Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19354 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fir-residenza għall-anzjani St Vincent de Paule, Luqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19354 il-pilloli out of stock li hemm fir-Residenza San Vinċenz de Paule huma:
Faverin
Heminevrin
Lexatonoil
Ferrous Sulphate
Glyceryl Trinitrate
Calciferol
Fluvoxamine
Chlormethiazole
Bromazepan
Tetrabenazine
Nitoman
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti raġunijiet għaliex anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija ġiet rifjutata s-servizz ta' homehelp? Jista' jara li dan is-servizz jingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-każ tal-persuna msemmija kien ġie quddiem il-Bord fis-6 ta' Mejju 1998. Il-Bord iddeċieda li l-anzjana ma kinitx timmerita li tingħata s-servizz. L-anzjana ġiet infurmata bid-deċiżjoni fit-22 ta' Mejju 1998. Minn dak inhar sal-lum ma saret ebda talba oħra mill-anzjana għas-servizz. U naturalment il-Bord ma kellu ebda raġuni biex jikkunsidra l-każ mill-ġdid. B'dan kollu allavolja ma hemm ebda talba pendenti minn naħa tal-anzjana, ser jerġa' jsir re-assessment tal-każ minn social worker.
National Commission on Welfare Reform — Rapport finali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi ppubblikat ir-rapport finali tan-National Commisson on Welfare Reform?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hu mistenni li l-Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare tlesti x-xogħol tagħha sa l-aħħar ta' din is-sena. Ir-rapport finali jiġi ppubblikat wara li jkun tlesta dan ix-xogħol.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mill-lokalitajiet taż-Żejtun, Żabbar u Marsascala li qed jirregistraw għax-xogħol?
Kemm ilhom jirregistraw u x'inhi l-eta' tagħhom?
X'inhu l-livell ta' l-edukazzjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet xebbiet li bdew jieħdu għall-ewwel darba ċ-children's allowance matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?
Kemm kien in-numru ta' ommijiet xebbiet li matul l-istess perijodu li rreġistraw talba għaċ-children's allowance għaliex kellhom aktar tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta' l-Allowance ma tiddependix mill-istat ċivili ta' min japplika iżda mid-dħul finanzjarju tiegħu fis-sena ta' qabel u min-numru ta' tfal li għandu fil-kustodja effettiva tiegħu.
Qatt ma nħasset il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kif huma mqassmin dawk kollha li japplikaw għall-Allownace tat-Tfal għall-ewwel darba, jew għax ikollhom tfal oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija saru 20 trasferiment fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani, inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Dawn saru għal dawn ir-raġunijiet:
6 għax ħadu promozzjoni f'Dipartiment ieħor;
12 fuq talba tagħhom stess;
2 kienu fuq watchman duties mad-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla u ma' kienx hemm bżonn is-servizzi tagħhom wara li din infetħet.
Trasferimenti fil-futur isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Djar ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul il-perijodu indikat fil-Mistoqsija saru żewġ trasferimenti mid-Djar ta' l-Anzjani. Casual Cleaner marret mid-Dar tal-Gżira għad-Dar ta' l-Imsida fuq talba tagħha stess u driver mid-Dar tal-Mosta għal SVPR għax ma kienx hemm bżonnu f'dik id-Dar.
Trasferimenti minn u lejn id-Djar ta' l-Anzjani jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz prevalenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba tat-Torball Blind Association sabiex jingħataw il-bini fl-Imtarfa, li talbu sabiex jiżviluppaw ċentru nazzjonali għal persuni għomja f'pajjiżna?
Jista' jikkonsidra li jerġa' jiltaqa' mal-kumitat sabiex tiġi ffinalizzata din it-talba li qed toħnoq ħidmiet l-assoċjazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9641 ta' l-1 ta' Novembru, 1999, f'Seduta Nru. 168.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17078 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni f'Seduta Nru. 366 u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' , jista' l-Ministru jgħid meta bdew id-diskussjonijiet, fiex waslu u x'kienet ir-raġuni prinċipali sabiex bdew dawn id-diskussjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-diskussjonijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant saru fl-isfond tal-provvedimenti ta' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea dwar Kapitolu 13 li jirrigwarda l-Politika Soċjali u l-Impjieg, u li jkopri wkoll is-suġġett ta' reklamar u sponsorship minn ażjendi tat-tabakk f'avvenimenti sportivi, għalkemm dan is-suġġett partikolari jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tas-Saħħa.
Il-liġi li tirrigwarda dan is-suġġett f'Malta hi l-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk (Kap. 315) u ġie stabbilit li din trid tiġi emendata biex tipprojbixxi reklamar u sponsorship minn ażjendi tat-tabakk f'avvenimenti sportivi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14705, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-gruppi ta' nies li kkwalifikaw għas-sussidju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li tgħix waħedha jew familja li tissodisfa t-test tal-kapital u t-test tal-mezzi kif ikkalkolat skond it-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) tkun intitolata għal skont fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma, sakemm ebda membru ta' dik il-familja jew xi persuna oħra li jgħixu ma' l-Applikant ma jkunux impjegati jew jaħdmu għal rashom.
F'każ ta' familja li tirċievi l-Għajnuna Soċjali u li magħha ma jgħixux xi persuni li mhumiex membri ta' dik il-familja, tkun intitolata għal dan l-iskont avolja xi membru tal-familja, minbarra l-kap jew martu, ikunu impjegati jew jaħdmu għal rashom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx deċiżjoni jekk jistax jiġi stallat lift f'numru 2, Triq Melita, Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, jista' jiġi nstallat lift fil-bitħa nterna kemm il-darba ssir rilokazzjoni tas-servizzi li hemm fil-bitħa w tiġi stabbilita l-ownership ta' l-istess bitħa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk il-gvern jagħtix għajnuna finanzjarja lil għaqdiet u fondazzjonijiet volontarji (NGO's) li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b'diżabilita'?
X'għajnuna ta lil kull għaqda tul l-1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas spejjeż s'issa l-Gvern Malti lill-ġenituri Għawdxin tat-tewmin sijamiżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma tħallsu ebda spejjeż lill-ġenituri nfushom. Il-Gvern Malti offra l-appoġġ u l-għajnuna biex l-omm tingħata l-kura meħtieġa fi sptar l-Ingilterra u dan skond il-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern Malti u dak Ingliż f'dan ir-rigward.
Minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li żviluppaw madwar il-każ, il-Ministeru għall-Politika Soċjali żamm u għadu jżomm kuntatt mal-missier u ma' membri tal-familja tal-ġenituri bl-iskop li jingħata l-appoġġ neċessarju u possibbli.
L-ispejjeż mediċi jiġu koperti mill-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż. Madanakollu, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali ta' dan il-każ, il-Gvern Malti laqa' t-talba li, fuq bażi "ex gratia", jħallas parti mill-spejjeż legali relatati ma' l-appell. Sa llum, sa fejn jien infurmat, għadu ma tħallas xejn.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tad-Djar mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma mpjega ebda ħaddiem ġdid fil-perjodu indikat. F'Mejju 2000, id-Dipartiment ftiehem mas-Social Welfare Development Programme (SWDP) biex jixtri s-servizz ta' Social Worker addizzjonali. Dan sar skond talba li kienet ilha pendenti minn Ġunju 1997.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir inspection u jekk ikun il-każ tissewwa l-gallarija li hemm f'Numru 17, Blokk 2, Fuq San Pawl, Bormla, peress li qed jaqa' xi ġebel minnha u allura qed tkun ta' periklu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-sezzjoni tal-manutenzjoni tad-Dipartiemnt tad-Djar mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ebda ħaddiema ġodda mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, iżda ħadu l-ħatra Technical Officer, Senior Technical Officer u Senior Architect li kienu jaħdmu ma' Dipartimenti oħra tal-Gvern wara sejħa għall-applikazzjonijiet li saret għall-impjegati tal-Gvern.
Saret ukoll sejħa għal casual junior architects minn barra d-Dipartiment fis-7 ta' Jannar 2000, u ntgħażlu ħames periti. Dawn għandhom jingħataw l-ittra formali tal-ħatra fuq bażi każwali wara Novembru li ġej hekk kif jingħataw il-warrant biex jaħdmu ta' periti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18705 dwar 381 każ ta' familji jgħixu f'bini kkundannat, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġu ddentifikati l-każijiet imsejħa minnu ġenwieni?
Jekk din is-sena, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sa Jannar li ġej il-postijiet kollha inkwistjoni ser ikunu ġew spezzjonati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid l-iskema ta' l-Uffiċċju Konġunt "Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens" li għalqet fit-30 ta' Diċembru, 1996, fiex waslet u jekk l-applikanti ntlaqgħux l-applikazzjonijiet tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.