Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11339 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Prezzijiet taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema prezzijiet taż-żejt huwa maħdum il-pjan u l-estimi għas-sena 2000 li l-Enemalta għadha kemm ħarġet fir-rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Kif jitqabblu dawn il-prezzijiet mal-prezz taż-żejt tal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u sa fejn naf jiena nfurmat qatt ma ġiet pubblikata f'dan l-istadju. Barra minn hekk il-figuri huma maħdumin fuq perjodu ta' sena u għalhekk wieħed ma għandux iħares lejn dawn iċ-ċifri fuq perjodu qasir. Il-prezzijiet, daqs kemm jistgħu jitilgħu, daqstant ieħor jistgħu jinżlu.
Leg 9 PQ #11340 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Hedging Agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Ottubru 1999 kemm irċeviet flus taħt il-hedging agreement li ffirmat il-Korporazzjoni Enematla fi żmien il-Gvern Laburista?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fiz-zewg ftehim dwar il-hedging li saru mill-Gvern precedenti, bejn l-1998 u l-1999, sa l-ahhar ta` Ottubru, l-Enemalta ghadha minn taht madwar 5 miljuni Dollari Amerikani. Dan wara li ttiehed in konsiderazzjoni li matul l-ahhar xhur gie registrat qliegh ta` madwar 4 miljuni dollari Amerikani minhabba zieda fil-prezz taz-zejt.
Leg 9 PQ #11342 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — 3-phase meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex 3-phase meters? Kemm ilhom neqsin? Għaliex huma neqsin? Kemm ilhom ordnati? Fl-aħħar tliet xhur ġew ordnati minn dawn il-meters? Kemm waslu minnhom? Minn fejn inxtraw? Fejn twaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #11390 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm sar użu mis-servizzi tal-IPSE minn mindu ġiet imwaqqfa? X'qed isir biex ikun hemm tagħrif lil dawk li potenzjalment jistgħu jagħmlu użu mis-servizz li tagħti l-IPSE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa l-10 ta` Novembru, 1999, l-IPSE ikkuntatjat 1481 kumpanija li minnhom 315 gew irregistrati maghha. Saru laqghat ma` 201 kumpanija fejn gew diskussi l-programmi ta` l-IPSE u l-bzonnijiet individwali ta` kull intrapriza. F`147 kaz saret aktar minn laqgha wahda bhala follow up. L-IPSE hija nfurmata li hemm 66 pjan ta` ristrutturar (business plan) li l-klijenti qed jippreparaw skond il-guidelines suggeriti minnha. L-IPSE qed tiddiskuti hames `draft restructuring plans` mal-klijenti koncernati. L-IPSE qed tahdem fuq pjan ta` komunikazzjoni biex l-intraprizi li potenzjalment jistghu jaghmlu uzu mis-servizzi li toffri jkunu nfurmati dwar dan. Dan il-pjan jinkludi: 1. kuntatt permezz tat-telefon ma` klijenti li mhumiex irregistrati maghha biex dawn jigu mhajra jirregistraw. 2. pubblikazzjoni ta` newsletter, organizzazzjoni ta` seminars dwar `business planning`, laqghat individwali u laqghat ta` follow-up mal-klijenti biex ikunu nfurmati bl-attivitajiet u l-ghajnuna li tista` toffrilhom. 3. laqghat ma` istituzzjonijiet bhall-MDC, il-METCO, l-banek u ohrajn dwar ix-xoghol ta` l-IPSE. 4. xoghol fuq pjan ta` relazzjonijiet pubblici u centru ta` rizorsi biex jaqdi l-bzonn individwali tal-klijenti.
Leg 9 PQ #11412 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zejtun — Triq il-Huxlief - Bdil ta' bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza li tinsab fi Triq il-Huxlief, Żejtun, faċċata ta' Blk I, Housing Estate Ta' Ganza, Żejtun, li ilha madwar sitt xhur maqtugħa, tinbidel?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta`l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta biex jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #11420 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew approvati proġetti ta' investiment ġdid mill-MDC mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' jgħid ukoll, fil-każ ta' investiment barrani, minn liema pajjiż ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

Qormi — Kappella Santa Katerina

Question

Jista' l-Ministru jara jekk kemm-il darba l-kappelli li hemm f'Ħal Qormi, senjatament dik magħrufa bħala Santa Katerina, għandhomx xi kaxxi tal-Maltacom p.l.c. mwaħħlin magħhom jew humiex qegħdin viċin tant li jikkaġunaw ħsara u jkerrħu l-ambjent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

Kordin — Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fabbriki li preżentement m'huma okkupati minn ħadd jew li fihom waqfet il-produzzjoni ġewwa z-zona industrijali ta' Kordin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-fabbriki vojta fiz-zona industrijali ta` Kordin huma kollha okkupati jew qeghdin fil-process li jigu allokati. L-unika fabbrika li ghadha mhix allokata hija dik li nqasmet f`hafna `units` zghar li ghandhom iservu ghal progett li hemm mahsub.

Kordin — Zona industrijali - tindif

Question

Jista' l-Ministru jara jekk kemm-il darba huwiex possibbli li l-biċċa art li hemm f'idejn l-Enemalta fiz-zona industrijali ta' Kordin u li kienet tiġi wżata bħala post fejn jintremew biċċiet ta' l-arbli eċċ. u li waqgħet in diżużu tiġi debitament imnaddfa u okkorrendo mogħtija għal skopijiet verament industrijali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent l-Enemalta qed tistenna evalwazzjonijiet u permessi mingħand dipartimenti u entitajiet tal-Gvern biex tkun tista' tagħmel użu aħjar mill-art li għaliha qed issir referenza. Tajjeb jingħad li fuq din l-art l-Enemalta diġa għamlet ċertu investiment u għalhekk għandha bżonnha biex issostni dan l-investiment.
Leg 9 PQ #11510 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Fanali

Question

Jista' l-Ministru jara li l-fanali ta' ħdejn iċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata jkunu jixgħelu kollu u dawk li huma mkissra jiġu rranġati?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta biex tittiehed l-azzjoni necessarja.
Leg 9 PQ #11219 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Ħaddiema

Question

Peress li dan l-aħħar il-General Workers Union qalet li ma kenitx lesta li taċċetta ħlas ta' arretrati lill-ħaddiema tat-Tarzna f'forma ta' bonus,jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux veru li l-istess GWU aċċettat din il-kondizzjoni f'każijiet simili imma f'kumpanniji oħra tal-Gvern? Jekk fil-pożittiv, jista' l-Ministru jispeċifika għal-liema każi l-union aċċettat dawn il-kondizzjonijiet u jgħid x'qed iwassal lil union issa ma taċċettax din il-ħaġa għal ħaddiema tat-Tarzna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sa fejn naf jien, il-kumpaniji li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma jiffurmawx parti mid-dekasteru tiegħu u għaldaqstant mhinix f'pożizzjoni li nagħti tweġiba.
Leg 9 PQ #11239 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Rapport

Question

B'riferenza għal dak li ntqal fir-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li ġew ingaġġati konsulenti sabiex jagħmlu activity based costing exercise, min huma l-konsulenti konċernati? Kif ġew magħżula u x'inhu l-valur tal-kuntratt tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9954 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema fil-Freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru, 1999? Kemm mistenni li jidħlu ħaddiema aktar fil-Freeport fis-sitt xhur li ġejjien u f'liema gradi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn il-15 ta' Settembru 1998 u t-30 ta' Settembru 1999, il-Malta Freeport Corporation Limited impjegat 46 ħaddiem ġdid. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ta' min jgħid li l-ingaġġ ta' ħaddiema jsir skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #11215 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha mpjegati l-IPSE, x'kategoriji differenti ta' mpjegati għandha, x'tip ta' kuntratti għandhom l-impjegati u kemm minn dawn l-impjegati huma fuq loan jew on secondment minn dipartmenti oħra tal-gvern jew korporazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent l-IPSE timpjega 15-il persuna mqassmin f'dawn il-gradi 1 Kap Eżekuttiv, 5 Managers, 7 Executives u 2 Skrivani. Minn dawn l-impjegati, disgħa għandhom kuntratt definit ta' sena u s-sitta l-oħra qed jaħdmu b'kuntratt indefinit. M'hemm l-ebda impjegat li huwa 'on loan' jew 'on secondment' minn xi dipartiment jew korporazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-Gvern.
Leg 9 PQ #11216 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-chairman ta' lPSE u min huma l-membri fuq il-bord ta' l-istess organu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10910 fis-Seduta numru 174.
Leg 9 PQ #11217 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-kuntratt li għandu l-Kap Eżekuttiv ta' l-IPSE, jgħid meta sar il-kuntratt, x'salarju għandu x'benefiċċji oħra jinkludi minbarra s-salarju? Il-kuntratt huwa wieħed definit?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11218 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-impjegati tal-IPSE għandhom kuntratt definit ta' xogħol, jgħid min huma u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-disa' impjegati ta' l-IPSE li bħalissa qed jaħdmu b'kuntratt definit ta' xogħol jokkupaw dawn il-gradi 1 Kap Eżekuttiv, 5 Managers u 3 Executives.
Leg 9 PQ #11236 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Tiswija ta' mains

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi Ekonomiċi għamlet xogħol ta' tiswija ta' main ta' Ta' Qali fi Triq il-Ferrovija l-Qadim, Balzan u nkixef l-embankment tal-Ferrovija, sarux xi diskussjonijiet sabiex dan il-fdal storiku jiġi restawrat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-aħħar ħsarat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha fuq il-kanna prinċipali tal-ħruġ tal-ġibjuni ta' Ta' Qali kienu lejn Mejju/Ġunju 1999. F'dawn iż-żewġ okkażjonijiet il-post tal-ħsara kien jew Triq il-Linja kantuniera ma' Triq San Anton jew Triq il-Linja kantuniera ma' Triq Schembri, it-tnejn f'Ħ'Attard. L-'embankment' tal-ferrovija inkixef fi triq il-Linja kantuniera ma' Triq Schembri u dan kien mirdum ġo fond ta' sitt membri (18-il pied) taħt wiċċ it-triq u f'nofs Triq il-Ferrovija. Ma saru l-ebda diskussjonijeit sabiex dan l-'embankment' jiġi konservat għaliex l-istess 'embankment' kien iffurmat mill-blat li kien imqatta forma ta' kanal wiesgħa sabiex minnu tgħaddi l-ferrovija.