Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-Anzjani — Impjegati mħarrġa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-djar tal-anzjani liċenzjati? Kemm minnhom huma mħarrġa billi segwew xi kors dwar l-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul — Dħul ta’ pazjenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2811, tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji ta’ kemm pazjenti ġew ammessi fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn postijiet oħra bħall-Isptar Karin Grech, djar tax-xjuħ u mill-komunità, u tagħti d-dettalji dwar il-lokalità tar-residenza tal-istess pazjenti (il-lokalità ta’ residenza hekk kif imniżżla fl-ID card).

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam tad-Djar — xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1222 u tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern (ġardina ta' qasam tad-djar), li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — ħatriet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2891, tista' l-Minsitru tgħid jekk l-għażla ta’ assistenta personali tal-Kap Eżekuttiv saritx permezz ta' sejħa pubblika? Il-persuna magħżula kienet impjegata fis-settur pubbliku jew idaħħlet minn barra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni inkwistjoni hija waħda ta’ fiduċja u l-persuna magħżula ddaħħlet minn barra s-settur pubbliku.

Residenza San Vinċenz de Paul — ħatriet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2891 dwar l-assistenta personali tal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar San Vinċenz de Paul, tista' l-Ministru tgħid l-ammont tal-allowance tal-karozza msemmija fl-istess risposta għal kemm perjodu ta’ żmien huwa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-benefiċċju tal-karozza tal-assistenta personali tal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar San Vinċenz de Paul huwa fis-sena u għad-durata tal-kuntratt (sentejn).

Residenza San Vinċenz de Paul — rwol ta' deputat parlamentari

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2892, tista' l-Minsitru tgħid jekk il-persuna imsemmija għandhiex rwol fil-management ta’ dan l-isptar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna inkwistjoni huwa konsulent tal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali b’attenzjoni partikolari fuq l-Isptar San Vinċenz de Paul. Huwa ma jagħmilx parti mill-maniġment ta’ dan l-istess sptar.

Residenza San Vinċenz de Paul — rwol ta' deputat parlamentari

Question

B’referenza għall-mistqoijsa parlamenatri 2892, tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna imsemmija hux se jkollha staff assenjat fl-uffiċċju tagħha? Jekk iva min huma u x’se tkun jew x’inhi l-funzjoni tagħhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija m’għandha ebda staff assenjata magħha.

Admissions Boards tal-Anzjani

Question

Tista' l-Minsitru tgħid jekk ġiex ikkostitwit l-Admissions Boards tal-Anzjani li jitolbu dħul f’xi residenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bord inkwistjoni ma kienx ikkostitwiet. Dan il-proċess qiegħed isir minn tim multi-dixxiplinarju fl-Isptar Karin Grech skont l-aqwa prattiċi, inkluż dak ta’ klassifikazzjoni ta’ dipendenza u/jew indipendenza tal-pazjent hekk kif issuġġeriet fil-passat fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.

Ministeru għall-Familija u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi mill-2004

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri ta’ matul il-jum għall-anzjani

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Kemm persuni anzjani jattendi f'kull ċentru, u kemm hemm nies impjegati f'kull ċentru? Tista' l-Ministru tindika fejn hu maħsub li jinfetħu ċentri oħra u meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kumitat tal-heatwave — laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk u kemm-il darba ltaqa’ l-kumitat tal-heatwave, minn wara l-elezzjoni ’l hawn? Meta ltaqa’ u min attenda għal dawn il-laqgħat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ security officers

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2887, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-erba’ security officers fir-Residenza San Vinċen¿ De Paul li kien ħarġilhom transfer talbux huma biex jiġu trafseriti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-trasferimenti inkwistjoni saru skont l-esiġenzi tas-servizz.

Djar tal-anzjani – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu transfers ta’ staff mid-djar tal-anzjani mill-elezzjoni ’l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Minn liema djar tal-anzjani, u fejn intbagħat jaħdem kull ħaddiem?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-trasferimenti li saru mid-djar tal-anzjani mill-elezzjoni ‘l hawn.

Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet strutturali u ta’ refurbishing

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2890, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma x-xogħlijiet li qed isiru fil-blokk ewlieni fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet? Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji ta’ kull biċċa xogħol li qed issir?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-blokk ewlieni fl-Isptar San Vinċenz de Paul, liema xogħlijiet qegħdin isiru wara telqa’ ġenerali ta’ ħames snin.

Pensjoni tar-romol – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għala l-pensjoni tar-romol li tingħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se titwaqqaf għax għandha tifla li għadha tistudja iżda li ħa tgħalaq 21 sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Benefiċċji soċjali — żidiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3265 u tgħid x’zidiet fil-benefiċċji soċjali se jingħataw fil-ġranet li ġejjin? Kemm hu l-ammont globali ta’ din iż-żieda u kemm persuni se jibbenefikaw minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li z-zidiet saru fis-6 ta’ Lulju u ngħataw lil dawk il-familji li jirċievu l-Allowance għat-Tfal u jgħixu bil-paga minima nazzjonali u lil dawk il-persuni li laħqu l-età ta’ 65 sena, qegħdin f’riskju ta’ faqar u jirċievu l-Għajnuna Supplimentari. Skont l-informazzjoni miġbura jirriżulta illi bil-mizura għall-Allowance għat-Tfal għandhom jibbenefikaw madwar 4,095 familja bi spiza globali ta’ madwar €475,000 filwaqt illi bil-mizura tal-Għajnuna Supplimentari għandhom jibbenefikaw 4,512 persuni bi spiza globali ta’ madwar €450,000.

Djar għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il dar residenzjali għall-persuni b' diżabilità huwa ppjanat li jiftaħ il-Gvern matul din il-Leġiżlatura? Kemm huwa maħsub li jiżdiedu postijiet f'dawn id-djar ma’ dawk li diġà jeżistu fil-preżent?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern jemmen tabilħaqq f’soċjetà ġusta u għalhekk li mill-bidunett beda jaħdem biex fis-snin li ġejjin kull persuna b’diżabbiltà tinstabilha residenza li jisħoqqilha meta tiġi bżonnha. L-għadd ta’ postijiet se jkun qed jiżdied skont in-numru ta’ persuni b’diżabbiltà li jagħżlu dar komunitarja tal-Gvern. Kien għal dan il-għan ukoll li l-Gvern beda jħejji l-pjani tiegħu biex isaħħaħ l-Aġenzija Sapport li fil-leġiżlatura li għaddiet ma rnexxilhiex tħaddem dar residenzjali waħda ġdida tal-Gvern. Fl-istess waqt nista’ nassigura lill-interpellant li dan il-Gvern mhu se jiftaħ ebda dar residenzjali għall-persuni b’diżabbiltà li d-dħul għaliha lanqas biss huwa skont il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà bħalma sar f’ B’Bugia qabel l-elezzjoni generali.

Birżebbuġa — Dar għal tfal b’diżabilità – ingaġġ ta’ staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi staff jonqos jiġi ingaġġat biex tkun tista’ tibda topera d-dar residenzjali għat-tfal b'diżabilità f' Birżebbuġa? Fejn wasal il-proċess biex jiġi ingaġġat dan l-istaff? Kemm hemm staff li diġà ġie ingaġġat u f’liema pożizzjonijiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija SAPPORT s’issa ingaġġat leader, professional support worker, 2 support workers (full-time) u 3 support workers (part-time). Biex l-Aġenzija tkun tista’ tilqa’ l-ewwel żewġ klijenti – li għandhom bżonn support kontinwu (1:1) u li digà bdew it-transizzjoni tagħhom – ħalli jibdew jgħixu fid-dar b’mod permanenti, hemm bżonn ta’ 5 support workers (full-time) u 4 support workers (part-time) b’kollox. Dan ifisser li fadal 3 support-workers (full-time) u 1 support worker (part-time) biex jiġu impjegati. Dawn il-pożizzjonijiet huma kollha approvati mill-Gvern u allura hemm il-fondi għalihom. L-impjegati li diġà ġew ingaġġati bħalissa jużaw il-ħin kemm għat-transizzjoni tal-ewwel żewġ klijenti kif ukoll qegħdin jaħdmu fil-bqija tar-residenzi tal-Aġenzija biex jieħdu t-taħriġ neċessarju. Il-proċess ta’ reklutaġġ għal pożizzjoni ta’ support worker reġa’ beda f’dawn l-aħħar ġimgħat però ma nstabux biżżejjed kandidati għall-bżonnijiet kollha li hemm fl-Aġenzija bħalissa. Għalhekk kellha toħroġ it-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet u li din għalqet it-Tnejn 1 ta’ Lulju, 2013.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – xogħol f’Għawdex

Question

Peress li ammont sostanzjali ta' back office work tad-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali jsir f'Għawdex u peress li fis-sena 2012 ix-xogħol fuq iċ-children's allowance beda jsir ukoll minn Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid liema xogħol ieħor tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa maħsub li jibda jsir minn Għawdex? Meta hu ppjanat li aktar xogħol jibda jsir minn Għawdex u kemm hu maħsub li jkun hemm bżonn impjegati taċ-Ċivil Għawdxin biex jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – servizz fil-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid f’liema kunsilli lokali sal-aħħar ta' Frar 2012 kien qed jingħata s-servizz mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lir-residenti ta' dawk il-lokalitajiet? Tista' tagħti l-ġranet u ħinijiet fil-każ ta' kull kunsill fejn kien qed jingħata dan is-servizz? Tista' tikkonferma li dan is-servizz se jibqa' jingħata? Hemm il-ħsieb li dan jiġi estiż f'lokalitajiet oħra? Jekk iva, meta u f’liema lokalitajiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.