Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn il-5 ta` Settembru 1998 sal-31 ta` Jannar 1999 intefqu dawn l-ammonti:
Riċeviment: Ara tweġiba għall-Mistoqsijiet
Parlamentari Nru. 1279 u 3299.
Safar: Lm3,214
Petrol u Diesel: Lm854
Pagi: Lm87,168
Jista' l-Ministru jara li Triq Widnet il-Baħar, Binja Nigret, Żurrieq, tingħata l-wiċċ peress illi dan qiegħed ikun ta' dannu kbir għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress illi din il-persuna tbati minn diżabilita' u ma tistax toħroġ minn darha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt l-informazzjoni pprezentata mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi nvestigat liema servizzi għad jonqos isiru qabel ikun jista` jsir ix-xogħol l-ieħor.
Jista' l-Ministru jara li jsiru pelican lights jew almenu zebra crossing fil-Bypass ta' Wied il-Għajn, viċin Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar peress li diġa' seħħ inċident fl-24 ta' Jannar, 1999 fejn tifla ittajret minkejja li kienet m'ommha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet biex jiġi nvestigat x`jista` jsir.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Minzel, fiż-Żejtun imsemmija f'mistoqsija parlamentari numru 3943, hux l-istess waħda msemmija f'mistoqsija parlamentari numru 4376?
Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hijiex se tispiċċa jew le kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3943?
Jista' l-Ministru jpoġġi site plan ta' fejn tinsab din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq Minzel li sar aċċess għalijha f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 3943, hija passaġġ qadim li kien iservi bħala aċċess għall-għelieqi qabel ma beda tiela l-bini. Skond l-iskema ta` l-iżvilupp, dan il-passaġġ irid jispiċċa.
Triq il-Minzel msemmija f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 4376, hija t-triq li għad trid tinbena skond il-pjan tal-lokalita ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Kopja tas-`site plan` ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Minsitru jgħid fiex waslu l-pjanijiet ta' rmiġġi li kienet qed tħejji l-Awtorita' Marittima għall-inħawi ta' Wied il-Għajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pjan ta` l-irmiġġi ta` Wied il-Għajn ilu jiġi diskuss u tlestew il-pjanti bbażati fuq applikazzjonijiet li jmorru lura għas-sena 1994.
Dan il-proġett ma setax jiġi mplementat qabel, minħabba t-tul tad-diskussjonijiet mal-Għaqda tal-Baħħara u Sajjieda tal-lokal. Illum jidher li dan il-proġett għandu bżonn ta` studju dettaljat rigward is-sitwazzjoni attwali f`din il-Bajja sabiex wieħed jara jistgħux jintlaqgħu aktar talbiet minn dawk li kienu daħlu sal-1994.
Ta` min jgħid ukoll li riċentament sar eżerċizzju u ġew identifikati dawk id-dgħajjes li jorbtu fuq il-ħoloq mal-mollijiet li jdawwru din il-Bajja.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Kartolini tal-Milied
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba faċilitajiet ta' mollijiet ipprovduti mill-Awtorita' Marittima għal min irid jesporta "scrap material" humiex se jiġu rranġati f'din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima dejjem ħadet ħsieb li tipprovdi l-faċilitajiet meħtieġa sabiex taqdi d-domandi ta` kumpaniji Maltin li jesportaw is-`Scrap Iron`. Infatti din it-tip ta` esportazzjoni saret minn diversi mollijiet.
L-Awtorita` matul din is-sena se tonfoq aktar minn Lm500,000 sabiex tirranġa l-mollijiet fil-Port il-Kbir.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn hu maħsub li tgħaddi t-triq li se tgħaqqad Manoel Island mar-roundabout ta' ħdejn it-tank tal-gass fir-Regional Road?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-working groups li nħatru mill-Forum "The Road Ahead" sabiex flimkien ma' l-esperti Ġermaniżi jipprepara masterplan għat-toroq f'pajjiżna għadhomx jiltaqgħu?
Dawn il-working groups lestew ix-xogħol tagħhom?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li nstab li l-`working groups` kellhom għalqa vasta ta` studju x`jagħmlu iżda ma setgħux jiffunzjunaw u jaslu għal rakommandazzjonijiet meħtieġa.
Għalhekk tlabt id-Dipartiment jibdel l-istrateġija, sabiex jinstab mezz aktar effiċjenti ta` kif wieħed jista` jkompli din il-konsultazzjoni.
Għalissa il-`working groups` mhux qed jiltaqgħu.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li huma listed f'xi kuntratt sabiex jiġu asfaltati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fuq it-toroq f`Ħaż-Żebbuġ li kien għaddej is-sena l-oħra spiċċa u għalhekk fil-prezent m`hemmx kuntratti ta` xogħol pendenti. S`intendi xogħolijiet oħra neċessarji f`Ħaż-Żebbug ikomplu jitwettqu din is-sena skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment u dan jekk hemm is-servizzi kollha meħtieġa fil-post.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awditur tal-gvern kienx lesta l-inkjesta dwar pagamenti għal xogħol ta' toroq? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' din l-inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-inkjesta mill-Awditur kienet lesta fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti u r-rapport dwarha tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, Leo Brincat, fil-25 ta` April 1997.
Jista' l-Ministru jinformani jekk ġiex ippreżentat rapport rigward l-istat tat-triq li tibda minn Triq il-Missjoni Taljana u li tgħaddi quddiem il-Kunvent tal-Kapuċċini, sa l-aħħar ta' Triq Santa Liberata, l-Kalkara wara l-aħħar domanda parlamentari li għamilt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq ġiet spezzjonata u jirriżulta li fiha ħafna ħofor u żrar maqlugħ. Qed issir konsiderazzjoni jekk din il-ħsara hiex qed tiġri minħabba kostruzzjoni ħazina tat-triq jew hija sempliċiment ħsara tal-wiċċ biex ikun jista jiġi ppjanat ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rmiġġi li se żżid l-Awtorita' Marittima matul din is-sena? F'liema nħawi ta' Malta? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiżdiedu l-irmiġġi fin-naħa ta' fuq ta' Malta, partikolarment f'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa `llum, l-Awtorita` Marittima għad m`għandiex pjani li tagħmel irmiġġi f`xi nħawi.
L-Awtorita` Marittima minn żmien għal ieħor tirċievi applikazzjoni għal irmiġġi temporanji f`kull bajja ta` Malta, inklużi San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.
Sakemm ma jkunux f`xi żona riservata għall-għawwiema, dawn l-applikazzjonijiet dejjem ġew milqugħa.
B'riferenza għall-proposti/draft li ħejjiet l-Awtorita' Marittima sabiex jiġi mwaqqaf l-Institute of Marina Studies, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern huwiex se jkompli jiżviluppa dan il-ħsieb?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-1994 bdew diskussjonijiet bejn l-Awtorita` Marittima u l-Ministeru ta` l-Edukazzjoni biex ikun hemm kordinazzjoni kontinwa dwar `courses` u servizzi oħra li tipprovdi l-Iskola Nawtika.
B`riżultat ta` dawn it-taħdidiet, li damu sejrin sa l-1998, twaqqaf kumitat b`rappreżentanti miż-żewġ naħat li eventwalment wassal biex ħarġet l-idea li jitwaqqaf Istitut għall-Istudji Marittimi. Il-Kumitat fassal Statut proviżorju kif ukoll `Business Plan`, iżda ma ntlaħaqx ftehim dwar `frame work` legali biex jista` jitwaqqaf dan l-Istitut.
Il-Gvern qiegħed jeżamina s-sitwazzjoni biex ix-xogħol li sar ma jisfax fix-xejn.
B'riferenza għax-xogħlijiet maħsuba li jsiru mill-amministrazzjoni preċedenti, cioe' sabiex isir ir-refurbishment tal-breakwater tal-Veċċa u tal-moll ta' Buġibba, jista' l-Ministru jikkonferma mal-Kamra li x-xogħlijiet se jiġu attwati? Jekk fl-affermattiv, meta u kemm hija n-nefqa vvotata għal dawn ix-xogħlijiet ta' refurbishment?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għas-sena finanzjarja 1998-99, l-Awtorita` Marittima vvutat is-somma ta` Lm60,000 għal xogħol fuq il-Breakwater ta` Bugibba u tal-Veċċa.
Diġa sar survey fuq il-moll ta` Buġibba u ser toħroġ Tender biex isir dan ix-xogħol ta` Hemm il-ħsieb li jsir survey fuq il-moll tal-Veċċa din is-sena biex ix-xogħolijiet ta` tiswija jitwettqu mill-aktar fis.
Dan juri li l-amministrazzjoni preżenti qed tieħu x-xogħol meħtieġ bis-serjeta.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi ffurmata Triq il-Minzell, fiż-Żejtun għaliex minkejja li din hi abitata għadha fi stat diżastruż tant li n-nies qed ikollhom jgħaddu minn triq privata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jipprepara biex joħroġ sejħa għal offerti għax-xogħlijiet indikati mill-Onor. Interpellant, meta jiġi assigurat li x-xogħol ta` servizzi jkun lest.
Jista' l-Ministru jgħid kif, meta u b'liema mod se jibda: (a) jiġi miljorat; (b) jiġi assigurat; u (ċ) jitjieb u jitwal is-servizz tat-trasport pubbliku minn u lejn l-kontrada tal-Papa f'Birżebbuġia peress illi jirriżulta li dan is-servizz f'din in-naħa ftit jew xejn qed iservi l-iskop li ġew maħluqa għalih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-servizz ta` karozzi tal-linja via l-inħawi magħrufa Tal-Papa f`Birżebbuġa kien inbeda fuq bażi sperimentali fl-1995. Għalkemm għadu jopera sa llum, f`Settembru ta` l-1997 tnaqqsu l-vjaġġi peress li s-servizz ftit li xejn kien jintuża. Ma jidhirx li d-domanda għal dan is-servizz żdiedet minn dak iż-żmien `l hawn. Madanakollu ser nieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorita` tat-Trasport Pubbkliku tinvestiga wkoll din it-talba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ngħataw l-ebda rigali fl-okkażżjoni tal-Milied 1998.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx possibbilta' li matul din is-sena l-problemi li l-ilma tax-xita qed jikkaġuna fit-Triq it-Turetta, Kalkara jiġu studjati u solvuti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jinvestiga il-problema biex ikun determinat x`hemm bżonn isir.