Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kalkara — Wied Għammieq - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tistax tiġi eżaminata u studjata l-possibbilta' li l-parti tat-triq li qegħda f'Wied Għammieq, Kalkara tiġi bit-tarmac billi x-xogħol li sar f'Awissu li għadda jidher li sar mgħaġġel u din il-parti tħalliet barra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment wara li jiġi assigurat li s-servizzi fil-post huma permanenti.

PTA — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-rotot il-ġodda li se jiġu estiżi din is-sena sabiex it-trasport pubbliku jkun aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini? Liema huma dawk il-villaġġi rurali f'Malta u f'Għawdex li qed jitolbu li jkollhom aċċess ta' trasport pubbliku u x'qed isir mill-ministeru sabiex tiġi mistħarġa din is-sitwazzjoni? X'inhuma l-possibbilitajiet li tiġi rimedjata din il-problema?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed jittieħdu passi biex l-eserċizzju msemmi mill-Onor. Interpellant ikun jista` jsir. Ta` min jirrimarka li f`dawn l-aħħar sentejn ftit li xejn sar xogħol biex ikun magħaruf x`għandu jsir biex it-trasport pubbliku jiġi organizzat u b`hekk ikun aktar aċċessibli għall-pubbliku.

Port Users Advisory Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Port Users Advisory Committee? Kemm-il darba ltaqa' minn mindu twaqqaf dan il-kumitat? X'xogħol għamel dan il-kumitat s'issa? X'rakkmandazzjonijiet għamel? Kemm intlaqgħu minnhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa il-`Port Users Advisory Committee` mhuwiex kostitwit. Dan il-Ministeru qiegħed attivament jikkonsidra li dan il-kumitat jerġa jiġi rikostitwit. Il-Kumitat kien twaqqaf f`Lulju ta` l-1992 u kien jikkonsisti minn A. Micallef Attard (Chairman), P. Abela, M. Anastasi, L. A. Cuschieri, J. Debono, K. Gollcher, Chev J. Parnis England, J. Scorey, A. Borg u G. Scerri (membri) u A. Caruana (Segretarju). Il-Kumitat reġa ġie appuntat fl-1993 u wara ma reġax ġie mwaqqaf. Matul il-perjodu msemmi il-Kumitat iltaqa` sitt darbiet. Fost ir-rakkomandazzjonijiet li kien għamel il-kumitat insibu wħud dwar l-operat f`Xatt il-Laboratorju dwar is-sigurta`, il-ħtieġa ta` makkinarju ġdid u dwar ċerti prattiċi tal-port. F`dawn l-aħħar snin l-Awtorita` Marittima waqfet sezzjoni responsabbli mis-sigurta`. Twaqqfu wkoll `Working Groups` bl-iskop li jiġu faċilitati ċerti proċeduri tal-port. Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan il-kumitat jerġa jitwaqqaf.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sar riċeviment fl-okkażżjoni tal-Milied 1998 nhar it-23 ta` Diċembru 1998. Dan sar fis-sala Isouard tat-Teatru Manoel. L-ikel kien provdut mill-Kumpanija Miveda Company Ltd. waqt li x-xorb ġie provdut mill-Kumpanija Alfons Farrugia & Sons. L-ispiża ta` l-ikel kienet Lm718, fil-waqt li dik tax-xorb kienet ta` Lm675.55c. Inġabru kwotazzjonijiet mingħand iż-żewġ ditti msemmija kif ukoll mingħand Seabank Catering Co. Ltd. u C. Camilleri & Sons Ltd. Il-mistednin kienu diversi fosthom Ministri u Kapijiet ta` Dipartimenti, Korporazzjonijiet u Bordijiet tal-Gvern, rapprezentanti ta` Korpi Kostitwiti u diversi organiżżazzjonijiet li għandhom xogħol konness mal-Ministeru kif ukoll l-impjegati tal-Ministeru.

Toroq — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se jintnefqu l-flus allokati lid-Dipartiment tat-Toroq vis-a-vis kostruzzjoni ta' toroq ġodda għas-sena 1999? Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet se jsiru l-imsemmija xogħlijiet mid-dipartiment imsemmi u meta se jibda x-xogħol f'kull lokalita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-flus allokati lid-Dipartiment tat-Toroq ser jintefqu kif muri fit-tabelli ppubblikati fl-estimi ġenerali tal-25 ta` Novembru 1998. Ix-xogħol ġeneralment isir ftit jew wisq fil-lokalitajiet kollha u jitqassam skond ir-riżorsi disponibbli matul is-sena kollha. Bħalissa d-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal il-pjan neċessarju għax-xogħol meħtieġ f`diversi lokalitajiet.

Qormi — Triq Manuel Dimech

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1057, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment lesta l-proċeduri biex jinbeda x-xogħol f`diversi lokalitajiet u f`Ħal-Qormi hu maħsub li jinbeda fejn hu meħtieġ.

Bliet/Irħula — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2670 dwar talbiet pendenti għar-rotot ġodda ta' servizz tat-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) fil-bliet u rħula peress li l-kunsilli lokali tat-12-il-distrett partikolarment dak tar-Rabat u l-Imġarr talbu/ressqu numru ta' talbiet sabiex jiġi estiż it-trasport pubbliku f'diversi nħawi bħal fil-każ tal-Baħrija, Għar Barka u nħawi oħra? Jista' għaldaqstant il-Ministru jagħti informazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tat-talbiet pendenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn naħa tal-Kunsilli Lokali tar-Rabat u ta` l-Imġarr ma hemm l-ebda talba pendenti għand l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku għal rotot ġodda tal-karozzi tal-linja.

Swieqi — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2943, cioe: jista' l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jieħu l-passi meħtieġa biex fis-Swieqi jonqsu l-perikli li hemm għal dawk li joħorġu bil-karozza min-naħa tal-Green Grove Guest House u minn taħt il-bridge għal Regional Road? Jistgħu jsiru traffic lights f'dawn iż-żewġ postijiet fis-Swieqi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista jsir.

Żejtun — Triq Minzel - Asfaltar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3340, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li Triq Minzel, li ġiet deskritta fit-tweġiba bħala sqaq, se tingħalaq? Jista' allura jiġi kkonsidrat li Triq Minzel ma tibqax passaġġ temporanja, iżda ssir triq normali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Minzel trid tispiċċa, għaliex skond l-iskema ta` l-izvilupp fil-lokalita` l-ispazju tagħha irid jittieħed mill-bini. Għalhekk id-Dipartiment ma jistax jibdel din it-triq f`waħda permanenti.

Żejtun — Triq San Ġirgor - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara għaliex Triq San Girgor, Żejtun (b'mod partikolari fuq in-naħa tal-lemin) għadha maqlugħa sal-lum u ilha hekk minn Settembru? X'jista' jsir biex din il-bankina li tiġi wżata minn għadd ta' residenti u anzjani ma tibqax fl-istat li hi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li dan il-proġett hu tal-Kunsill Lokali, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Zurrieq — Triq Kanonku Vincenz Balzan - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq Kanonku Vincenz Balzan, fiż-Żurrieq, humiex se jsiru kif kien ppjanat? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta dawn ix-xogħlijiet se jibdew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment u dan wara li jiġi assigurat li s-servizzi neċessarji jkunu fil-post.

Attard — Triq Luigi Ellul - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jindaga l-urġenza li tiġi asfaltata Triq Luigi Ellul f'Ħ'Attard? Din it-triq tinsab fil-prioritajiet tad-Dipartiment tat-Toroq? Meta talab lill-Kunsili Lokali ta' Ħ'Attard sabiex din it-triq tiġi asfaltata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f`din it-triq huwa nkluż f`tender li qed tiġi aġġudikata mid-Dipartiment tat-Toroq.

Ħamrun — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol imwiegħed fi Pjazza 7 ta' Ġunju u t-toroq ta' madwarha, cioe' Triq Dun Frans Camilleri, Triq Guże' Bajada, Triq Willie Attard u Triq Wenzu Dyer, Ħamrun peress li din il-pjazza u t-toroq imsemmija huma toroq ġodda u għalhekk l-ewwel kisi jrid jingħata mill-gvern u r-residenti ta' dawn it-toroq ilhom li ħallsu għal dan is-servizz li kellu jsir dan ix-xahar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rispota parlamentari li ġa ngħatat għall-mistoqsija Nru. 705.

Karozzi — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta roħos il-pitrolju fl-aħħar budget sal-ġimgħa 22 ta' Jannar, 1999, kemm saru spezzjonijiet fuq karozzi biex ikun żgurat li ma sarux taħliet ta' pitrolju mad-diesel? Kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw pożittivi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li spezzjonijiet fuq karrozzi b`konnessjoni mal-possibilta` ta` taħlit ta` pitrolju mad-diesel ilhom ma jsiru mill-1996.

Ħamrun — Triq il-Kbira San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid wasalx biex jibda x-xogħol fuq Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun li fuqu diġa' saru ħafna diskussjonijiet ma' diversi ministri? Jaf il-Ministru li dan kellu jkun il-proġett tal-millenju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li dan hu proġett tal-Kunsill Lokali l-Onor Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Għargħur — Twessigħ ta' triq

Question

Peress li t-triq li tagħti għall-kamra tan-nar tal-Għargħur hija waħda dejqa ħafna, tant li f'każ ta' inċident ma jkunux jistgħu jidħlu ambulanzi u fire engines, u peress li taħt il-gvern preċedenti fid-Dipartment tax-Xogħlijiet kienu tlestew pjanti li għandha titwessa' t-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din it-triq titwessa'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed jittieħdu passi biex issir l-esproprijazzjoni ta` l-art meħtieġa għat-twessiegħ u biex tintefa l-applikazzjoni neċessarja għand l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. It-twessiegħ tat-triq li taqa` barra minn żona ta` żvilupp, ikun jista jsir wara dawn il-proċessi neċessarji.

Fgura — Triq Ħaż-Żabbar - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titkompla tiġi rranġata il-kumplament ta' Triq Żabbar, il-Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment.

Trasport Pubbliku — Pitrolju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sabiex il-pitrolju mraħħas ma jintużax bħala fuel għat-trasport pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` għat-Trasport qed tinvestiga l-miżuri neċessarji biex jerġgħu jibdew isiru spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-karozzi tal-linja.

MMA — Reġistrazzjoni ta' vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħal revenue l-Malta Maritime Authority mir-reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat skond l-`audited financial statements` ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta għas-sena li għalqet 30 ta` Settembru 1998, id-dħul ta` l-Awtorita` ma` l-attivita` konnessa ma` registrazzjoni ta` vapuri taħt il-bandiera Maltija kien jammonta għal Lm2,895,155.

Bormla — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li numru ta' toroq żgħar madwar il-blokkijiet ta' appartamenti, lesti u bin-nies fihom, li nbnew fl-area ta' Santa Liena, Bormla tingħatalhom kisja tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawn it-toroq huma asfaltati, iżda jidher illi tkissru meta nbena l-iżvilupp fil-ġnub tagħhom. Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex dan jikkunsidra li dawn it-toroq jiġu nklużi fil-programm tax-xogħol.