San Pawl il-Baħar – Toroq Dawret il-Gżejjer u Wileġ – xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-WSC hux ser tkun qed twettaq xogħol marbut ma’ ħtiġijiet tal-WSC fit-toroq Triq Dawret il-Gżejjer, u Triq Wileġ, San Pawl il-Baħar? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess korporazzjoni talbitx xi konsultazzjoni ma' Transport Malta? Jekk iva, meta saret tali talba?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li m’għandhiex pjanijiet li twettaq xogħol marbut ma’ dawn it-toroq sakemm ma jkunx se jsir il-wiċċ tat-triq.
Il-Front ta’ Buġibba u l-Qawra u l-pjazza tas-Santana – bozoz maqtugħin
Question
Billi numru ta' bozoz li jinsabu fuq arbli tad-dawl, u li jeħtieġ li jiġu msewwija mill-Enemalta, matul il-front ta' Buġibba u l-Qawra, kif ukoll fil-pjazza hekk magħrufa bħala tas-Santana, jinsabu maqtugħa, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn l-istess dwal jissewwew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li fl-inħawi indikati f’din il-mistoqsija, hemm lampi li tieħu ħsiebhom Enemalta u oħrajn f’idejn il-Kunsill Lokali kkonċernat jew entitajiet oħra. Enemalta rċeviet talba waħda għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali konċernat dwar lampi f’dawn l-inħawi f’Novembru li għadda. Il-ħsarat indikati ġew irranġati mill-ewwel, ftit jiem wara. M’hemm l-ebda rapport ieħor pendenti mill-Kunsilli Lokali konċernati f’dawn l-inħawi minn dak iż-żmien ’l hawn.
Sadanittant, minkejja li f’dan il-każ ma ġietx segwita l-proċedura stabbilità, ċioè li r-rapporti ta’ lampi bil-ħsara għandhom isiru lill-Kunsilli Lokali u mhux direttament lil Enemalta, il-Kumpanija xorta spezzjonat il-post u fejn instab li hemm xi ħsarat, qed isiru t-tiswijiet meħtieġa. Instabu wkoll bil-ħsara għadd ta’ dwal oħra li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali konċernat. Dawn iridu jitranġaw mill-kuntratturi tal-Kunsilli Lokali, skont il-prassi stabbilita.
Principal mas-Servizz Pubbliku – eżami, interview u appointment
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qagħdu persuni għall-eżami ta’ Principal mas-Servizz Pubbliku u kemm għaddew minnhom? Kemm minn dawk li għaddew mill-eżami sal-lum, issejħu għall-interview? Kemm minn dawk li għaddew mill-eżami sal-lum, ingħataw l-appointment ta’ Principal mas-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li ħames mija u disgħa u ħamsin (559) persuna qagħdu għall-eżami, filwaqt li tnejn u erbgħin (42) kienu assenti (Total 601).
Minn dawk li qagħdu għall-eżami, mitejn u ħamsa u tmenin (285) ġabu l-marka minima indikata fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Il-proċess tal-għażla għadu għaddej u dan jinvolvi li jiġu mgħajjta għall-intervista skont kemm applikant ġab marki fl-eżami b’ordni ta’ mertu skont il-parametri tal-ftehim mal-unions konċernati.
Skrivani mas-Servizz Pubbliku – eżami, interview u appointment
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qagħdu persuni għall-eżami ta’ Skrivan mas-Servizz Pubbliku u kemm għaddew minnhom? Kemm minn dawk li għaddew mill-eżami sal-lum, issejħu għall-interview? Kemm minn dawk li għaddew mill-eżami sal-lum, ingħataw l-appointment ta’ Skrivan mas-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li elf u tnax-il (1,012) persuna qagħdu għall-eżami, filwaqt li mija u ħamsa u għoxrin (125) kienu assenti (Total 1,137).
Minn dawk li qagħdu għall-eżami, disa’ mija u tlieta u għoxrin (923) ġabu l-marka minima indikata fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Il-proċess tal-għażla għadu għaddej u dan jinvolvi li jiġu mgħajjta għall-intervista skont kemm applikant ġab marki fl-eżami b’ordni ta’ mertu skont il-parametri tal-ftehim mal-unions konċernati.
Każ ta’ individwu dwar id-Dipartiment tal-Artijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ dwar id-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li dettalji dwaru ngħataw separatamet ġie kkuntatjat u informat dwar il-proċedura li għandu jieħu sabiex iressaq il-każ tiegħu lid-Dipartiment Propjeta tal-Gvern.
San Pawl il-Baħar – fawran tad-drenaġġ ħdejn l-Iskola Primarja
Question
Billi qed jiġri spiss li ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar qed ikun hemm fawran tad-drenaġġ, u skont rapport f'ġurnal lokali ngħad li dan qed jiġri minħabba xogħol ta' tiswija fuq il-pompa tad-drenaġġ li hemm fil-Pwales, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta dan l-istess xogħol, u dwar jekk hux possibbli li jiġi ppjanat mod ieħor ħalli l-fawran ħdejn l-iskola ma jibqax jirriżulta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi qed isir xogħol ta’ upgrading fis-sistema tad-drenaġġ tal-Pwales biex din tiġi ħafna aħjar u tkun tiflaħ għaż-żieda fl-ammont ta’ nies fl-akwata ta’ San Pawl il-Baħar. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta din is-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għar-refurbishing tal-uffiċini fid-daħla tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif intgħażel il-kuntrattur u min hu l-kuntrattur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-kuntrattur, iprojects Ltd, intgħazel permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika (open call for tenders). Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €406,858.40 VAT ezkluza.
Hemm ukoll l-element tar-restawr tal-faccata tal-blokka. Il-kuntrattur, Vaults Co Ltd, intgħazel permezz ta’ sejħa ghall-offerti pubblika (open call for tenders). Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €46,663.30 VAT ezklua.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, rigward l-istorja tal-gabbani tal-Belt, kemm-il gabbana ġew affetwati, kemm nies spiċċaw bla xogħol? Kemm hemm gabbani li ġew rilokati, u kemm hemm gabbani li ngħatalhom post temporanju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ahhar xhur ta’ 2016 ġew effetwati sitt gabbani ta’ ħdejn il-funtana tat-Tritoni. Dawn kellhom il-kirja tterminata fl-2011 iża li baqgħu jokkupaw l-istess gabbana b’mera tolleranza ben konsapevoli illi l-proġett kien imminenti. Ebda waħda minn dawn il-gabbani ma giet rilokata f’post permanenti jew temporanju.
Kien hemm 8 gabbani ohra illi kienu qed jokkupaw art tal-gvern illegalment. Ebda waħda minn dawn il-gabbani ma ġiet rilokata f’post permanenti jew temporanju.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni f’position of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura 47 persuna f’position of trust mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Bħalissa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fadal 24 persuna f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
Ilma tal-pjan – residwi ta’ pestiċidi – riżultati ta’ testijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet tal-ilma tal-pjan li juru l-livell ta' residwi ta' pestiċidi li ttieħdu f'dawn l-aħħar tliet xhur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma li matul l-2016 saru analiżi fuq 39 stazzjon ta’ monitoraġġ tal-ilma tal-pjan f’Malta u Għawdex għal 34 pestiċidi. Fl-ebda każ ma nstabu livelli ta’ pestiċidi li jeċċedu l-livell ta’ 0. 1µg/l (parts per billion) indikat fid-Direttiva tal-Komunita’ Ewropea għall-protezzjoni tal-Ilma tal-Pjan (Dir 2016/118/EC).
Jista’ l-Prim Ministru jara li jiġi rranġat drenaġġ miftuħ fi sqaq li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-individwu ġie kkuntatjat u deher biċ-ċar li l-problema mhijiex ta’ drenaġġ iżda ta’ natura sanitarja li hija riżultat ta’ xogħlijiet li saru minn terzi fil-propjeta biswit dik indikata fil-mistoqsija parlamentari,
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29115 u 29261 u ċjoè: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma għal kull xahar ? Jista’ jgħid min approva dan l-overtime?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sas-27 ta’ Novembru 2016. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din l-impjegata fl-2011 meta l-overtime kien mizmum għall-impjegati kollha, thalliet taghmel 471 siegħa overtime f’sena u 555.75 siegħa overtime fl-2012.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29230 u ċjoè: jikkunsidra t-talba pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Artijiet għall-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien ittieħed b'possession and use u li qed jiġi okkupat b'mod illegali hekk kif żvelat permezz ta’ mistoqsija parlamentari 25414 fis-seduta 389 fis-16 ta' Mejju 2016, sabiex jingħata lura lis-sidien oriġinali ġaladarba d-Dipartiment tal-Artijiet m'għandux aktar bżonnu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jikkonsulta mad-Dipartiment li oriġinarjamnet għamel it-talba għall-akkwist ta’ din il-proprjetà biex jara jekk din il-proprjeta’ tistax tiġi rilaxxata lura lis-sidien oriġinali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie sospiż is-supply tal-elettriku fil-komun tal-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Għal liema raġuni ġie sospiż is-supply tal-elettriku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn ARMS Ltd. li minħabba l-Protezzjoni tad-Data, ma tistax tagħti informazzjoni fuq il-kontijiet tal-klijenti tagħha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għas-surface car park li qed issir fid-daħla tal-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif intgħażel il-kuntrattur u min hu l-kuntrattur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-kuntrattur, V&C Contractors Ltd, intgħazel permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika (open call for tenders). Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €145,250.15, VAT ezklu¿a.
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm ħallsu lura d-deputati parlamentari nazzjonalisti mill-ħlasijiet żejda li kienu ħadu fis-salarju tagħhom meta kienu taw lilhom infushom żieda ta’ €500 fil-ġimgħa? Jista’ jgħid kemm kull ex Ministru u Segretarju Parlamentari kien ħa żieda b’kollox? Kemm ħallas lura u kemm fadallu xi jħallas, deputat b’deputat?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex mogħtija b’xi titlu u jekk iva jagħti d-dettalji tat-titlu rispettiv?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament huwa tal-Gvern u m’hemm l-ebda titlu fuqu.
Billi d-dwal fuq l-arbli li hemm fi Triq il-Pijunieri, hekk kif tikser lejn Triq l-10 ta' Frar, ilhom bil-ħsara għal diversi ġimgħat, jista’ l-Prim Ministru jitlob lill-Enemalta biex twettaq it-tiswijiet neċessarji fuq dawn l-istess dwal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li t-tiswijiet meħtieġa fit-triq indikata tlestew fil-jiem li għaddew.
Fondi għand il-PA bħala parti mill-ħruġ ta’ permessi għall-bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif, lokalità b’lokalità dwar kemm huma l-fondi li hemm preżentement għand il-PA, jew f'xi fond ieħor li jista' qed jieħu ħsieb dawn il-flus, li huma miġbura permezz ta' ħlasijiet ta' CPPS, UIF, u ħlasijiet oħra li jista’ saru, bħala parti mill-ħruġ ta' permessi għall-bini, lokalità lokalità għal kull wieħed minn dawn is-sorsi differenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra it-tagħrif mitlub.