relief"? Jekk f'din is-sena kienx hemm żieda fin-numru ta' nies li ma baqgħux jieħdu r-relief jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal din iż-żieda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba u li tista' tinġabar bla ma taffettwa l-proċess tal-ħruġ tal-benefiċċji se tingħata f'xi Seduta oħra.

Benefiċċji — Relief

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm nies ma baqgħux eliġibbli li jirċievu l-benefiċċji magħrufa bħala "tar-relief"? Jekk f'din is-sena kienx hemm żieda fin-numru ta' nies li ma baqgħux jieħdu r-relief jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal din iż-żieda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18047.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin kemm applikaw nies biex jieħdu ċ-children's allowance? Kemm fil-fatt ħadu ċ-children's allowance? Kemm swiet lill-Gvern kull sena? Kemm qed jistima li se jonfoq il-gvern fuq children's allowance fis-sena 2000? Jista' jgħid kemm għad hawn familiji li suppost diġa' rċevew iċ-cheque taċ-children's allowance, imma fil-fatt għadhom qed jistennewh?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba u li tista' tinġabar bla ma taffettwa l-proċess tal-ħruġ tal-benefiċċji se tingħata f'xi Seduta oħra.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin kemm applikaw nies biex jieħdu ċ-children's allowance? Kemm fil-fatt ħadu ċ-children's allowance? Kemm swiet lill-Gvern kull sena? Kemm qed jistima li se jonfoq il-gvern fuq children's allowance fis-sena 2000? Jista' jgħid kemm għad hawn familiji li suppost diġa' rċevew iċ-cheque taċ-children's allowance, imma fil-fatt għadhom qed jistennewh?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex il-familja li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, ma ħadietx l-għajnuna supplimentari meta jinsabu bil-benefiċċju tal-qgħad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Benefiċċju tal-Qgħad

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-familja li tirċievi l-benefiċċju tal-qgħad għaliex qed jitnaqqsulu xi flus miċ-cheque tas-sigurta' soċjali li partikolaritajiet tagħha qe jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Awtorita' tad-Djar — Sussidji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara fiex wasal il-każ tas-sinjura li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, dwar sussidji mill-awtorita' ta' djar peress li s-saqaf tad-dar huwa perikoluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar infurmat lill-applikant dwar is-sitwazzjoni preżenti ta' l-applikazzjoni tagħha.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' ngħatax l-aħħar benefiċċju taċ-children's allowance meta din ilha li applikat minn Marzu 2000 għal dan il-benefiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.