Legislature:
Category:
Reset
Active:

Infringement notice mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-infringement notice li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward tat-tnaqqis mill-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Socjali? Fiex wasal il-proċess ta' din l-infringement notice?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm ebda zviluppi godda minn meta il-Kummissjoni Ewropea harget komunikat pubbliku dwar dan il-kaz fil-21 ta’ Marzu 2013. Ghal daqstant ghad mhux maghruf ezatt u fid-dettall fuq liema punti il-Kummissjoni Ewropea qed tibbaza l-argumenti taghha.

Infringement notice kontra Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-po¿izzjoni tal-Gvern rigward l-infringement notice maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward tat-tnaqqis mill-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Socjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba moghtija minni ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 1958, cioe li l-posizzjoni tal-Gvern sa issa hija li jiddefendi l-kaz tal-Kummissjoni Ewropeja kontra Malta.

Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi mill-1998

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea – pensjoni tas-servizzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk minn Marzu sal-lum kellhiex laqgħat ma' rappreżentanti ta' pensjonanti dwar il-każ li fetħet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta dwar il-pensjoni tas-servizzi? X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tagħha dwar dan il-każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum ma saret ebda laqgha ma’ xi ghaqda tal-pensjonanti appositament dwar din il-materja ghalkemm gieli ssemmiet f’xi laqghat. Il-posizzjoni tal-Gvern sa issa hija li jiddefendi l-kaz tal-Kummissjoni Ewropeja kontra Malta.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — kompożizzjoni ta’ bordijiet ta' entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Tista’ tgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Akkomodazzjoni għall-anzjani

Question

Billi dehru xi reklami li jitolbu li l-privat jipprovdi 300 sodda biex ikunu jistgħu jintużaw minn anzjani, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk it-talba hix maħsuba li tkun għal post wieħed jew inkella maqsuma f'diversi lokalitajiet? F’kull każ, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hu maħsub li hemm l-iktar bżonn ta' dawn il-faċilitajiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sallum ma kienu ppubblikati ebda riklami f'dan ir-rigward.

Servizz ta’ home help – talbiet pendenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom talba pendenti mal-Gvern biex jingħataw l-għajnuna ta' servizz ta' home help, lokalità lokalità, madwar Malta u Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Applikazzjonijiet għas-servizz tat-Telecare

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tat-telecare? Kemm-il servizz ġdid tat-telecare ingħata f’Marzu, April, Mejju u Ġunju xahar b’xahar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 80 applikazzjoni li ġew proċessati minn naħa tat-telecare u qed jistennew li jingħataw is-servizz mill-GO. Servizzi ġodda li ngħataw fil-perjodu msemmi huwa kif ġej: Marzu 37 April 96 Mejju 75 Gunju 111

Servizz ta' Home Help

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help? Kemm ra każijiet ġodda l-bord minn wara l-elezzjoni 'l hawn u kemm minnhom ingħataw is-servizz? Kemm ġew miċħuda is-servizz?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamantari se tingħata f'seduta oħra.

Home Help — bord

Question

Tista' l-Minsitru tgħid minn min hu kompost il-bord tal-Home Help?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord huwa kompost min dawn il-membri: Chairperson: Mr. Remigio Zammit Members: Mr. John Bottiglieri Dr. Celine Quattromani Mr. Mario Sammut Ms. Maria Camilleri

Nuqqas ta' ugwaljanza fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tagħrif għandu l-Gvern dwar in-nuqqas ta' ugwaljanza li għadha teżisti fuq il-post tax-xogħol għan-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell ta' dħul u kundizzjonijiet oħra ta' xogħol? X'differenza hemm fis-salarji bejn irġiel u nisa għall-istess xogħol u fl-istess grad?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tingħata mill-Ministru konċernat.

Akkomodazzjoni soċjali — applikanti

Question

Peress li l-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li hemm 3,800 persuna jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-ammont ta' applikanti lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien qatt ma semmejt il-figura ta' 3800 imma ta 2848. Din hija l-figura tan-numru ta' applikazzjonijiet ta persuni jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali li sibt kif dħalt f’dan il-Ministeru. L-Awtorita’ tad-Djar sal-lum għandha 3,003 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-informazzjoni dwar l-ammont ta’ applikanti lokalità b’lokalità f’Malta u Għawdex hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Meja tal-Kamra

Għawdex — Djar residenzjali għal persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot biex tinfetaħ l-ewwel dar residenzjali f'Għawdex għall-persuni b'diżabilità tnaqqas minn €500,000 għal €300,000, u dan meta l-Gvern għandu wegħda espressa li matul din il-leġiżlatura jiftaħ djar fil-komunità għall-persuni b'diżabilità kollha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u Alkoħol — rapport

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-rapport konkluż mill-Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u Alkoħol, wara konsultazzjoni wiesgħa ħafna u bis-sehem ta' diversi esperti, dwar sistema ġdida kif jiġu trattati persuni li jinqabdu jużaw id-droga l-ewwel darba hux se jiġi adottat, u jekk le x'direzzjoni se tittieħed f'dan il-qasam?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tħalliet f’forma ta’ draft għal snin sħaħ, dwar il-politika nazzjonali dwar l-alkohol kif wkoll l-proposta dwar il-proċedura li għandha tithaddem meta persuna tkun abbuzat mid-droga għall-ewwel darba, qedgħin għal konsiderazzjoni tal-Ministeru u se jittieħdu deċizjonijiet fil-futur qarib.

Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u l-Alkoħol — politika nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-politika nazzjonali dwar l-użu tal-alkoħol li ġiet ippreparata mill-Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u l-Alkoħol, wara konsultazzjoni wiesgħa u bis-sehem ta' esperti, jista' l-Ministru jgħid jekk hix se tiġi adottata minn dan il-Gvern u jekk le x'direzzjoni se tittieħed f'dan il-qasam?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari numru 1207.

Post tal-Gvern — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jingħata prijorità peress li ilha diversi snin tistenna post tal-housing?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-17 t’ Ottubru, 2007. Hija għandha żewġt itfal u toqgħod ġo post mikri mis-settur privat fejn tħallas kera ta’ €4,080 fis-sena. Hija applikat ukoll għall-Iskema ta’ sussidju fuq il-kera fil- 11 ta’ Gunju 2013 u l-applikazzjoni tagħha għadha qed tiġi pproċessata. L-ewwel lokalita’ preferuta tagħha hija B’Kara. Hija tibbenefika mill-assistenza soċjali u d-dħul tagħha għas-sena 2012 kien jammonta għal €6,780.10. L-applikazzjoni tagħhha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

children's allowance — żieda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-familji li ħadu ż-żieda fiċ-children's allowance minn €350 għal €450 għal kull wild? Kemm kien n-numru ta' tfal li bbenefikaw minn din iż-żieda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ familji li bejn Jannar u Ġunju 2013 irċevew iz-zieda fic-children’s allowance minn €350 għal €450 hu ta’ 22,345 u n-numru ta’ tfal jammonta għal 33,458.

benefiċċju għall-gass

Question

Tista' l-Ministru tgħid iż-żieda fil-benefiċċju għall-gass minn €30 euro għal €40 kif imħabbra fil-baġit għal din is-sena ngħatatx? Jekk le, meta hu maħsub li titħallas u kemm-il familja se jibbenefikaw minnha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda fil-benefiċċju għall-gass minn €30 għall-€40 ingħatat u skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment jidher li ibbenefikaw minnha 9,374 familja.

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru transfers jew redeployment fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Marzu, 2013 ’l hawn. Min huma dawn il-persuni? X’inhi r-raġuni f’kull każ li wasslet biex dawn in-nies ġew transferred u/jew redeployed?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.