Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-proprjetà li qabel kienet l-Għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn għaddiet f’idejn l-Ministeru tiegħu? Jekk iva, jista’ jindika x’ser jsir minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiema hemm fil-grad A f'Heritage Malta u kemm minnhom għandhom livell MQF 6 jew iktar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li hemm 77 ħaddiem fil-grad ‘A’ f’Heritage Malta li 53 minnhom għandhom livell MQF 6 jew iktar.
Għandi nifhem li l-Onor Interpellant jieħu gost b'dawn it-tip ta' riżultati fi dan l-istaff ta' din l-Aġenzija tant importanti f'pajjiżna.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15165, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' Heritage Malta f'każ ta' ħruq f’dawn il-postijiet f'ħin meta ma jkunx hemm ħaddiema preżenti? Jista’ jikkonferma li kull ħaddiem ta’ Heritage Malta kif ukoll il-kuraturi jafu jużaw il-fire extinguishers u għandhom għarfien tajjeb ta’ pjan ta' evakwazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-uffiċjali kollha tas-sigurtà huma avżati li f’każ ta’ ħruq għandhom immedjatament iċemplu 112 għall-assistenza u wara jċemplu lil uffiċjali responsabbli mis-sit. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ipprovdut taħriġ xi snin ilu għal grupp ta' mpjegati ta’ kull grad u li jkopru s-siti kollha. Dan it-taħriġ kien jinkludi s-Sigurtà u s-Saħħa u proċeduri bażiċi ta’ evakwazzjoni, l-ewwel għajnuna u Prevenzjoni tan-Nar u l-għarfien dwar l- użu prattiku taċ-ċilindru għat-tifi tan-nar. Issa reġa’ wasal iż-żmien għal iktar taħriġ u ninsab infurmat li filfatt beda taħriġ għall-impjegati l-ġodda ta’ Sant’Iermu.
Heritage Malta – esibizzjoni dwar l-Assedju l-Kbir fil-Palazz tal-President
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta Heritage Malta ser tinawgura l-esibizzjoni dwar l-Assedju l-Kbir ġewwa l-Palazz tal-President? Jista' jgħid kemm-il artifatt se jkun hemm esibit li ġejjin minn mużewijiet barra minn Malta? Jista' jgħid min hu l-Kuratur responsabbli minn din l-esibizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-wirja li tikkommemora l-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir fil-Palazz tal-President se tiġi inawgurata fl-4 ta’ Settembru. Se jkun hemm madwar 15-il oġġett minn mużewijiet u kollezzjonijiet barra minn Malta, filwaqt li l-aspett kuratorjali qed jitmexxa mid-Dipartment tal-Istorja Marittima u Militari ta’ Heritage Malta.
M’għandix dubju li l-Onor Interpellant huwa kburi daqsi bil-livell għoli ta’ professjonalità li uriet Heritage Malta fit-tħejjija ta’ din il-kommemorazzjoni.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li Heritage Malta m’għandha l-ebda ħsieb li tieħu taħt idejha t-tempji ta’ Kordin III?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li bħalissa għaddejjin taħdidiet ħalli jibdew il-proċeduri meħtieġa sabiex it-tempju msemmi jgħaddi f’idejn Heritage Malta.
Tempji ta’ Ħal Tarxien u Forti Sant Anġlu — inawgurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu inawgurati l-proġetti tat-tined tat-Tempji ta’ Ħal Tarxien, u l-Forti Sant Anġlu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li x-xogħol fuq iż-zewġ siti msemmija għaddej b’ritmu tajjeb u t-tnejn li huma għandhom jiġu inawgurati iżjed tard din is-sena.
M'għandix dubju li l-Onor. Interpellant jieħu gost jisma' b'dawn ir-riżultati sbieħ li Heritage Malta qed tikseb.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ċivili pendenti għandha Heritage Malta? Jista’ jgħid x’inhi n-natura ta’ dawn il-kawżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-kawżi ċivili pendenti ta’ Heritage Malta huma s-segwenti:
MALTATICKET.COM vs HM – kawża rigward nuqqas ta’ qbil dwar it-terminu tal-kuntratt ta’
ticketing service
li kien ġie ffirmat fit-2007.
HM vs MALTATICKET.COM – kawża pendenti fuq flus li għandu jagħti MALTATICKET.COM lil HM fuq bejgħ ta’ biljetti fl-aħħar tlett xhur tal-2012.
AGM vs HM – kawża kontra HM rigward nuqqas ta’ qbil fl-interpretazzjoni ta’ kuntratt li jirrigwarda provediment ta’ audioguides tal-Katakombi ta’ San Pawl.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li mill-Qorti weħlet sentenza ta’ ħabs li hi anqas minn sena, għal reat li kien l-ewwel wieħed tagħha, u din il-persuna kienet impjegata mal-Gvern, mal-AFM, hix intitolata li terġa’ tingħata x-xogħol wara li toħroġ mill-ħabs?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħidilna kemm il-siegħa overtime ingħatat is-sezzjoni tal-kuratorjat minn Marzu tas-sena 2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li bejn Marzu 2013 u April 2015 ġew mogħtija 24,476 siegħa overtime fid-diviżjoni kuratorjali, li minbarra l-kuraturi tinkludi wkoll il-Visitor Services u dipartimenti oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex din is-sena Heritage Malta organizzat induction għal ċertu ħaddiema ġodda biss filwaqt li oħrajn ġodda tħallew barra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li kull ħaddiem ġdid ta’ Heritage Malta kellu induction skont il-bżonn partikolari tax-xogħol ġdid li jkollu l-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabilitajiet tal-Visitor Services Manager, is-Site Manager Sant'Iermu, il-Kuratur anzjan u Kuraturi oħra li jaħdmu ma’ Heritage Malta vis-à-vis is-sit ta' Sant’ Iermu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Forti Sant’Iermu, bħal kull sit u mużew ieħor ta’ Heritage Malta, jitmexxa mil-Kuratorjal b’kollaborazzjoni ma’ dipartimenti amministrattivi oħra, fosthom il-Visitor Services. Għaldaqstant, Forti Sant Iermu jaqa’ taħt ir-responsabilità tad-Dipartiment tal-Istorja Militari u Marittima, li jitmexxa minn Kuratur Anzjan. Fl-istess waqt, kemm il-Forti Sant’Iermu nnifsu u kif ukoll il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra li jinsab ġo fih għandhom kuratur iddedikat għalihom. L-operat tas-sit u tal-mużew jaqgħu taħt it-tmexxija tad-Dipartiment tal-Visitor Services. Barra minn hekk, peress li Sant’Iermu huwa aktar kumpless minn kull post ieħor immexxi minn Heritage Malta, inħasset il-ħtieġa li jinħatar manager għall-amministrazzjoni ġenerali tas-sit. Dan il-manager huwa responsabbli ukoll miż-żamma tal-partijiet pubbliċi ġewwa l-forti u l-amministrazzjoni ta’ kull attività kulturali u kummerċjali. Iż-żewġ aspetti, dak kuratorjali u dak amministrattiv, jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Kap Kuratur.
Esibizzjoni The Roman Inquisition in Malta — riklami
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-riklami tal-esibizzjoni The Roman Inquisition in Malta li saru fuq l-electronic bilboards madwar il-pajjiż? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-cost benefit analysis li sar sabiex ittieħdet id-deċiżjoni li jiġu investiti dawn il-flus? Jista’ jgħidilna meta ħarġet l-expression of interest għal dawn ir-riklami?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li r-riklami msemmija ma swew ebda flus u dan għax ġew mogħtija bħala patrunaġġ lill- Aġenzija. Għaldaqstant, ma kien hemm bżonn isir l-ebda cost benefit analysis jew expression of interest għal dan l-iskop.
Għadni nifhem li l-Onor Interpellant jieħu gost b'dawn l-affarijiet u jabbraċċjahom.
Heritage Malta – Education Manager/Senior Executive
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta abolixxiet il-post ta' Education Manager u minflok ħarġet post għal Senior Executive?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Interpellant għandu informazzjoni skorretta. Umilment nissuġġerilu biex jivverifika l-informazzjoni li tasallu.
F’dan il-każ, il-
manager
preżenti qed tiddisponi mill-fakultà ta’
leave without pay
għall-perjodu ta’ tliet snin.
Irrid ngħid għall-korrettezza li ġiet maħluqa wkoll l-pożizzjoni ta’ Senior Executive fl-istess Dipartiment imma din hija parti mill-istrateġija għat-tisħiħ tal-istess Dipartiment. Nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel li nsaħħu dan id-dipartiment important għal Heritage Malta.
Heritage Malta – Senior Executive Exhibitions and Upkeep
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Heritage Malta kkreat il-post ta' Senior Executive Exhibitions and Upkeep meta hemm Manager eżistenti? Jista' wkoll jgħid x'inhuma l-benefiċċji li Heritage Malta qed tippretendi li tieħu b'dan il-post il-ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li din il-pożizzjoni kienet meħtieġa peress li l- Exhibitions Manager żdieditlu r-responsabiltà ta’ Upkeep u għalhekk kien hemm bżonn ta’ assistenza minn xi ħadd b’dik il-kariga sabiex ikun jista’ jlaħħaq ma’ u jaqdi dmirijietu aħjar. B’din il-kariga se jkun hemm użu aħjar ta’ riżorsi peress li l-ħaddiema tal-Exhibitions kif ukoll tal-Upkeep jgħamlu ħafna xogħol fuq l-istess proġetti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu inkjesti kriminali lil kull Maġistrat fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-15 ta’ April? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew mibgħuta lill-Avukat Ġenerali u kemm minnhom għadhom pendenti quddiem kull Maġistrat? Jista’ jgħid min mill-Maġistrati għandhom inkjesti li ilhom pendenti aktar minn tliet snin u min huma dawn il-Maġistrati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14439 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqa’ taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi, il-kumpanija msemmija ngħatat b’xogħol kif ġej minn Marzu 2013 sal-lum:
01Karnival 2014Palk, platea, sound, skrins etc.€58,000.00Direct Order
02Junior Eurovision Song ContestTindif tal-Malta Shipbuilding qabel kellu jsir il-Junior Eurovision Song Contest€29,500.00Direct Order
03Junior Eurovision Song ContestBini proviżorju ta’ backstage u tal-Press Centre€92,132.00Direct Order
04Karnival 2015Palk, platea, sound, skrins etc.€75,679.30Tender wara li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14440 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali , inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqa’ taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija minn Marzu 2013 sal-lum fir-rigward tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, inkluż l-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu.
B’referenza għall-Konferenza tal-Aħbarijiet tas-6 ta’ Marzu 2014 dwar is-suq tal-Belt (dak li kien jissejjaħ is-Suq Malti) li jinsab fi Triq il-Merkanti fuq wara tal-Palazz tal-President, jista’ l-Ministru jispjega aħjar jekk is-sejħa li saret kenitx call for expression of interest jew sejħa għall-ideat u liema proċess intuża? Jista’ jgħid:
(a) Jekk saritx
short list
;
(b) X’tip ta’ kuntratt ġie offrut lill-partijiet li sottomettew il-proposti;
(c) Xi żvolta ħadu n-negozjati u x’ġie negozjat;
(d) Min kienu n-negozjaturi jew il-persuni fuq il-kumitat tal-għażla;
(e) Jekk ġiex iffirmat xi tip ta’
agreement
? Jekk fl-affermattiv, jista’ jikkonferma jekk hux emfitewsi temporanju u għal kemm tul ta’ żmien;
(f) Jekk il-proprjetà tistax tiġi
sub-leased
;
(g) Jekk hemmx xi forma ta’ obbligu li l-bini jiġi restawrat u jekk fl-affermattiv, jistax jikkonferma kif se jkun assigurat li dan isir skont l-obbligi;
(h) Jekk ingħatax żmien speċifiku meta għandu jitlesta x-xogħol u jekk il-partijiet humiex marbutin legalment biż-żmien? F’każ li ma jitlestiex fiż-żmien stipulat, jista’ jgħid x’inhuma l-penali;
(i) Jekk dan il-proġett hux se jinkludi produtturi jew manifatturi speċjalizzati sabiex jesibixxu u jbigħu prodotti lokali tagħhom; u
(j) Peress li normalment l-artiġġjani jingħataw permessi sabiex jorganizzaw fieri fil-bini tas-suq, hux se jibqgħalhom il-possibilità li jagħmlu dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13593, fejn il-Ministru wieġeb li Heritage Malta m’għandhiex xogħol ta' restawr pendenti minħabba nuqqas ta' nies, jista' jgħidilna għaliex fl-1 ta' Marzu ħarġet expression of interest rigward ingaġġ ta’ konservaturi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-President ta’ Malta uriet ix-xewqa li jigu rrestawrati kwadri fil-Palazz tal-Verdala. Għalhekk, peress li dawn ma kienux fil-programm ta’ xogħol ta’ Heritage Malta, u wara li l-Uffiċċju tal-President ipprovda l-fondi meħtiega, ġiet ippubblikata l-Expression of Interest sabiex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir taħt is-superviżjoni ta’ Heritage Malta. Din il-proċedura ntużat drabi oħra f’dawn l-aħħar snin kemm għall-Palazz tal-Granmastru kif ukoll għall-Palazz ta’ San Anton.
Heritage Malta – bejgħ tal-karozzi tal-linja antiki
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex Heritage Malta qiegħda tbigħ il-karozzi tal-linja antiki li kienu parti mill-kollezzjoni nazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li qed issegwi l-istess process li kien diġà seħħ fl-2012.
Skans kull ekwivoku Heritage Malta m'hijiex qed tbigħ karozzi tal-linja antiki tal-kollezzjoni nazzjonali iżda oħrajn li wara studju estensiv irriżulta li m’humiex meħtieġa sabiex ikunu rappreżentati fil-kollezzjoni peress li hemm eżemplari oħrajn li jirrappreżentawhom aħjar.
Dan il-proċess se jgħin ukoll biex jingħata ċans lil mużewijiet u/jew dilettanti oħra sabiex jiksbu dawn il-karozzi u jagħtuhom ħajja ġdida. Dan se jippermetti wkoll lil Heritage Malta tikkonċentra iżjed fuq il-bqija tal-karozzi tal-kollezzjoni nazzjonali.