Sptar Mater Dei — Pazjenti jistennew fuq Stretcher
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 398 u jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-Qorti ta' dawk in-nursing aides li kienu daħlu qabel l-1996 u għalkemm suppost daħlu fi grad 13, kien hemm ammont minnhom li daħħluhom fi grad 14?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Ministeru tas-Saħħa jixtieq jinforma lil-Onorevoli Interpellant, li l-każ tan-Nursing Aides qiegħed fil-Qorti fi stadju ta’ Appell.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 477 u jikkonferma jekk hux minnu li persuna li marret tiġbor ċilindru tal-ossiġnu mill-Isptar Mater Dei, fejn is-soltu jagħtuha żewġ ċilindri, din id-darba għat-tieni ċilindru kellha tħallas €80?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li sabiex pazjent jingħata cilindru tal-ossiġnu, dan irid jippre¿enta riċetta tat-tabib u jħallas depożitu ta’ €93.17. Dan id-depożitu jitħallas għal kull ċilindru misluf għand il-kuntrattur. Dan id-depożitu jigi rifuz lura lill-pazjent meta dan jirritorna ċ-ċilindu u l-flowmeter lid-Dipartiment f’kundizzjoni tajba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jbatu bl-ażżma f'pajjiżna, f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li Dipartiment għas-saħħa fil-Kura Primarja s’issa ma’kienx qed iżomm din l-istatistika ferm importanti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jbatu bid-dijabete f'pajjiżna, f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-isptarijiet tagħna sptar, sptar? F'liema gradi qegħdin? Kemm hi l-ispiża ta' kull sptar f'pagi, allowances u overtime lill-ħaddiema kollha minn dawk manwali sa dawk professjonali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għas-Saħħa — Nefqa għall-użu ta' mobiles
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perjodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 l-ispiża fuq il-mobiles kollha tal-Ministeru u s-segretarjat privat tiegħu kienet ta’ €16,076.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Burinex tinsab out of stock? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'alternattivi qed jingħataw il-pazjenti sakemm din il-mediċina terġa' tkun disponibbli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-mediċina Burinex (Bumetanide injection 5mg) hija out of stock madwar id-dinja. Alternattiva għal din il-mediċina hija frusemide injection. Ninsab infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin il-Burinex 5mg se tkun disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xi fiżjoterapisti ngħataw transfer meta dawn diġà ħadmu s-sentejn ta' rotation? Kif ġew magħżula dawk l-impjegati li se jiċċaqalqu, anke meta jirriżulta li impjegati li laħqu sena wara mhux se jiċċaqalqu u ġew esklużi mis-sistema tar-rotation?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk reċentament kienx hemm bidla fil-policy ta' kif jingħata l-overtime lill-infermiera ġewwa l-Isptar Mater Dei? Min hu responsabbli għall-proċess ta' kif jitqassam l-overtime? Jikkonferma l-Ministru, li qed isiru interventi politiċi ta' kif, min, u fejn għandu jsir l-overtime mill-infermiera ġewwa l-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fuq id-diversi servizzi tas-saħħa għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li jinsabu fil-komunità?
Jista’ jikkonferma li wara l-elezzjoni professjonisti li jaħdmu fis-servizzi fil-komunità fil-qasam tas-saħħa mentali ġew mgħarrfa li se jiġu msejħa biex jaħdmu l-Isptar Monte Karmeli u jmorru biss fil-komunità meta jmur il-konsulent?
X’possibbilità hemm li jispiċċaw jonqsu sostanzjalment is-servizzi li jingħataw fil-komunità fil-qasam tas-saħħa mentali jekk dawn jingħataw separatament mill-preżenza tal-konsulent?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fl’isfond tal-Liġi il-ġdida dwar is-Saħħa Mentali, il-politika tal-Gvern hija li jissaħħu u jespandu is-servizzi fil-kommunita’ filwaqt li jissaħħu ukoll is-servizzi akuti.
Il-Management tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali huwa kommess li jieħu il-passi neċessarji biex, taħt id-direzzjoni tal-Ligi, it-timijiet multidixxiplinarji jipprovdu servizz ta’ kwalita għall-pazjent u l-publiku.
Jista’ l-Ministru jgħid tul ix-xahar ta’ April kemm pazjenti damu jistennew sodda fis-sala fl-Isptar Mater Dei wara li ġie deċiż li kellhom bżonn admission wara li daħlu l-Emerġenza?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Trasferiment ta’ pazjenti mill-Isptar Mater Dei għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei mill-10 ta’ Marzu sal-lum ġimgħa b’ġimgħa? Kemm hemm pazjenti bħalissa fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jiġu trasferiti għal-long term care?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba tingħata f’xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Emerġenza - persuni fuq stretcher
Question
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm persuni li damu fuq stretcher fl-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei għal iktar minn 24 siegħa sakemm issejħu biex jingħataw sodda, xahar b'xahar, matul l-2012?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar leġiżlatura fuq bejgħ ta' oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u x-xogħol sar fuq il-proġett tat-tkabbir tal-istess Ċimiterju? X'kienet l-ispiża minfuqa fl-aħħar leġiżlatura fuq dawn iż-żewġ inizjattivi?