Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #951 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Privati — Servizz ta' emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li s-servizz tal-Emerġenza li kien jingħata mis-St James Hospital ta' Ħaż-Żabbar u mill-Capua Hospital ta' Tas-Sliema mill-Ġimgħa filgħaxija sa t-Tnejn filgħodu, se jieqaf mit-3 ta' Mejju 2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li dan is-servizz se jieqaf?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onprevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1330 fejn ingħatat ir-raġuni għaliex dan is-servizz twaqqaf.
Leg 12 PQ #959 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet — Policy dwar it-tipjip

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 375, jista' l-Ministru jagħti tweġiba kompleta u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq din il-policy u jekk hemmx xi ħsieb li din il-policy tiġi mibdula? Jekk iva, x'tibdil se jsir u għaliex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx l-ebda ħsieb li nbidlu din il-policy.
Leg 12 PQ #960 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina Risperidone depot

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li għandhom bżonn il-mediċina Risperidone depot u li qed jiġu approvati fuq din il-mediċina mid-dipartiment konċernat peress li jikkwalifikaw skont il-protokolli eżistenti, mhumiex filfatt qed jingħataw din il-mediċina? Min ħa tali deċiżjoni li l-pazjenti ma jinbdewx fuq din il-mediċina u għaliex? Ma jaħsibx li tali dewmien għal dan it-trattament jista' jwassal sabiex il-pazjenti jiddetterjoraw u possiblment anke jwassal għal ħtieġa ta' kura fi sptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #961 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Għoti ta' mediċini — pjanijiet ta' reimbursement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' reimbursement għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X`konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1261 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Simvastatin

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Simvastatin tinsab out of stock? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'alternattivi qed jingħataw il-pazjenti sakemm din il-mediċina terġa' tkun disponibbli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Mediċina Simvastatin tinsab disponibbli in stock.
Leg 12 PQ #1262 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Buscopan

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Buscopan tinsab out of stock? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'alternattivi qed jingħataw il-pazjenti sakemm din il-mediċina terġa' tkun disponibbli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mediċina Buscopan li jintużaw fl-isptar huma disponibbli u jinsabu in stock.
Leg 12 PQ #1366 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care — kap eżekuttiv - remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x`inhu s-salarju, allowances, overtime, u benefiċċji oħra li l-personal assistant tal-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care tħallset matul is-sena 2013, xahar b`xahar, u jindika kemm-il siegħa ta' overtime jew sigħat ta' on-call inħadmu? Min jawtoriżża u japprova dawn l-ammonti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1636 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – house visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa f’kull xahar bejn Novembru 2012 u April 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1638 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Lung Cancer – każijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm new cases ta’ primary lung cancer f’Malta u Għawdex f’kull xahar bejn l-2008-2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-istatistika miġbura mir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer kien hemm total ta’ 923 persuni li mardu bil-kanċer tal-pulmun fis-snin 2008 sal-2012.
Leg 12 PQ #1639 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tiġdid tal-Kartuna r-Roża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk li għandhom il-kartuna r-roża permezz tal-SLH145 minn qabel Marzu 2012 għadhomx intitolati li jġeddu l-SLH 145 u jibqgħu għalhekk iġeddu l-kartuna r-roża? X’jiġri fil-każ li l-pazjent jitlef l-SLH145?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1640 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek –spiżeriji tal-Gvern

Question

Ġaladarba l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tkun mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha, jista’ l-Ministru jgħid liema spiżeriji tal-Gvern se jitħallew miftuħa apparti mill-ispiżeriji tal-isptarijiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ġaladarba l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tkun mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha, l-ispizerija tal-Gvern tal-Furjana se tibqa' miftuħa.
Leg 12 PQ #1662 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Parkeġġ VIP

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-immaniġjar tal-parkeġġ tal-VIP fl-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat l-kumpanija Parksec hi responsabbli mill-immaniġjar tal-parkeġġ tal-VIP, skont il-proceduri u l-istruzzjonijiet tal-maniġment tal-Isptar.
Leg 12 PQ #1664 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 453, peress li tal-Customer Care kellhom jikkuntajtaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u milli jidher dan l-individwu għadu ma ġiex ikkuntatjat, jista' jagħmel follow up ta' dan il-każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan il-każ ġie solvut.
Leg 12 PQ #193 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — konsulenzi mogħtija b'direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-11 ta’Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħaw taħtu, ingħataw 2 Direct orders mill-Isptar Monte Carmeli mis-Sur Mark Vella Bonano għal servizz ta’ accountancy għall-prezz ta’ €7,486 u sur Alex Cutajar għal site inspections għall-prezz ta’ €100.
Leg 12 PQ #272 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ilmenti lill-customer care

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti fil-customer care tal-Isptar Mater Dei matul l-2012? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti? Kemm-il każ kien magħluq u kemm-il każ għadu miftuħ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #273 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet — Persuni fuq waiting lists

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sab persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni f'dawn l-oqsma: kirurġija ġenerali, uroloġija, newrokirurġija, kirurġija plastika, kirurġija tat-tfal, ENT, ġinekoloġija, oftamoloġija, ortopedija, kirurġija tal-qalb u dentistrija, fl-isptarijiet tal-Gvern meta sar Ministru u kemm ilhom jistennew f'kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li każijiet li jkunu ta’ natura Elective, li ma jkunux urġenti, jitpoġġew fuq il-waiting list skond in-natura tal-każ, filwaqt li dawk li jkunu urġenti jsiru minnufih. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #274 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sab mediċini out of stock meta sar Ministru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sal- 11 ta’Marzu b’kollox kien hemm 183 mediċina out of stock. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relevanti.
Leg 12 PQ #956 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — managers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 242 u jagħti spjegazzjoni għalfejn sitt managers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, u li f'dawn l-aħħar ġranet ġew mogħtija grad fi skala sitta, wara biss ġimgħa ġew avżati li ma kenux eliġibbli għall-istess grad?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma’kellniex pożizzjoni ta’ managers li ġew appuntati f’dawn l-aħħar xhur.
Leg 12 PQ #957 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — tqassim ta' ikel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 245 u jgħid għalfejn nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013 f'nofsinhar il-pazjenti ġewwa s-sala Gynae tal-Isptar Mater Dei ma tqassmilhomx l-ikel regolari u kawża ta' hekk il-pazjenti baqgħu għal ħin twil mingħajr ikel u kielu għal ħabta tas-2.30 p.m.?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fid-data msemmija, waqt xogħol ta’ manutensjoni fis-sala msemmija, involontarjament giet mitfijja l-B Pod. Dan ikkaġuna dewmien biex jitqassam l-ikel. Min naħa tagħna, filwaqt li niskużaw ruħna mal-pazjenti, li forsi seta’ ikkawżalhom xi inkonvenjenza, nirringrazzjaw lill-Onorevoli Interpellant tal-mistoqsija, li bis-saħħa ta’ dan sirna nafu bl-inċident u għalhekk se nieħdu passi biex dan ma jerġgħax jirrepeti ruħu.
Leg 12 PQ #958 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ITU - Deputy Nursing Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 247 u jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma assenjati fil-preżent ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.