Billi dan l-aħħar ġiet ikkaġunata ħsara lill-ajruplan ta' l-Airmalta meta taraġ għall-passiġġieri laqat l-ajruplan, jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa b'kollox lill-Airmalta dan l-inċident, jiġifieri l-irranġar tal-ħsara, kiri ta' ajruplan ieħor eċċ?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Air Malta hija ta` l-opinjoni li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali kunfidenzjali u ghalhekk ma jkunx fl-interess taghha li jinghataw dettalji ta` din ix-xorta dwar l-incident li ghalih qed issir riferenza.
Jikkonsidra l-Gvern li eventwalment jiġi ntrodott f'Malta il-liguid petroleum gas (GPL) għal użu tal-vetturi li jużaw il-petrol bħala mezz ta' fuel?
Billi dan il-mezz ta' fuel hu pollution free kif ukoll aktar ekonomiku u billi dan hu użat ħafna f'diversi pajjiżi Ewropej, x'inhi r-raġuni li dan għadu ma ddaħħalx Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-introduzzjoni ta` Liquid Petroleum Gass (LPG) ghall-uzu tal-vetturi qed jigi kkunsidrat. Ghalkemm dan it-tip ta` fuel huwa aktar nadif mill-petrol, madanakollu wiehed ma jkunx korrett meta jghid li dan it-tip ta` fuel huwa `pollution free`. Tajjeb jinghad li qabel ma` dan it-tip ta` fuel ikun jista` jigi ntrodott fis-suq, wiehed irid jikkunsidra l-aspetti fiskali kif ukoll dawk ta` sigurta` konnessa ma` l-uzu tal-gass.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11239?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-konsulenti mqabbda biex jaghmlu l-Activity Based Costing exercise huma l-awdituri tal-Korporazzjoni, MSD Consulting Limited. Il-valur tal-kuntratt wahdu huwa ta` Lm6240 u x-xoghol inghata minflok kuntratt ta` konsulenza li kien inghata mill-bord tad-diretturi ta` qabel.
Jista' l-Ministru jara li ssir bozza ħdejn il-flats ta' Paola Wolves f'Paola Hill, Paola, minħabba li r-residenti ilhom jitolbu li ssir din il-bozza żmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba maghmula mill-Onorevoli Interpellant qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' dawl fil-ġnien tax-Schreiber ħdejn il-pitch tal-boċċi f'Raħal Ġdid? Jekk ġie approvat, għaliex għadu ma sarx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba li ghaliha qed issir riferenza bhalissa qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet simili ohra.
Peress li jirriżulta li l-industrija lokali tħallas fil-preżent 9 ċenteżmi għall-kilo zokkor li timporta filwaqt li fl-istess perjodu l-industriji tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jħallsu 43 ċenteżmu il-kilo, jista' l-Ministru jinformani kif l-industrija lokali li tuża zokkor bħal kompożizzjoni tista' tkun kompetittiva meta msieħba fl-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn informazzjoni li ghandi jidher li l-prezz taz-zokkor fl-Unjoni Ewropeja huwa ferm anqas minn dak indikat mill-Onorevoli Interpellant.
Madanakollu jibqa` l-fatt li dan il-prezz huwa aktar gholi mill-prezz taz-zokkor fis-swieq internazzjonali u dan minhabba l-protezzjoni moghtija fi hdan l-Unjoni Ewropeja ghall-produzzjoni u l-ipprocessar taz-zokkor.
Jekk dan il-fattur jigi analizzat wahdu jimplika zieda fl-ispejjez tal-produzzjoni ghal dawk l-industriji li juzaw iz-zokkor. Pero` din hija biss kunsiderazzjoni wahda minn bosta li jehtieg li jsiru f`analizi wiesgha ta` l-implikazzjonijiet ghall-industrija f`pajjizna bid-dhul ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja.
M`hemmx dubju li l-industrija Maltija kapaci tkun kompetittiva fis-suq Ewropew. Id-dhul ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja ser ikompli jkabbar l-access ghal dan is-suq kbir. Tajjeb jinghad li bhalissa l-prodotti li jinkludu fihom element ta` zokkor m`ghandhomx access liberu fis-suq ta` l-Unjoni Ewropeja u ghandhom imposta fuqhom tariffa biex ikunu jistghu jinbieghu f`dan is-suq.
Peress li l-mod kif jinħadem il-GDP għadu ma jikkonformax mal-mod kif jinħadem fl-UE, jista' l-Ministru jassigura li l-GDP għal din is-sena baqax jinħadem fuq l-istess kriterji kif inħadem fis-snin imgħoddija? Sar xi tibdil fid-deflators applikati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-GDP għadu jinħadem fuq l-istess kriterji tas-snin imgħoddija. Id-deflators ġew imtejba u aġġornati permezz tal-bdil tal-bażi li issa hija l-1995. F'dan il-kuntest nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jara wkoll in-News Release numru 31 ta' l-1999 kif ukoll il-pubblikazzjoni 'National Accounts of the Maltese Islands - Sources and Methods' maħruġa mill-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri issa li se tidħol il-VRT meta persuna li jkollha bżonn tagħmel xi tiswijiet fil-vettura tagħha biex tkun konformi mal-liġi, ikollha tistenna biex tagħmel dan minħabba li l-aġent ma jkollux l-ispare parts għall-vettura partikolari? Min se jkun responsabbli għal dan id-difett fil-vettura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li d-dipartiment li qed imexxi t-test li għalih qed issir riferenza ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi li l-Mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għad-dawl fi Triq San Ġorg, Qormi - mistoqsija parlamentari numru 7139 - jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt itteħditx konsiderazzjoni biex jiżdied id-dawl f'din it-triq antika? Jekk iva, ittieħed in konsiderazzjoni l-fatt li din it-triq hija mdawwra b'mod li minn dawra għal oħra ma tistax tara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sabiex jizdied id-dawl fit-triq imsemmija, tinhtieg manutenzjoni tad-dawl ezistenti li ghandha ssir flimkien ma` xogholijiet ohra simili.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights f'Għajn Dwieli quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin u Villa Gerit, Triq Bormla ħdejn il-garaxx tas-Saltfish minħabba l-bżonn kbir ta' dawn il-lights?
Response (BONNICI, JOSEF)
Id-dipartiment li huwa nkarigat mill-istallar tad-dwal tat-traffiku ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi u għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt saritx talba biex isiru traffic lights quddiem il-ħanut Kojak fi Triq it-Telgħet ta' Raħal Ġdid, Paola, minħabba l-inkonvenjent tar-residenti ta' l-inħawi li jkunu jridu jagħmlu l-qadjiet tagħhom fil-qalba tar-raħal? Jekk hemm il-ħsieb li jsiru, meta se jsiru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Id-dipartiment li huwa nkarigat mill-istallar tad-dwal tat-traffiku ma jifurmax parti mid-dekasteru tiegħi u għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.
Possibbli li l-Ministru personalment jieħu passi biex tiġi trasferita bozza li hi mwaħħla ma' razzett Nru.8, Sqaq Ħas-Sajjied, Zabbar u li qed tagħmel ħsara kbira strutturali fil-faċċata ta' dan ir-razzett antik, u minflok tiġi trasferita ma' arblu tad-dawl li hemm ftit piedi 'il-bogħod (faċċata tar-razzett) fejn diġa' hemm il-mains tad-dawl għaddejjin miegħu?
Possibbli l-Enemalta tieħu passi biex din il-biċċa xogħol żgħira ssir, għax minkejja diversi rapporti, s'issa baqa' ma' sar xejn bil-konsegwenzi li s-sidien ta' dan ir-razzett għadhom ibatu l-konsegwenzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta.
B'riferenzi għal diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi preċedenti saħansitra mill-1992 'il hawn, u minkejja diversi tentattivi fosthom mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll rapporti fuq gazzetti lokali, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li familja li tgħix biswit l-ex-stazzjoni ta' Deutsche Welle f'Delimara li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, għadha s'issa bla dawl tant li t-tifla tagħha li qed tistudja f'livell post sekondarju jkollha tistudja fid-dawl tal-lampa tal-pitrolju?
Billi qabel, meta kien għad hemm l-istazzjoni Deutsche Welle, l-Enemalta kienet tgħid li ma setgħetx tagħti servizz ta' l-elettriku minħabba lmenti ta' interferenza, minn dan l-istazzjon, issa li dan l-istazzjoni tneħħa u ġie żarmat, x'inhi r-raġuni li lejliet il-millenium il-ġdid, din il-familja għadha bla servizz ta' l-elettriku u jkollha tgħix ġod-dawl tal-lampa tal-pitrolju?
Jista' l-Ministru jintervjeni personalment u jsegwi dan il-każ biex forsi fl-aħħar l-Enemalta tagħmel xi ħaġa ħalli din il-familja ma tibqax emarġinata bla servizz utli ta' l-elettriku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat=twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 1338 fis-Seduta numru 15. Minn dakinhar is-sitwazzjoni ghadha ma nbidlitx.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta għandhiex il-ħsieb biex fil-ġejjieni qarib tbiddel il-flotta tal-ajruplani tagħha? Il-kumpannija qegħda tikkonsidra li tidħol f'alleanzi strateġiċi ma' sħab ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-immodernizzar tal-flotta ta' l-ajruplani fid-dawl ta' l-iżviluppi fl-industrija ajronawtika u l-ħtiġijiet li jesiġu l-operazzjonijiet tagħha, jikkostitwixxu studju li fl-Air Malta jinsab għaddej kontinwament. Fl-istess ħin il-possibilta ta' alleanzi strateġiċi, s`intendi fl-aħjar interess tal-Kumpanija, huwa suġġett minn ta' quddiem fl-aġenda tal-management tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji barranin li urew interess fil-kumpanniji prospettivi separati li l-Enemalta mistennija tinqasam fihom? Kien hemm min wera interess fit-taqsima ta' l-elettriku li regolarment tagħmel it-telf?
F'liema setturi partikolari urew dan l-interess?
Dawn il-kumpanniji għamlu kuntratt dirett ma' l-Enemalta jew għamlu dan permezz tal-privatisation unit tal-gvern?
Response (BONNICI, JOSEF)
F`dan l-istadju ghadu kmieni biex wiehed jitkellem dwar il-materja li ghaliha qed issir referenza.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11167?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-meters ta' l-ilma mill-indirizzi msemmija tneħħew riċentement.
Tajjeb jingħad li t-talbiet għat-tneħħija ta' meters ta' l-ilma bdew jiżdiedu kostantement minn mindu l-ħlas tal-bdil ta' dan is-servizz kien ġie inkorporat fis-'service charge' tal-kont ta' l-ilma u d-dawl. Għal xi żmien inġabret backlog ta' dawn it-tip ta' talbiet, pero' il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet ħsieb biex dan il-backlog jiġi eliminat.
Jista' l-Ministru jgħid hux lest l-abbozz ta' dokument komprensiv dwar il-politika industrijali ta' pajjiżna? Jekk lest, meta se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Ġie diskuss fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-abbozz ta` dokument dwar il-politika industrijali ta` Malta ghadu qed jigi kkompilat. Tajjeb jinghad li fil-preparazzjoni ta` dan l-abbozz, diga` ittiehdu in konsiderazzjoni diversi rapporti, stqarrijiet u osservazzjonijiet dwar aspetti varji tas-suggett maghmula mill-Korpi Kostitwiti. Hekk kif dan l-abbozz jigi finalizzat, jitressaq ghad-diskussjoni fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku. Hemm il-hsieb li f`dak l-istadju jitqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti.
Barra l-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-Ministri u d-Deputati Parlamentari, min huma l-persuni li għandhom complimentary free tickers sabiex jivvjaġġaw b'xejn fuq il-vapuri u l-catamaran tal-Kumpannija Gozo Channel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-etajiet tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk, kemm ta' dawk li se jieħdu jew ħadu t-terminal benefits kif ukoll ta' dawk li se jmorru mal-kumpannija privata?