Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn inħasset il-ħtieġa li jiġu deployed erba’ security guards, tnejn matul il-jum u tnejn bil-lejl, fil-bini ewlieni tal-Ministeru fi Strada Merkanti, meta fl-aħħar ġimgħat l-istess Ministeru żied is-sistema ta’ CCTV cameras ġewwa l-istess bini u meta fl-istess binja hemm sistema ta' intruder alarm li taħdem tajjeb? Ma jaħsibx li tali miżura tmur oltre minn dak li hu verament bżonnjuż, speċjalment matul il-lejl? Kemm hi nefqa f’pagi, allowances u dħul ieħor li qed jitħallsu dawn is-security guards? Kemm ġew irrappurtati lill-Pulizija każijiet ta' serq minn ġewwa Palazzo Castellania, li seħħew fil-ħinijiet tal-uffiċċju u anke matul il-lejl fl-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġie trasferit mill-11 ta' Marzu ’l hawn fil-Ministeru għas-Saħħa? X'kariga kellha kull persuna li ġiet trasferita? Kemm minn dawn il-persuni talbu li jiġu trasferiti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li ġew trasferiti fil-perijodu msemmi u l-kariga ta’ kull persuna, u jekk it-transfer ġiex mitlub mill-persuna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1333, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tenderers interessati u fejn kienu s-siti? Kemm kienet il-kirja f'kull każ? Min iddeċieda liema kirja tintgħażel? Jista' jgħid jekk kienx hemm postijiet tal-Gvern li ġew ikkunsidrati? Jista' jghid ukoll jekk sarux xi spejjeż fuq postijiet tal-Gvern bil-ħsieb li numru ta' impjegati jmorru hemm? Liema kien, jew kienu, dawn il-postijiet u kemm kienu l-ispejjeż f'kull każ? Jista' jgħid ukoll min iddeċieda li minflok isir sforz ħalli tinstab binja pubblika l-Gvern preċedenti jikri mingħand il-privat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu għandha l-villa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Kemm ilha mikrija din il-Villa u kemm huwa l-ħlas? Meta tiskadi din il-kirja? Kemm hemm ħaddiema fiha li qed jagħmlu użu minn din il-kirja? Min kien iddeċieda li l-Gvern preċedenti jikri din il-villa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu għandha l-binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Kemm ilha mikrija din il-binja u kemm huwa l-ħlas? Meta tiskadi din il-kirja? Kemm hemm ħaddiema fiha li qed jagħmlu użu minn din il-kirja? Min kien iddeċieda li l-Gvern preċedenti jikri din il-binja?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu l-uffiċċju tiegħu f’parti mis-settur numru 5 tal-binja “The Emporium”, C. De Brockdorff Str. Msida.
Infurmat ukoll li dan l-uffiċju ilu mikri mill-5 ta’ Lulju 2005 u kien ġie deċiż wara sejħa pubblika. Il-kera għas-sena 2012-2013 kienet ta’ €46,164.74.
Il-kuntratt kien d’terminu sat-30 ta’Awissu 2018 pero l-aħħar sitt snin m’humiex marbutin. Bħalissa hemm 28 staff u tlett studenti li jaħdmu f’dan l-uffiċju.
Sptar Mater Dei — persuni trasportati mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex bil-helicopter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet xhur, jagħti l-età tal-persuna u r-raġuni għaliex ittieħdet l-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin rikoverati fl-Isptar Mater Dei fuq medda tal-aħħar sitt xhur? F’liema ward kienu u kemm damu hemm kull wieħed u waħda separatament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li kellhom appuntamenti l-out patients l-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar sitt xhur u għal liema servizz u jgħid kemm kien hemm appuntamenti li tħassru u ta' liema servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 956, jista' l-Ministru jikkonferma li fuq ċirkolari li nħarġet fl-20 ta' Frar, ir-ri¿ultat ġie ppublikat fit-28 ta' Marzu u t-Tnejn ta' wara, ċjoè fl-1 ta' April, dawk magħ¿ula ġew infurmati li ma kinux eleġibbli għall-istess grad? Jistà l-Ministru jagħti r-raġuni ta’ dan?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija tinvolvi l-eliġibilità ta’ kandidati għal sejħa mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, li hija materja li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant, nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li ngħatat ordni li skrivana tal-kuntrattur li taħdem ġewwa l-Isptar Mater Dei tiġi trasferita għal Ministeru fil-Belt Valletta, meta din suppost tirraporta għax-xogħol fl-isptar? Min ta din l-ordni u għaliex? Għalfejn intgħa¿let din il-persuna partikolari? X’inhu x-xogħol li din il-persuna se tkun qed tagħmel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda skrivani tal-kuntrattur jaħdmu fil-Ministeru fil-Belt.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-waiting lists għal kull intervent li hemm fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk inbediex il-proċess sabiex jiġi stabbilit il-maximum waiting time għal kull intervent? Meta hu maħsub li dan il-proċess jitlesta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-Public Relations Uniont tal-Isptar Monte Karmeli twaqqaf milli jkompli jaħdem? Jekk iva, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni meta dan il-unit kien jagħmel ħafna xogħol utli fost oħrajn billi jieħu inizjattivi biex titnaqqas l-istigma li għad hawn fuq dan l-isptar u l-mard mentali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Public Relations Unit tal-Isptar Monte Karmeli għadu qiegħed jiffunzjona.
Jista’ l-Minitru jara għaliex l-appuntament għal Dental Checkup ta’ dawn iż-żewġt anzjani li d-dettali tagħhom qed jingħataw separatament ġie imċaqlaq mis-27 ta’ Awwissu 2013 għas-27 ta’ Marzu 2014? Fhimt sew li l-wegħda elettorali tal-Gvern kienet li jnaqqas il-waiting list mhux iżidha? Jista’ jara dan il-każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li Dentista irtirat fl-20/09/2011, filwaqt li ħames dentisti oħra irreżenjaw bejn Novembru tas-sena 2011 u April 2013. Filwaqt li nirrigrazzja lill-Onorevoli interpellant tal-mistoqsija, jirriżuta li ma ttieħdu l-ebda passi mill-gvern preċedenti biex din is-sitwazzjoni tiġi evitata, u bis-saħħa t’hekk ġie deċiż li jkun propriju issa li jintbagħtu avviżi bl-appuntamenti retardjati.
Ministeru għas-Saħħa — Impjegati fis-segretarjat minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 736, dwar persuni impjegati minn barra s-servizz pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, fejn fir-risposta tiegħu l-Ministru rreferieni għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 63, peress li r-risposta għal din mistoqsija parlamentari hi dwar salarji, allowances u benefiċċji oħra ta' uffiċjali fis-segretarjat tal-Ministru u peress li din ir-risposta ma għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali li saret lill-Ministru, jista' l-Ministru jirrispondi u jagħti d-dettalji hekk kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari 736?
Jista' l-Ministru fir-risposta tiegħu, meta jsemmi n-numru ta' persuni minn barra s-Servizz Pubbliku fis-segretarjat tal-Ministeru, jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji dwar dawn l-individwi: l-isem ta' dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom, u l-impjieg preċedenti tagħhom
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta flimkien ma’ dokumenti relatati, ġiet imwieġba u mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 7 mistoqsija parlamentari 63 datata 15 ta’ April 2013.
Aġenzija Sapport – servizz ta’ Personal Assistants lil persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 845, jista’ l-Ministru jindika s-servizzi speċjalizzati (bħal per ezempju s-servizz tal-Personal Assistants tal-Aġenzija Sapport)) mogħtija minn entitajiet oħra lil persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiklarifika u jagħti aktar informazzjoni rigward il-mistoqsija parlamentari 845.
Spejjeż ta’ safar għall-ġenituri minħabba kura tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux diġà qed titħaddem il-wegħda li l-Istat iħallas l-ispejjeż għaż-żewġ ġenituri biex ikunu jistgħu jakkumpanjaw lit-tifla jew tifel tagħhom taħt l-età meta dawn ikollhom bżonn isiefru barra minn Malta għall-kura? Jekk le, x’inhu jżomm biex dan jibda jsir ġaladarba dan ma jitlobx bdil f'liġijiet imma proċedura li diġà qed titħaddem illum fuq bażi ta' ġenitur wieħed?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-ħlas għat-tieni ġenitur meta jiġu akkumpanjati minuri għal-trattamenti barra minn Malta, peress li fil-budget attwali l-gvern preċedenti qatt ma ħaseb dan il-bżonn u għalhekk m’alloka l-ebda fondi, bi pjaċir ninfurmaħ li dan il-ftehim se jiġi attwat mal-Budget li jmiss.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1662, jista' l-Ministru jara li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, twettaq xogħlha sew peress li f'dan il-parkeġġ qiegħed isir ħafna parking b'mod abbużżiv?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Isptar Mater Dei ha jżomm ix-xogħol f’din iż-żona taħt skrutinju speċjali biex jara li din il-kumpanija tagħmel xogħolha sew.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 376, jinforma f’liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'San Ġiljan?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li min-naħa tad-Dipartiment tal-kura primarja tas-saħħa sar ix-xogħol fuq il-medical brief u kalkolazzjoni ta’spejjeż tal-proġġetti taċ-ċentru reġjonali l-ġdid tal-kura primarja f’San Ġiljan.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 958 u 247 u jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma assenjati fil-preżent ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 377 u jinforma fl-liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'Raħal Ġdid?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpallant l sar l-medical brief, stimi u xogħol ieħor ta’ pjanar relatat ma dan il-proġett. Issa se jssir talba biex il-Ministeru jieħu fondi mill-European Regional Development Fund ħalli jkun jista’ jiġi ffinanzjat dan il-proġett.