Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30027 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klabb ta’ Naxxar Lions FC – site plans għal faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans ta' liema żoni/siti qed jiġu kkunsidrati sabiex waħda minnhom jew aktar jingħataw lill-klabb ta' Naxxar Lions sabiex tinbena faċilità sportiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30028 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – bini ta’ faċilità sportiva minn Naxxar Lions FC fil-Kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-art fiż-żona viċin ta' fejn qabel kien hemm il-kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri fin-Naxxar għadhiex qed tiġi kkunsidrata sabiex fuqha tinbena faċilità sportiva min-Naxxar Lions FC, liema art fl-2012 kien sar kuntratt fuqha bil-partijiet involuti/firmatarji kienu fil-fatt l-istess Naxxar Lions FC u l-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30029 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – Laqgħat bejn il-Gvern u Naxxar Lions FC dwar faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat u f’liema dati, bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC bejn l-1 ta' April 2013 u l-10 ta' Jannar 2017 dwar is-suġġett relatat mal-faċilità sportiva fil-lokalità tan-Naxxar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30030 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar — għoti ta’ art lin- Naxxar Lions FC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistennija jiġu konklużi l-laqgħat bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC dwar għoti ta' art sabiex fuqha tinbena faċilita sportiva, dejjem jekk hi differenti minn dik li fuqha kien hemm qbil u ftehim iffirmat f'Ottubru 2012, bejn l-istess għaqda sportiva u l-amministrazzjoni preċedenti (Kunsill Malti għall-Isport)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29393 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tibdil fl-Ordni tal-Preċedenża fir-rigward tal-Kariga tal-Prim Imħallef

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala l-Principal Permanent Secretary, skont kif rappurtat fit-28 ta’ Diċembru 2016, ma kellux il-‘korteżija’ (kelma użata mill-istess Prim Imħallef meta indirizza lill-Kap tal-Istat fil-bdil tal-awguri 'lbieraħ, 27 ta’ Diċembru) li jagħti risposta lill-Prim Imħallef dwar it-tibdil fl-Ordni tal-Preċedenza tal-Prim Imħallef?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-każ kollhu sar pubbliku u allura nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrijiet maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li jiġbru l-kwistjoni kollha. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess stqarrijiet għal riferenza faċli.
Leg 12 PQ #29395 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsultazzjoni dwar tibdil tal-Ordni tal-Preċedenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’konsultazzjoni effettiva saret mal-Prim Imħallef qabel it-tibdil tal-Ordni tal-Preċedenza fl-okkażjonijiet uffiċjali, imħabbar reċentement?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29393.
Leg 12 PQ #29469 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16792 jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-għassa antika tal-pulizija ġewwa Wied il-Għajn għaddietx lura lid-Dipartiment tal-Artijiet u jekk iva x’se jsir minnha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Għassa tal-Pulizija l-antika f’Wied il-Għajn għada m’għaddietx lura f’idejn id-Dipartiment tal-Artijiet.
Leg 12 PQ #29501 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

In-Naxxar – Ground tal-Football – għoti ta’ art

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi ġodda hemm, jew hu mistenni li jkun hemm, għal dak li jikkonċerna l-għoti ta' art mill-Gvern, lill-klabb tal-football tan-Naxxar, biex ikun jista' jsir kumpless sportiv, li jinkludi ground?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li għaddejin diskussjonijiet bejn il-Gvern u n-Naxxar Lions F.C dwar sit li jista' jaqdi l-bzonnijiet tal-club.
Leg 12 PQ #29502 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – bankini – xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tassigura li xogħlijiet ta' kostruzzjoni li jkissru wkoll il-bankini, fil-fatt ma jħallux il-bankini f'qagħda ta' abbandun għal tul ta' żmien?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24648,25068 u 25279.
Leg 12 PQ #29601 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — vjaġġi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-vjaġġi li għamel bħala Prim Ministru? Min kienu l-persuni li akkumpanjawh fil-vjaġġi? X’kienet l-ispiża ta’ kull vjaġġ? Mingħand min inxtraw il-biljetti tal-ivvjaġġar? X’kienu l-ispejjeż li tħallsu f’kull vjaġġ f’dak li huwa: a) ikel, b) xorb u ċ) vjaġġar b’vetturi waqt iż-żjarat li saru? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għal informazzjoni li qed tidher fl-Estimi Supplimentari Vot 5 tal-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12115,17753,26715 u 26833.
Leg 12 PQ #29602 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 29 Information Services

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif ser tkun qed titħallas u lil min ser ikun qed jitħallas il-finanzjament taħt Vot 29 Information Services għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm-il direct order sar u lil min saru, taħt dan il-vot u jekk kienx hemm pagament li sar b’proċess ta’ tender? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għall-informazzjoni li qed tidher taħt Vot 5 fl-Estimi Supplimentari.

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29603 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 — pagamenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar fiex kienu jikkonsistu l-pagamenti, lil minn saru u għal liema raġuni saru dawn il-pagamenti relatati mal-Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 taħt Vot 5 kif jidher fl-Estimi Supplimentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29604 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 5365 CHOGM 2015

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid: a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba; b) lil min ser ikunu qed isiru; c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’ tendering għall-attività ta’ CHOGM 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29605 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 5808 EU-Africa Summit

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ żieda ta’ €2,400,000 għal Vot 5808 EU-Africa Summit u jgħid: a) x’pagamenti ser ikun qed isiru b’dawn l-€2,400,000; b) lil min ser ikunu qed isiru jew saru b’ direct orders ; u c) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru bil-proċess ta’ tendering għall-attività tal- EU-Africa Summit ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29606 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 9 6161 Running Expenses of the Electoral Commission — nefqiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’pagamenti ser ikunu qed jitħallsu b’€3000 li qed ikunu mitluba taħt Vot 9 6161 Running Expenses of the Electoral Commission, lil min ser ikunu qed jitħallsu u għal liema raġuni saru dawn in-nefqiet li għamlet il-Kummissjoni Elettorali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Kummissjoni Elettorali mhix awtoritá jew entitá li taqa’ taħt xi Ministeru għaldaqstant tweġiba f’isem il-Kummissjoni Elettorali mhix indikata.
Leg 12 PQ #29869 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – spezzjonijiet fuq arbli tad-dawl

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kull kemm żmien l-Enemalta tagħmel spezzjonijiet fuq l-arbli tad-dawl tagħha? X'inhi r-raġuni li għaliha minn żmien għal żmien xi arbli tad-dawl jinqalbu, mhux minħabba li jkunu mkissra b'inċidenti tat-traffiku, u li l-covers tal-istess arbli jinqalgħu minn posthom u jdumu ġranet sħaħ mhux imsewwija? Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arbli li hemm matul il-front tax-Xemxija jiġu spezzjonati u msewwija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-ispezzjonar u l-manutenzjoni tal-arbli li magħhom ikun hemm lampi jew linji tal-elettriku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kumpanija, isir b’mod regolari matul is-sena bħala parti mill-proċess ta’ manutenzjoni kontinwa tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż. Kull meta jidħol rapport ta’ xi ħsarat jew perikli marbutin ma’ arbli, Enemalta tibgħat it-tekniċi tagħha biex iwettqu t-tiswijiet meħtieġa mill-aktar fis. Uħud minn dawn ix-xogħlijiet ma jkunux jistgħu isiru qabel ma jintalbu permessi ta’ kontroll tat-traffiku mil-awtoritajiet konċernati. Il-ħsarat tal-arbli normalment ikunu kkawżati minn aċċidenti tat-traffiku, maltemp u irjiħat qawwija jew vandaliżmu. Fix-xatt tax-Xemxija, Enemalta plc spezzjonat l-arbli li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kumpanija u sabet biss arblu wieħed li kellu l-cover tiegħu li kellu bżonn jinbidel. Enemalta ma kienet irċeviet l-ebda lment mingħand klijenti jew mingħand il-Kunsill Lokali konċernat dwar din id-diffikultà f’dan l-arblu.
Leg 12 PQ #29876 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Triq Patri Ġużepp Calleja – bozoz bil-ħsara

Question

Billi numru ta' bozoz fi Triq Patri Ġużepp Calleja, San Pawl il-Baħar qed ikollhom ħsara b'mod regolari, u jidher li minkejja l-interventi li saru sa issa l-Enemalta għadha ma' sabitx soluzzjoni permanenti għal din il-problema, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-ħsara tiġi rranġata b'mod permanenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li fil-bidu ta’ Diċembru 2016 huma rċevew l-ewwel rapport ta’ ħsara bil-maltemp f’żewġ bozoz tat-triq indikata, liema tiswijiet tlestew mill-ewwel. Nhar il-11 ta’ Jannar 2017 il-Kumpanija daħlilha rapport mingħand il-Kunsill Lokali dwar ħsara oħra li kienet qed tolqot diversi toroq, fosthom it-triq imsemmija. It-tiswijiet neċessarji saru l-għada stess, fit-12 ta’ Jannar. Iż-żewġ ħsarat ma kellhomx x’jaqsmu ma’ xulxin ħlief li b’koinċidenza affettwaw id-dwal tal-istess triq.
Leg 12 PQ #29894 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Santa Luċija – Triq il-Gardenja – qtugħ ta’ dawl

Question

B’referenza għall-qtugħ ta’ dawl fi Triq il-Gardenja Santa Luċija fl-14 ta’ Settembru 2016 fit-8:15 u li b’konsegwenza ta’ dan ir-residenti ġarrbu ħsarat fl-appliances, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li sar dan il-qtugħ ta’ dawl u jagħti aktar dettalji u xi żviluppi seta’ kien hemm dwar dan l-inċident? Jista’ jikkonferma wkoll li meta r-residenti kkuntatjaw lill-Enemalta, huma ġew infurmati li l-qtugħ ta’ dawl ma kienx ħtija tal-Enemalta u li l-Enemalta mhijiex responsabbli għall-ħsarat li kienu ġarrbu l-familji? Jista’ jikkonferma li hi l-Enemalta li tissuplixxi d-dawl u li l-oversurge hija responsabilità tal-Enemalta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-Kumpanija m’għandha l-ebda rapporti ta’ inċidenti fid-data u t-triq imsemmija. Jista’ jkun li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-inċident li seħħ ġurnata wara, ċioè fil-15 ta’ Settembru 2016. Jidher li għadd ta’ persuni sofrew ħsarat fl-apparat tal-elettriku fil-propjetà tagħhom wara li, kuntrattur privat li kien qiegħed jaħdem mal-faċċata ta’ propjetà fl-inħawi, laqat xi linji tal-elettriku mwaħħlin mal-istess faċċata. Enemalta plc għamlet rapport lill-Pulizija dwar dan l-inċident u infurmat lill-klijenti li l-ħsarat ma kienux ikkawżati minn xi nuqqas tal-Kumpanija, iżda minn terzi.
Leg 12 PQ #29905 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Toroq Dawret il-Gżejjer u Wileġ – xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 29437 u 29438, billi hu evidenti li t-toroq imsemmija għandhom bżonn li jingħatalhom wiċċ, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tibda x-xogħol ta’ bdil ta’ mains, fejn hu meħtieġ, matul it-toroq imsemmija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #29913 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.