Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tinħareġ iċ-ċittadinanza Maltija lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant m'ilhiex li saret u għada qiegħda tiġi pproċessata.
Pulizija — Investigazzjoni dwar bejgħ illegali ta' frott
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jqabbad il-pulizija jinvestigaw hux isir bejgħ illegali ta' frott mill-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant huwa kopert b'liċenzja maħruġa mis-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ għal retail sale of food in specialised stores selling predominantly fruit and vegetables, including pre packed foodstuffs. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija ma rriżultax li kien qed ikun hemm xi bejgħ kontra l-liġi.
Pulizija — Investigazzjoni dwar bejgħ illegali ta' frott
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux il-permessi kollha meħtieġa biex iservi ta' maħżen ta' ħxejjex u minnu wkoll isir bejgħ dirett?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6242 f'din l-istess Seduta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni waddbu offerta biex jieħdu l-art li fuqha nħarġu l-permessi meħtieġa biex jiftħu pompa tal-petrol fil-Mellieħa wara l-ground tal-football? Jista' jgħid x'kien il-valur ta' l-offerti li ntefgħu waħda waħda? Fejn wasal il-proċess ta' l-għażla għal min se jieħu l-art u jiftaħ il-pompa tal-petrol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm erba` offerti għall-għotja b'ċens ta' l-art li fuqha nħarġu l-permessi meħtieġa biex issir pompa tal-petrol fil-Mellieħa. Il-valur ta' l-offerti li ntefgħu huwa kif ġej:-
I. Lm7,350.00
II. Lm5,500.00
III. Lm5,000.00
IV. Lm2,100.00
Il-proċess tat-Tender qiegħed fi stadju ta' aġġudikazzjoni.
Persuna ta' nazzjonalita' barranija — Ċittadinanza Maltija
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għaċ-ċittadinanza Maltija fis-26 ta' Ottubru 1999 minkejja li hi miżżewġa Maltija, għadha sal-lum ma ġietx mogħtija ċ-ċittadinanza Maltija?
Jista' jindaga dwar dan il-każ peress li ħaddieħor li applika warajh ingħata ċ-ċittadinanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li dwarha qiegħed jistaqsi li l-Onor. Interpellant kienet ġiet infurmata, b'ittra li ġġib id-data tat-22 ta' Marzu 2001, li minħabba li l-applikazzjoni tagħha kienet saret wara l-15 ta' Awissu 1999, ma kienx possibli, skond id-dispożizzjonijiet ta' artikoli 6 u 27(2) ta' l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188), li din l-applikazzjoni tkompli tiġi kkunsidrata.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata se tagħlaq ħames snin miżżewġa fit-13 ta' Lulju 2004 u għalhekk wara din id-data tkun eliġibbli sabiex terġa' tapplika għal reġistrazzjoni bħala ċittadin ta' Malta kemm il-darba fid-data ta' l-applikazzjoni il-koppja ikkonċernata jkunu għadhom jgħixu flimkien.
Peress li fil-Qorti ta' Għawdex ma hemmx sigurta' biżżejjed, ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li l-Qorti ta' Għawdex għandu jiġi mgħammar b'apparat ta' sigurta' bħal Malta?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tagħmel did-domanda lill-Ministeru konċernat (Ministeru ta' Għawdex).
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-Gvern jiftiehem dwar ħlasijiet lis-sidien ta' l-artijiet, li kienu ngħataw għall-bini tad-djar tal-Gvern fix-Xwieki il-Għargħur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sidien ta' l-artijiet li kienu ngħataw għall-bini tad-djar fix-Xwieki il-Għargħur ġew kollha ikkompensati ħlief għas-sidien li kellhom l-utile dominium temporanju ta' biċċa art waħda. Dan l-utile dominium għalaq fl-14 ta' Awissu 1991. Il-kumpens lil dawn is-sidien ikun jista' jitħallas meta jiġu identifikati il-persuni nvoluti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Kumitat maħtur taħt iċ-Chairmanship tal-ex President tar-Repubblika Guido de Marco dwar il-Liġi tad-Droga? Ma min ikkonsulta u qiegħed jikkonsulta u meta kkonsulta magħhom? (Jekk jista' bid-dati) X'terms of reference għandu dan il-kumitat u jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx terminu ta' żmien li fih il-Kumitat għandu jlesti l-ħidma tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Il-Kumitat jew Forum imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien twaqqaf fuq inizjattiva tal-President ta' Malta ta' dak iż-żmien, il-Profs. Guido de Marco, bl-iskop li jkun forum ta' diskussjoni bejn awtoritajiet u aġenziji governattivi u organizazzjonijiet mhux governattivi impenjati fil-kamp ta' ġlieda kontra d-droga, u kura u prevenzjoni, l-aktar bil-ħsieb li jaraw kif il-liġijiet attwali u l-miżuri eżistenti f'pajjiżna qegħdin jaħdmu fil-ġlieda kontra d-droga. Il-Ministeru ta' l-Intern ma kienx involut ħlief li l-Kummissarju tal-Pulizija ġie mistieden li jattendi għal laqgħat.
Fit-23 ta' Ġunju, 2004, il-President attwali tar-Repubblika bagħatli kopja tar-rapporti kollha li tħejjew mill-għaqdiet, u anki mill-awtoritajiet u aġenziji tal-Gvern wara li saret laqgħa riċentement tal-Forum. Kif ġa għedt dawn ir-rapporti se nippreżentahom għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, għal diskussjoni iktar wiesa' u bl-ebda mod limitata għal dawn ir-rapporti biss.
Dana qed isir sabiex kull emenda fil-liġi dwar id-droga ikollha l-konsensus l-iktar wiesa' , u sabiex id-distinzjoni bejn vittmi u traffikanti li saret fl-1999 mill-Gvern preżenti, tkompli tissaħħaħ.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fit-30 ta'April 2004 kemm kien hemm inkjesti li għadhom ma ngħalqux quddiem kull maġistrat? Kemm ilha miftuħa l-aktar inkjesta quddiem kull maġistrat? Jista’ jagħti n-numru għal Qorti f'Għawdex? Liema huma l-maġistrati li bħalissa qed jagħmlu wkoll xogħol f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu prostituti l-qorti din is-sena? Minn fejn allegatament sar ir-reat? Kemm kellhom eta' u ta liema sess kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 52 persuna, uħud minnhom diversi drabi, fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni fil-Marsa u l-Gżira. Minn dawn 41 kienu nisa u 11 irġiel, filwaqt li l-iżgħar fosthom kien raġel ta' 18-il sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nassaba u kaċċaturi l-qorti din is-sena u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ittellgħu 263 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal il-qorti din is-sena u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena n-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li ttellgħu quddiem il-Qorti kien ta' tmintax (18).
Ir-raġunijiet għax ittellgħu kienu dwar:
Droga, kemm abbuż kif ukoll traffikar
Serq
Inġurji magħmula fil-konfront ta' ġenituri u terzi
Ġlied fl-iskejjel
Ksur ta' bon ordni
Grieħi ħfief
Sewqan ta' karozzi
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru hold ups din is-sena u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 26 każ ta' hold ups. Dawn seħħew f'dawn il-lokalitajiet:
Żurrieq
San Ġwann
San Ġiljan
Paola
Luqa
Kirkop
Mtarfa
Pembroke
Burmarrad
Marsa
Msida
Għaxaq
Żabbar
Swieqi
Qormi
Ħamrun
Birkirkara
Kalkara
Ta' Xbiex
Rabat
San Pawl il-Baħar
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew misruqa vetturi din is-sena u x'kienu? Kemm instabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 365 vettura misruqa, li minnhom 245 ġew misjuba. It-tip tal-vetturi irrapurtati misruqa kienu 56 kummerċjali, 22 tal-kiri, 251 karozzi privati u 36 mutur.
Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid kemm u liema huma l-każi ta'omiċidju, mill-1980 s'issa, fejn qatt ma tressqet persuna akkużata bi qtil? Meta kien sar il-qtil? F'kull każ, l-investigazzjoni qed titkompla?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi sakemm il-każ ma jkunx solvut l-investigazzjoni tal-Pulizija tibqa' miftuħa.
Qrati — Persuni mħarrka fuq reati konnessi ma droga
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma droga din is-sena, kemm kellhom eta' u ta liema sess kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, il-Pulizija akkużat quddiem il-Qorti 280 persuna fuq akkużi konnessi mad-droga. L-eta' tagħhom hija bejn is-16 u l-56 sena, filwaqt li 224 huma rġiel u 56 huma nisa.