Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20962 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Kumpless Sportiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-liema stadju waslu t-taħdidiet bejn il-Ministeru u l-Universita' dwar it-tmexxija tal-Kumpless Sportiv kollu f'Tal-Qroqq inkluż il-Pixxina Nazzjonali? Kemm-il laqgħa saret matul din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru diversi laqgħat bejn rappreżentanti tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru u l-Universita`. Kien hemm diversi proposti u kontro proposti għall-abbozz ta' ftehim. It-taħditiet waslu fil-fażijiet finali.
Leg 9 PQ #20963 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema huma x-xogħlijiet li bħalissa qed isiru fil-Pixxina Nazzjonali? F'kull każ, jista' jgħid meta ħarġet kull sejħa pubblika (jekk saret)? Min xeħħet l-offerta f'kull każ, kemm kienet kull waħda u liema ntgħażlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali huma kif ġej. F'kull każ ħarġet sejħa pubblika. Tlestija ta' żewġ squash courts - Sejħa ħarġet fl-1 ta' Frar 2000 Offerti mitfugħa: S. Camilleri (Lm36,990) Ideal Dwellings Turnkey Ltd (Lm29,652.41) Camray Contractors Ltd (Lm28,962.60) Property Maintenance Ltd (Lm34,207) L-offerta magħżula kienet ta' Camray Contractors Ltd. Dan ix-xogħol tlesta. Provvista ta' servizzi fl-East Block - Sejħa ħarġet fis-7 ta' Frar 2000 Ġiet aċċettata l-unika offerta mitfugħa li kienet ta' Camray Contractors Ltd (Lm10,425) Xogħol ta' tkomplija ta' l-East Block - Sejħa ħarġet fl-1 ta' Frar 2000 Offerti mitfugħa: Camray Contractors Ltd (Lm24,923.926) A.J.&F. Attard Ltd (Lm23,393.11) Samuel Camilleri (lm25,502.48) Rea Ceramics Co. Ltd (Lm22,558.23) C & F Building Contractors Ltd (Lm23,659.90) Pass Developers Ltd (Lm23,311.44) A.F. Ellis Ltd (Lm29.798.76) Ideal Dwellings Turnkey Ltd (Lm29,849.07) Hal Mann Project Ltd (Lm30,000) Il-kuntratt ġie allokat lil Rea Ceramics Co. Ltd. Kostruzzjoni tal-foyer (East Block) - Sejħa ħarġet fil-25 ta' Lulju 2000 Ġiet mitfugħa offerta waħda minn Polidano Bros Ltd. Din l-offerta ma ġietx aċċettata u x-xogħol ingħata lill-Kalaxlokk Ltd wara li nħarġet l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi. Xogħol ieħor li qiegħed isir fil-Pixxina huwa t-tkomplija tal-West Block u tqegħid ta' madum f'żewġ kmamar oħra. Dan ix-xogħol qiegħed isir bil-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #20964 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm dewmien ta' aktar minn tliet xhur fi ħlasijiet tal-kontijiet tal-Pixxina Nazzjonali? X'inhu l-ammont totali ta' kontijiet għal kull kwalita' ta' xogħol li sar fil-Pixxina Nazzjonali li għadhom ma tħallsux għax-xogħol li sar matul din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Board ta' tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali għandu xi kontijiet pendenti li ilhom aktar minn tlett xhur. Dawn il-kontijiet jammontaw għal Lm6,780. Minn dan l-ammont hemm kont ta' Lm1231.65 li qed jiġi kontestat filwaqt li l-kontijiet l-oħra għad iridu jiġu verifikati. L-ammont totali ta' kontijiet għal xogħol li sar fil-Pixxina Nazzjonali matul din is-sena u li għadu pendenti huwa ta' Lm33,784. Dawn ikopru spejjeż ta' natura rikorrenti u kapitali. Għad hemm ukoll pendenzi ta' ħlasijiet ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma u ta' xiri ta' fuel li ilhom ġejjin mill-1997 u l-1998. Dawn id-djun ġejjin mill-perjodu meta kien hemm Gvern Laburista u kienu jleħħqu għal madwar Lm40,000. Parti sostanzjali ta' din is-somma ġiet imħallsa matul din il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #20965 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja s'issa, kemm intnefaq mill-Pixxina Nazzjonali fuq fuel biex jissaħħan l-ilma? Kemm-il litru nxtara? Kemm minn dan hu diġa' mħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena, sa l-aħħar ta' Ottubru, inxtraw 336,167 litri ta' fuel biex jissaħħan l-ilma fil-Pixxina Nazzjonali. In-nefqa kienet tammonta għal Lm41,146 li minnhom għad fadal x'jitħallsu Lm7,880.50.
Leg 9 PQ #20966 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Statali — Kotba

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20559, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux issa l-figuri minn Mejju 'l hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Mejju 2000 iż-żmien li fih il-procurement tal-kotba ta' l-iskejjel għaddew taħt ir-responsabilta` tad-Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni saru dawn l-ordnijiet ta' kotba:- Mingħand Ammont ta' kotba Ammont ta' flus Lm Merlin Library 6,780 16,655.50 Interprint Ltd 20,700 10,513.00 Gutenberg Press Ltd 5,293 3,221.00 TOTAL 32,773 30,389.50 Dawn il-kotba msemmija inxtraw fuq sejħa pubblika. Mingħand Ammont ta' kotba Ammont ta' flus Lm Stamperija tal-Gvern 6,620 2,109.00 Dawn il-kotba msemmija ġew mixtrija permezz ta' Transfer Voucher.
Leg 9 PQ #20991 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Palazz ta' l-Inkwiżitur — Restawr

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari preċedenti fosthom dik 2488, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħlijiet ta' restawr sar fuq il-Palazz ta' l-Inkwiżitur tul is-snin 1998, 1999 u din is-sena u jekk huwa possibbli jistax jiġi indikat kemm intnefqu flus f'dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-snin 1998, 1999, 2000 xogħlijiet ta' restawr li sar fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Birgu, kienu dawn: * Inbarxu, tkaħħlu u tbajjdu numru konsiderevoli ta' kmamar * Tpoġġa ġebel li kien nieqes u nbidlu xorok li kienu maqsumin * Bdil ta' għadd ta' kanen u katusi * Bini ta' toilets ġodda għall-viżitaturi * Tiswija ta' ħafna bibien u twieqi * Tindif ta' bjar u postijiet oħra minn ħafna terrapien * Bdil ta' żewġt itravi f'waħda mis-swali ta' l-Appartamenti ta' Ruffo * Restawr tal-koppla tal-kappella * Tlestija ta' laboratorju u depożitu għall-kollezzjoni tal-ħwejjeġ * Restawr ta' l-affreski ta' l-Appartamenti ta' Ruffo b'kooperazzjoni maċ-Ċentru tar- Restwr ta' Bighi * Saru żewġ skavi arkeoloġiċi fil-ġnien u fil-bitħa tal-ħabs * Sar pjan ġdid għall-ġnien * Saret rikostruzzjoni tal-ħadid li kein hemm fit-twieqi tas-sular ta' isfel * Qed issir pjanta dettaljata tal-ħsara li għandha l-faċċata biex tintuża meta jsir ir-restawr * Mistenni jiħroġ tender għal sistema ġdida ta' dawl fil-Palazz. Kalkolu approssimattiv tal-flus li ntefqu f'dawn it-tliet snin jammonta għal madwar Lm11,000.
Leg 9 PQ #21019 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Finanzi — Allokazzjoni ta' Fondi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 19869, jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-Lm 200,000 li l-Ministru tal-Finanzi kien wieġeb li ġew mgħoddija lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-uffiċċjali fil-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħi għadhom m'humiex qed jifhmu għalxiex jista' qed jirreferi l-Onor. Membru. Jista' l-Onor. Membru jindika fejn il-"Ministru tal-Finanzi kien wieġeb" kif qed isostni l-Onor. Membru forsi l-uffiċċjali konċernati jiġbru t-tagħrif mitlub jekk jikkompeti lilhom.
Leg 9 PQ #21039 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm studenti mill-28,060 ġew minn l-iskejjel primarji u sekondarji ta' bliet u irħula ta' Bormla, l-Birgu, Senglea, Kalkara, Xgħajra, Zabbar u l-Fgura possibilment skola skola? Jistax ukoll jindika l-istudenti l-oħra mil-liema skejjel oħra kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika tat-tfal skola skola ma' tinżammx.
Leg 9 PQ #21040 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra minn liema skejjel kienu ġejjin l-istudenti li marru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, il-Mużew tal-Fine Arts, Tal-Palazz ta' l-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika tat-tfal skola skola ma' tinżammx.
Leg 9 PQ #20576 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Reġistratur

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-registratur ta' l-Universita' tax awtorizzazzjoni li l-graduate trainees li daħlu s-sena li għaddiet ser jiġġeddidilhom il-kuntratt minkejja li fis-sejħa għall-applikazzjoni kien kemm stipulat li l-kuntratt ma jistax jiġġedded?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-Reġistratur m'awtorizzax l-estensjoni ta' xi kuntratt anki għaliex mhux il-funzjoni tar-Reġistratur li jagħmel dan. Ebda 'graduate trainee' ma ġġeddidlu l-kuntratt u lanqas hemm il-ħsieb li jiġġedded xi kuntratt ta' xi 'graduate trainee'. Dan ma jipprekludix lill-Universita` li fejn ikun hemm il-ħtieġa timpjega minn xahar għal xahar xi ħadd minnhom.
Leg 9 PQ #20643 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EU — Programmes Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni kollha li jaħdmu fil-European Union Programmes Unit fil-livelli kollha? B'liema kundizzjonijiet tax-xogħol? B'liema kriterji ġew reklutati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Eurpoean Union Programmes Unit (EUPU) s'issa (31 ta' Ottubru 2000) hemm jaħdmu:- (a) National Co-ordinator (li hu wkoll Direttur, Ippjanar u Żvilupp fid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (b) Skrivana (mislufa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni) (c) Executive Secretary (li ġiet maħtura f'Lulju 2000). Bħalissa, hemm ukoll sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Executive Secretary (Youth) u dalwaqt toħroġ sejħa oħra għall-Executive Secretary (Socrates). L-ewwel żewġ impjegati qed jagħmlu dan ix-xogħol apparti x-xogħol tagħhom fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. L-Executive Secretary intgħażlet wara sejħa pubblika ta' l-applikazzjonijiet. Din qegħda fuq kuntratt ta' xogħol ta' tliet snin.
Leg 9 PQ #20956 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajn Tuffieħa — Banjijiet Rumani

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema awtorita' qed ikun hemm mini-vans u gwidi li jwasslu turisti biex iżuru l-Banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Banjijiet Rumani huma magħluqa għall-pubbliku u ħadd ma hu awtorizzat li jżurhom mingħajr il-permess tad-Direttur tal-Mużewijiet jew id-delegati tiegħu.
Leg 9 PQ #20957 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajn Tuffieħa — Banjijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjani hemm għar-riabilitazzjoni tal-banjijiet f'Għajn Tuffieħa? X'passi qed jittieħdu biex ma jiġux vandalizzati?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed isir dak li huwa possibbli fil-limita tar-riżorsi finanzjarji disponibbli biex il-banjijiet jiġu protetti mill-elementi u mill-vandaliżmu.
Leg 9 PQ #20958 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajn Tuffieħa — Banjijiet Rumani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Ġunju 2000 sal-lum kemm kien hemm persuni li żaru l-banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa? X'arranġamenti jridu jagħmlu dawk li jridu jżuru dawn il-banjijiet Rumani?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Banjijiet Rumani m'humiex miftuħa għall-pubbliku u b'hekk ma nbiegħux biljetti għad-dħul f'dan is-sit. F'każi ta' interess speċjali jew akkademiku, wieħed jista' jidħol b'appuntament u fil-preżenza ta' impjegat tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Leg 9 PQ #20959 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajn Tuffieħa — Banjijiet Rumani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġew skavati l-Banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa? X'arranġament kien hemm sa ftit xhur ilu biex dan il-post storiku jżuruh? F'liema sena l-aħħar li saru xogħlijiet biex jinżammu fi stat tajjeb dawn il-fdalijiet storiċi Rumani?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20960 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajn Tuffieħa — Banjijiet Rumani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li minkejja li tqiegħed katnazz mar-rixtellu tal-banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa, xorta qed jaqbżu għal ġol-post persuni biex iżuruh? X'passi qed jittieħdu biex il-post ma jiġix vandalizzat, issa li m'hemm ħadd jieħu ħsiebu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Banjijiet Rumani m'humiex miftuħa għall-pubbliku u kull dħul mhux awtirizzat huwa ksur tal-liġi. Huwa maħsub li fis-sena li ġejja l-ħajt li jdawwar is-sit jiġi msaħħaħ biex hekk is-sit ikun protett aħjar kontra dan id-dħul mhux awtorizzat.
Leg 9 PQ #21016 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Flus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19867?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża totali konnessa maż-żjara tas-Segretarju Parlamentari ġewwa Sydney ammontat għal Lm2,111. Din in-nefqa tinkludi biljetti ta' l-ajru, lukandi u spejjeż oħra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riċevuti li jkopru l-ispejjeż tas-Sinjura Mugliett.
Leg 9 PQ #20865 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kumitat Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 20301, minn min hu kompost il-Kumitat Eżekuttiv li twaqqaf fi ħdan il-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat l il-Kumitat Eżekuttiv huwa kompost mis-Sinjuri: George Fenech Chairman Dr J J Vella LL.D Deputy Chairman Anthony Debono Direttur Maniġerjali (Amministrazzjoni) Charles Farrugia Direttur (Finanzi) Dione Drago Direttur (Sports Chef) Charles Borg Direttur (Proġetti)
Leg 9 PQ #20868 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenżi u Teknoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti talabx għajnuna finazjarja jew ta' xort'oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex jiġi mwaqqaf il-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija? Jekk iva, kemm kienet din it-talba u kemm irċieva bħala għajnuna? Jista' jgħid kemm intefqu flus s'issa sabiex jitwaqqaf il-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija? F'hiex intefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.