Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartiment hu responsabbli miż-żamma u manutenzjoni tal-proġett taż-Żewwieqa fil-port tal-Imġarr f’Għawdex li sar b’fondi tal-Unjoni Ewropea? Jaf il-Ministru li hemm partijiet minn dan il-proġett, fosthom il-funtana, li mhumiex miżmuma fi stat tajjeb?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilita’ taż-żamma u manutenzjoni tal-proġett taż-Żewwieqa fil-port tal-Imġarr jaqa’ taħt il-maintenance section fi ħdan id-Direttorat għal Proġetti u Żvilupp. Il-funtana dawn l-aħħar jiem ġiet imnaddfa u qegħda fil-proċess ta’ manitenzzjoni.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16212 fejn fit-tweġiba l-Ministru qal li f'dan iż-żmien tas-sena l-Ministeru jkun qed iħejji l-programm, skemi, proġetti u xogħlijiet għas-sena ta' wara, li jkunu mħabbra fl-estimi ta' dik is-sena, jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' ħidma għandu l-Ministeru fejn jidħlu skemi, proġetti u xogħlijiet li l-Ministru hu ppjanat li jwettaq fis-sena 2016 u 2017?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programmi, skemi, proġetti u xogħlijiet għas-sena 2016 u 2017 qed jitħejjew u jridu jiġu diskussi mal-Ministru tal-Finanzi biex jiġu approvati fil-baġit għal dawn is-snin u jiġu nklużi fl-estimi tal-2016 u 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-grounds tal-futbol f’Għawdex li huma pubbliċi? F’liema lokalitajiet jinsabu u min hu responsabbli minn dawn il-grounds? Kemm minn dawn il-grounds illum huma bil-ħaxix sintetiku jew naturali? Kemm minnhom għadhom bl-art taż-żrar? Meta hu mistenni li jiġu upgraded il-grounds li fadal biż-żrar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – In-Nadur – Xogħlijiet fi Triq tal-Ħandaq u Triq ir-Ramla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni jitlesta x-xogħol ta’ re-surfacing fuq Triq tal-Ħandaq u parti minn Triq ir-Ramla fin-Nadur, Għawdex? Jsita’ jispjega għaliex ix-xogħol fuq din it-triq arterjali li twassal sal-bajja tar-Ramla waqaf u issa ilu ġranet wieqaf u tħalla kollox fi stat ħażin meta din it-triq tintuża kuljum minn mijiet ta’ turisti u Maltin biex imorru l-bajja tar-Ramla?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Triq ta’ Ħanaq u Triq ir-Ramla qiegħed għaddej u mistenni jitlesta mill-aktar fis possibli.
Peress li diversi nies raw il-gaffa tal-Gvern ħierġa mill-Kajselli f'Jum id-Duluri ta' ftit jiem ilu fis-7.35pm u daħlet lura fis-1:00am, jista' l-Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fis-27 ta’ Marzu 2014, fis-6.05pm, id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp irċieva informazzjoni li ċediet parti mit-Triq ta’ Isopu fin-Nadur.
Wara li saret spezzjoni minn uffiċjali tad-Direttorat ġie deċiż li minħabba l-periklu kellu jittella ħajt tal-ġebel. Il-gaffa intużat fil-kuntest ta’ dan ix-xogħol.
Il-ħajt ittella fuq art pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex f'Għawdex issir yacht marina u cruise liner terminal peress li issa resqin lejn nofs il-Leġiżlatura u dawn kienu wegħda espressa tal-Gvern għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadna fi stadju li fih qiegħda tiġi evalwata s-submission/proposal fi ħdan il-Privatisation Unit.
Nadur (Għawdex) – Wied ta’ San Blas – xogħlijiet fuq ħajt
Question
Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16261, wieġeb l-ebda waħda mill-mistoqsijiet oriġinali, jista' l-Ministru jgħid u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15800, fejn il-Ministru naqas li jwieġeb għal parti sostanzjali minnha, peress li fil-mistoqsija parlamentari 1963 kien wieġeb li ‘tajt struzzjonijiet biex isiru xogħlijiet meħtieġa’, jista’ l-Ministru jgħid xi sturzzjonjiet kien ta u lil min kien tahom biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq il-ħajt li jagħti fuq il-Wied ta’ San Blas fi Triq it-Torri Sopu fin-Nadur u dan peress li parti sostanzjali minn dan il-ħajt fl-aħħar ġimgħat ċediet? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li saru fuq dan il-ħajt fl-aħħar sentejn u ċjoè minn meta saret il-mistoqsija parlamentari 1963 sa meta ċeda l-ħajt u kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Minn min saru? Jista’ jikkonferma li la darba ma weġibx dawn il-mistoqsijiet li saru permezz tal-mistoqsija parlamentari 15800, dan ifiser li fl-aħħar sentejn ma sar l-ebda xogħol fuq dan il-ħajt sakemm ċeda u dan minkejja li hu kien informa lill-Parlament li kien ‘ta struzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa’?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mituba mill-Onor. Interpellant ġiet mogħtija bħala tweġiba għall-mistoqsija 16261. Ix-xogħlijiet kollha neċessarji ta’ bini mill-ġdid tal-ħajt jibdew hekk kif tiġi aġġudikata s-sejħa għall-offerti.
Direttorat għall-proġetti u żvilupp – direct order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ingħata d-direct order mid-Direttorat għall-Proġetti u Żviluppi fil-Ministeru tiegħu biex isiru amendments to the original plans at the Citadel due to archeological findings? Kemm swiet din id-direct order? Għaliex ma nħarġitx sejħa għall-offerti jew inkella ntalbu kwotazzjonjiet għal dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li d-direct order biex isiru amandments to the original plans at the Citadel due to archeological findings ingħatat lill-Perit Martin Xuereb. Din d-direct order swiet €59,000. Ma nħarġitx sejħa għall-offerti peress li l-perit huwa l-istess wieħed li ħejja l-pjanti oriġinali tal-proġett, li kien ingħata l-ewwel direct order abbinat ma’ dan il-proġett fl-2010.
Għawdex — Ftuħ ta’ Representation Unit tal-Unjoni Ewropea – direct order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ingħata d-direct order mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu sabiex isir rapport ta’ studju relatat mal-ftuħ ta’ Representation Unit tal-Unjoni Ewropea f’Għawdex? Kemm swiet din id-direct order? Għaliex ma nħarġitx sejħa għall-offerti jew inkella ntalbu kwotazzjonijiet biex isir dan ir-rapport? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-Direct Order ingħata lil Baron Contractors / Recoop (Gaulos Construction Joint Venture) għall-valur ta’ €87,745.53 wara li oriġinarjament kienet ħarġet sejħa għall offerti u ma kien hemm l-ebda offerta sad-data tal-għeluq. Wara li reġgħet ħarget l-offerta, intefgħu tlitt offerti bil-valur ta’ €87,745.53, €153,676.20 u €191,680.00 rispettivament.
Waqt l-evalwazzjoni rriżulta li l-offerta ta’ Baron Contractors / Recoop (Gaulos Construction Joint Venture) kienet l-irħas waħda, teknikament konformi u ma taqbiżx l-istima tad-Dipartiment iżda ma intefgħetx it- ‘tender form’. L-offerti l-oħra kienu sostanzjalment iktar għolja mill-istima tad-Direttorat.
Ara dokument nru PL 5172 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 8 ta' Ġunju f'Seduta 273.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il qoute jew direct order inħarġu mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Minister għal Għawdex mill-1 ta' April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kien il-valur ta' kull qoute jew direct order preċedentament imsemmija? Jista' jgħid liema dirpartiment jew entità tat kull waħda mll-qoutes u d-direct orders preċedentament imsemmija? Jista' jgħid x'kien ix-xogħol rikjest minn kull qoute u direct order li ngħatat? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm quotes jew direct orders li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ jgħid liema kienu u jinkludi ukoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14993 u 14331 fejn ġie mistoqsi liema huma t-toroq ġodda f’Għawdex li għadhom qatt ma ġew surfaced bit-tarmak u allura jridu jsiru mill-Ministeru għal Għawdex? Liema huma dawn it-toroq u f’liema lokalitajiet huma? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq? Liema huma dawk it-toroq li ser isiru matul is-sena kurrenti 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u tinghata f'xi seduta ohra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14202, jista' l-Ministru jgħid jekk issa wara diversi xhur wasalx għandu r-rapport dwar l-inċident li fihom nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Jekk wasal għandu, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar l-incident.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess fuq il-proġett tal-pont bejn Malta u Għawdex u dan peress li issa daqt jkunu għaddew sentejn meta f'Ġunju 2013 tħabbar waqt konferenza stampa f'Kastilja li ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Kumpanija blacklisted Ċiniża fuq studju dwar dan il-proġett?
Ministeru għal Għawdex – direct orders — restawr tal-faċċata tal-Banca Giuratale
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13825, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħata direct order mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp biex isir ir-restawr tal-faċċata tal-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex? X'kienet ir-raġuni li ma nħarġitx sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol? Kemm hu l-valur ta' din id-direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-Direct Order ingħata lil Baron Contractors / Recoop (Gaulos Construction Joint Venture) għall-valur ta’ €87,745.53 wara li oriġinarjament kienet ħarġet sejħa għall offerti u ma kien hemm l-ebda offerta sad-data tal-għeluq. Wara li reġgħet ħarget l-offerta, intefgħu tlitt offerti bil-valur ta’ €87,745.53, €153,676.20 u €191,680.00 rispettivament.
Waqt l-evalwazzjoni rriżulta li l-offerta ta’ Baron Contractors / Recoop (Gaulos Construction Joint Venture) kienet l-irħas waħda, teknikament konformi u ma taqbiżx l-istima tad-Dipartiment iżda ma intefgħetx it- ‘tender form’. L-offerti l-oħra kienu sostanzjalment iktar għolja mill-istima tad-Direttorat.
Ministeru għal Għawdex – direct orders — xiri u trasport ta' vetturi mill-Ingilterra
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13825, jista' l-Ministru jgħid lil min ngħatat direct order mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp għax-xiri ta' vetturi mill-Ingilterra kif ukoll direct order oħra għat-trasport tal-istess vetturi mill-Ingilterra? X'kienet ir-raġuni li ma nħarġitx sejħa għall-offerti għal dan? Kemm hu l-vaur ta' dawn iż-żewġ direct orders?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ftiehem ma’ Ministeru ieħor biex meta dan jixtri vetturi għall-użu tiegħu, jinxtraw xi vetturi għall-użu tal-Ministeru għal Għawdex. Inġiebet l-approvazzjoni għal direct order mill-Ministeru tal-Finanzi. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-proċedura użata kienet dik li ntużat mill-amministrazzjoni preċendenti meta nxtraw vetturi f’Ministeru ieħor f’Malta.
Id-
direct order
għax xiri tal-vetturi ngħata lil Seaactive Ltd, Blackwell Lane, Greenwich, London, UK għall-valur ta’ €102,560.98.
Id-direct order għat-trasport tal-vetturi ngħata lil A.B. Plant Shipping Ltd, UK għall-valur ta’ €12,169.19.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq Għajn Qasab fin-Nadur u dan peress li:
(a) Parti mill-wiċċ ta’ din it-triq jinsab fi stat diżastruż b’ħafna ħofor fondi;
(b) Fl-istess triq hemm numru ta’ ħitan imwaqqgħa li ilhom hekk mix-xitwa 2013/2014;
(c) Hemm ammont ta’ ħaxix ħażin; u
(d) Bankina quddiem iċ-Ċimiterju tinsab fi stat li ħadd ma jista’ jimxi fuqha?
Peress li din it-triq hija dik li twassal għall-bajja tar-Ramla u issa li beda s-sajf jgħaddu minnha kuljum mijiet ta’ Maltin, Għawdxin u turisti, jista’ jara li dan ix-xogħol isir malajr kemm jista’ jkun?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi kif qiegħda ssir Triq Ħanaq wara 25 sena, hekk ukoll ser ssir Triq Għajn Qasab. Ix-xogħlijiet ta' tindif u qtugħ ta' ħaxix isir fuq bażi regolari kif ukoll qed isir xogħol ta' tiswija fuq l-imsemmija ħitan.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-Notte Gozitana (Lejliet Lapsi) hux se tinżamm din is-sena? Jekk le, x’inhi r-raġuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li n-Notte Gozitana (Lejlet Lapsi) ila sentejn ma ssir. Bħalma jaf l-Onor. Interpellant minflok il-flus allokati qed jintużaw għal diversi attivitajiet matul is-sena minn żmien inkluż il-Gimgħa l-Kbira, l-Milied u anke sports weekends biex inħajru turiżmu intern lejn Għawdex. Fil-fatt dawn kienu suċċess kbir u għalhekk se jkomplu jkunu organizzati fiż-żmien li ġej taħt diversi ismijiet.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ attivitajiet kulturali li ġew organizzati mill-Kumitat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru tiegħu matul is-sena 2014? Kemm swiet kull attività?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid l-art jew aħjar pjazza interna li hemm fil-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fix-Xewkija Għawdex hijiex art pubblika jew inkella art privata? Jista' jgħid jekk hiex responsabilità tal-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-art jew dik li qed issejħilha pjazza interna msemmija, hija spazju pubbliku użata bħala parkeġġ mill-pubbliku, u liema spazju pubbliku huwa aċċessibbli għall-istess pubbliku f’kull hin u bi kwalsiasi mod.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġodda fir-Rabat Għawdex għadhom qatt ma saru? Jista’ jikkonferma li huwa l-Ministeru tiegħu li huwa responsabbli li jagħmel il-wiċċ ta’ dawn it-toroq u xogħol ieħor relatat? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq min-naħa tal-Ministeru tiegħu? Liema toroq minnhom se jsiru sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f xi seduta oħra.