Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11731 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarznari — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11220?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata appena tali informazzjoni tkun inġabret.
Leg 9 PQ #11732 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Profitti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11221?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata appena tali informazzjoni tkun inġabret.
Leg 9 PQ #11739 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Toroq — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni regolari fuq id-dawl fit-toroq arterjali għaliex bħalissa hawn partijiet sħaħ ta' toroq arterjali li jinstabu mitfija minħabba ħsarat fis-sistemi tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tistħarreġ l-ilment u jekk ikun il-każ tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #11755 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Tal-Fortini - Vultaġġ tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11424 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' l-Ministru jara li jissaħħaħ il-vultaġġ tal-kurrent tad-dawl fil-Housing Estate Tal-Fortini, Birgu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta`
Leg 9 PQ #10915 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Craft Village

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-Craft Village f'Ta' Qali, jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi li seħħew? Meta fil-fatt se jiġi ffinalizzat il-proġett ta' dan il-villaġġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 9764 waqt is-Seduta numru 176.
Leg 9 PQ #11011 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija ta' l-Għaġin

Question

Peress li l-Industrija ta' l-Għaġin lokali ġiet żvantaġġata bit-tneħħija tal-levy fuq dan il-prodott għaliex ġiet suġġett li tikkompeti ma' prodott importat li huwa ssussidjat mill-pajjiżi ta' l-oriġini għaliex Malta mhux membru ta' l-UE, jista' l-Ministru jintroduċi skema sabiex l-industrija lokali tiġi sussidjata bl-istess sussidju sabiex qabel insiru membri sħaħ ma tkomplix tkun fi żvantaġġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-unici levies fuq prodotti tal-ghagin li tnehhew permezz ta` l-avviz legali tas-16 ta` Lulju, 1999, huma dawk il-prodotti li jaqghu taht il-kodici tad-dwana 1902.20 u 1902.30 li jirreferu principalment ghal ghagin (pasta) diga msajjar. Fil-fatt dawn huma prodotti li minn xi zmien ilu diga` kienet qed tinghata regolarment ezenzjoni mil-levy fuqhom ghaliex ma jinhadmux f`Malta. Min-naha l-ohra, ma hemm l-ebda hsieb li jitnehhew il-levies fuq il-prodotti l-ohra kollha ta` l-ghagin li jaqghu taht il-kodici tad-dwana 1902.11 u 1902.19. Mhux qabel ma jkun hemm ftehim reciproku specifiku ma` l-Unjoni Ewropeja u ghalhekk tgawdi wkoll mill-provvedimenti tal-Common Agricultural Policy.
Leg 9 PQ #11659 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Wire tal-cable tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-preżent il-Korporazzjoni Enemalta m'għandhiex la wire tal-cable tad-dawl tat-three phase u lanqas meters tad-dawl? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista'l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan in-nuqqas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent l-Enemalta ghandha stokk baxx ta` meters tat three-phase. Il-process tax-xiri ta` dawn il-meters kien inbeda f`Gunju tal-1998, izda waslet quddiem il-Bord tad-Diretturi sitt xhur wara. F`April 1999, it-`tender committee` deherlu li specifikazzjoni (dettalji tal-materjal) tat-tender kienet ambigwa u ghalhekk is-sejha ghall-offerti kellha tinhareg mill-gdid. It-tieni sejha ghalqet fit-3 ta` Awissu 1999 u sakemm tlestew il-processi kollha ghaddew tlitt xhur biex intbaghtet l-ordni ghal 1,300 meter 3-Phase 40 Max 100 Amps. Din il-kunsinna mistennija tasal Malta f`Dicembru. Sakemm tasal din il-kunsinna, l-Korporazzjoni ghamlet ordni zghira ohra ghal 25 meter minghand ditta lokali. Rigward l-istokk tal-wire tal-cable, ghalkemm il-livell fil-General Stores tal-Korporazzjoni huwa xi ftit baxx, id-distretti huma fornuti. Barra minn hekk f`Settembru li ghadda saret ordni li mistennija tasal Malta fis-6 tax-xahar id-diehel.
Leg 9 PQ #11691 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jiswa gallun petrol u diesel fin-1990, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000, issa li se jiżdied il-VAT fuq il-petrol u diesel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-prezz ghall-konsumatur ghal kull litru ta` petrol, petrol bla comb u diesel matul is-snin imsemmija huwa kif gej SENA PETROL PETROL BLA COMB DIESEL 1990 26c4 26c4 16c5 19 95 26c4 25c0 16c5 1996 26c4 25c0 16c5 1997 30c0 27c5 17c5 (mill-14 ta` Jannar) 1998 32c5 32c5 17c5 (mis-26 ta` Novembru) 1999 37c4 37c4 20c1 (mit-23 ta` Novembru) Ta` min jinnota li fil-budget ta` l-1997, Gvern Laburista kien gholla l-prezz tal-petrol b`13.6 fil-mija meta zied is-sisa, u ghalhekk ma kienx hemm il-possibilita` ta` VAT refund, b`kuntrast ma dak li sar fl-ahhar budget.
Leg 9 PQ #11708 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ftuħ ta' branches

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-Maltacom branches li hemm f'Tas-Sliema, il-Qawra u San Pawl il-Baħar ma jinfetħux fil-ħdud u fil-btajjel pubbliċi? Jista' l-Ministru jgħid jekk din id-deċiżjoni itteħditx b'riżultat ta' xi legal notice? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema hija din il-legal notice?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-decizjoni ttiehdet skond il-proceduri normali li japplikaw fil-Maltacom. Id-decizjoni li l-ferghat tal-Maltacom jaghlqu fil-Hdud u l-btajjel pubblici ttiehdet wara l-pubblikazzjoni ta` l-Avviz Legali numru 166 tat-28 ta` Settembru, 1999, fi zmien ic-Chairman precedenti.
Leg 9 PQ #11709 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT — Petrol/Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex il-Ministru jkun jaf x'effett se jkollha l-impożizzjoni tal-VAT fuq il-petrol u d-diesel fuq is-settur industrijali?

Response (BONNICI, JOSEF)

B`differenza mis-sistema tas-CET implimentata mill-amministrazzjoni precedenti, is-sistema tal-VAT tahseb ghal refunds. Ghalhekk kull operatur kummercjali li juza` petrol jew diesel ghal fini ta` xoghol tieghu huwa ntitolat li japplika sabiex jiehu lura l-VAT li jkun hallas.
Leg 9 PQ #11710 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT — Petrol/Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex il-Ministru jkun jaf l-impatt li se jkollha l-impożizzjoni tal-VAT fuq il-petrol u d-diesel fuq il-qasam soċjali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #11711 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT — Servizzi tal-Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studju sar biex jiġi studjat l-impatt soċjali li ż-żieda tal-VAT fuq is-servizz tal-Maltacom se jkollu fuq il-familji Maltin, speċjalment l-anzjani u dawk bi bżonnijiet speċjali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #11712 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ftuħ ta' branches

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Maltacom branches li hemm f'Tas-Sliema, fil-Qawra u f'San Pawl il-Baħar m'humiex jinfetħu fil-ħdud u fil-btajjel pubbliċi meta dawn kienu qed iservu ta' servizz tant utli lit-turisti u anke lill-konsumaturi Maltin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-decizjoni ttiehdet fi zmien ic-Chairman precedenti, wara l-pubblikazzjoni ta` l-Avviz Legali numru 166 tat-28 ta` Settembru, 1999.
Leg 9 PQ #11444 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-equipment tal-kumpannija Kalaxlokk? Fiex jikkonsisti dan l-apparat? Kemm jiswa llum? Min qed jużah illum u kemm qed iħallas tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond il-ftehim li kien intlahaq bejn in-NOVITA u l-kumpanija Kalaxlokk f'Novembru tal-1994, il-kumpanija Kalaxlokk kienet kriet l-impjant u tagħmir lill-kumpanija NOVITA sabiex din ta' l-aħħar setgħet tiżviluppa it-Tieni Fażi tal-Port Ħieles. Skond dan il-ftehim, il-kumpanija Kalaxlokk żammet id-dritt li ma' tmiem l-iżvilupp imsemmi, tbiegħ l-impjant u tagħmir lill-kumpanija NOVITA għas-somma ta' Lm700,000. Fil-fatt kif tlesta x-xogħol, l-impjant u tagħmir għadda taħt il-kustodja tan-NOVITA u dan sakemm jiġi ffirmat il-kuntratt finali ta' bejgħ. Dwar f'hiex jikkonsisti l-apparat, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-Seduta 79 għall-Mistoqsija numru 5565 magħmula minnu stess.
Leg 9 PQ #11534 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari li jaqgħu taħtu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad prezenti ta` l-impjegati is-segretarjat privat tieghi u taz-zewg Segretarji Parlamentari fi hdan il-Ministeru tieghi, kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel. Is-salarji, beneficcji jew allowances ohra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.

Maltapost — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ fergħa tal-posta fil-Kalkara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-Kalkara diġa hemm Sub-Post Office fi Triq l-Arċisqof Gonzi li qed jipprovdi servizz postali lir-residenti ta' dan il-lokalita u għaldaqstant għalissa m'hemmx ħsieb li tinfetaħ fergħa f'dan il-lokal.

Banek — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux jipprova jħajjar lil xi bank kummerċjali biex jiftaħ fergħa tiegħu ġewwa l-Kalkara peress li f'dan il-lokal ir-residenti m'humiex moqdija b'dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena ċert li l-banek kummerċjali ta' pajjiżna, li llum laħqu livelli li jikkomparaw ma' banek barranin, huma kapaċi biżżejjed li waħedhom jgħarfu fejn hemm ħtieġa li tinfetaħ fergħa u żgur ma għandhomx bżonn li xi ħadd, inkluż il-Gvern, iħajjarhom biex jagħmlu dan.
Leg 9 PQ #11377 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-kumpannija Kalaxlokk illum u x'xogħol qed jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-kumpanija għandha 139 impjegat. Dawn qed jaħdmu fuq xogħol ta' kostruzzjoni f'diversi partijiet ta' Malta kif ukoll qed jagħmlu xogħol amministrattiv għal kumpaniji jew jipprovdu servizz lil kumpaniji oħra parastatali li tiegħu l-Kalaxlokk qed tirċievi ħlas.
Leg 9 PQ #11378 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT — Tneħħija ta' levies

Question

Billi f'Ottubru li għadda tneħħew diversi levies fuq diversi prodotti, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm kienu il-prezzijiet tal-prodotti qabel it-tneħħija u llum wara li l-levy's tneħħew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta jimmonitorja l-prezzijiet ta` dawk il-prodotti li ghandhom `market share` fin-nefqa tal-mara tad-dar. Bhalissa dan l-Ufficcju qed jigbor informazzjoni dwar tibdil fil-prezz ta` prodotti li tnehhiet il-levy minn fuqhom. Ta` min jghid ukoll li hafna levies li tnehhew b`sehh mill-1 ta` Ottubru ta` din is-sena kienet diga qed tinghata ezenzjoni fuqhom. Madanakollu jirrizulta li diversi tipi ta` ghagin kellhom tibdil fil-prezz rakkomandat. Dan it-tibdil fil-prezz jidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jista` jkun li xi prezzijiet murija fit-tabella ikunu anke irhas minhabba xi `discounts` varji li jinghataw minn hwienet differenti. Ta` min jinnota wkoll li l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta qed jaghmel ukoll ezercizzju biex ikun jista` jistabilixxi c-caqlieq fil-prezzijiet li mistenni jsehh fil-bidu tas-sena d-diehla wara li titnehha l-levy minn fuq numru iehor ta` prodotti.