Residenza San Vinċenz de Paul – job experience għal persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3188, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija billi tgħid minn Marzu lil hawn kemm-il persuna attendiet għal job experience jum b’jum?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Minsitru tgħid minn Marzu sal-lum kemm ġew admitted anzjani:
Fir-residenza San Vinċenz De Paul;
Fid-djar tal-Anzjani tal-Gvern;
Fil-Karin Grech Rehabilitation Hospital; u
permezz bl-iskema ta’ Public Private Partnership?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammissjonijiet minn Marzu sal-lum huma dawn:
Fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul - 119
Fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern - 53
F’Karen Grech Rehabilitation Hospital - 506
Bl-Skema ta’ Public Private Partnership - 51
Tista’ l-Ministru tivverifika jekk il-kera li ġiet imġiegħla tħallas il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex għolja ħafna speċjalment meta wieħed iqis li hija każ soċjali u l-appartament hu żgħir ħafna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni għandha l-kera kummerċjali tal-post fejn toqgħod €2,094. Hija tħallas kera ta’ €1,256 fis-sena jiġifieri €314 kull tlett xhur.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3195 u tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list, kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li jingħatajt għal mistoqsija parlamentari 1551.
Jista’ l-Ministru jgħid xi swiet il-ħidma tal-Gvern kontra l-abbuż mid-droga sena b’sena mill-2008 ’l hawn? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma fuq spejjeż marbutin ma’ edukazzjoni u prevenzjoni u spejjeż marbutin mal-kura u/jew servizzi oħra tas-saħħa mogħtija lil persuni li għandhom il-problema tad-droga?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul – entertainment section
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm staff jaħdmu f’dik li kienet magħrufa bħala l-Entertainment Section tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-istaff li jaħmdu f’din is-sezzjoni bl-ismijiet u l-grad tagħhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3195 u tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament inqaflet fid-dar għal persuni b’diżabilità f’Wied il-Għajn meta din il-perusna sa ftit tal-ġimgħat ilu kienet tgħix mal-familja tagħha u llum l-istess familja għandha diffikultà kbira biex tara lil din il-persuna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura sensittiva ħafna u kunfidenzjali, u għaldaqstant inkun lesta li nitkellem privatament ma’ l-interpellant u/jew mal-persuna nvoluta.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3504 u tgħid x’inhi r-raġuni li l-pensjoni tar-romol li tingħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se titwaqqaf għax għandha tifla li għadha tistudja li se tgħalaq 21 sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna imsemmija minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat għal akomodazzjoni soċjali imma sa issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar il-25 t’April,2013. Hija toqgħod b’tolleranza mal-ġenituri tagħha, d-disa’ ħutha u persuna oħra ġo post bi tlett ikmamar tas-sodda mikri mill-Awtorita’ tad-Djar. Il-lokalitajiet preferuti tagħha huma n-naħa t’isfel ta’ Malta. Hija taħdem part time u d-dħul tagħha għas-sena 2012 kien jammonta għal €6,357. L-applikanta mħeġġa biex tipprova tikri mis-settur privat u tapplika għall-Iskema ta’ sussidju fuq il-kera dejjem jekk tkun konformi mal-kriterji tal-Awtorita’ tad-Djar. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha li applikat mill-2007 għal post tal-Awtorità tad-Djar u s’issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar it-13 ta’ Frar,2009. Hija separata mingħajr tfal u toqgħod b’tolleranza m’ommha u ż-żewġ ħutha bniet, ġo post bi tlett ikmamar tas-sodda mikri mill-Gvern. Bhala lokalitajiet hija tippreferi kullimkien minbarra l-Kottonera. Hija tibbenefika mill-benefiċċji tal-qagħad u tieħu €76.02 fil-ġimgħa. L-applikanta applikat għal post tal-Gvern peress li għandha problemi familjari. L-applikazzjoni tagħhha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Tista’ l-Ministru tara li l-Awtorità tad-Djar tikkomunika mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fil-post li tgħix fih?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-peruna li għaliha qegħda ssir riferenza applika għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-6 t’Awwissu, 2008. Huwa joqgħod ġo “elavated groundfloor” li huwa mikri mingħand il-Gvern. Huwa jixtieq ipartat minħabba li għandu kundizzjoni medika (Fibromyalgia) f’għonqu u f’daru li ma tħallieħx jagħmel l-iċken xogħlijiet tad-dar. Minħabba hekk huwa għandu problema biex joħroġ mill-post peress li jinsab f’toroq li fihom hemm ħafna tlajja’ u nżul. Il-lokalitajiet preferuti tas-Sinjur huma kullimkien minbarra Belt u Cottonera. Fl-applikazzjoni għandna ċ-ċertifikati mediċi li jirreflettu l-mard tiegħu iżda m’hemm xejn x’jindika li l-post għandu xi ħsarat. L-Awtorita’ tad-Djar ghamlet kuntatt ma’ dan il-peruna fejn stqarr li hemm xi problema bi dħul ta’ ilma minn xi appartament iehor. Meta dan prova jara minn fejn gejja din il-problem dan ma sab l-ebda kooperazzjoni mill-inkwilini l-oħra anzi jidher li l-blokk huma vandalizzat u saħansitra anke il-lift ma qiegħed jaħdem. Minħabba f’dan is-Sinjur jixtieq li jingħata post alternattiv.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3044 u tgħid x'kien l-eżitu ta' sejħa għal promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar li kienet pubblikata lejn l-aħħar tas-sena l-oħra? Ladarba l-interviews saru f’Jannar li għadda u r-riżultati li kellhom l-approvazzjoni tal-bord kellhom jitħabbru lejn nofs ix-xahar ta’ Marzu, u peress li issa qegħdin f’Lulju, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal dn il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — servizz ta' konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jagħmel użu mis-servizzi bħala konsulenti fuq bażi ta’ self employed ta’ ex-ħaddiema tal-Air Malta li kienu għażlu li jieħdu l-voluntary retirement scheme? Jekk iva, min huma, x’xogħol qed jintalbu jagħmlu u x’rati ta’ pagament qed jitolbu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti stima ta' kemm huma dawk li se jibbenefikaw mill-miżura li ġiet imħabbra fil-baġit fejn familji jistgħu jieħdu deduction fejn hemm persuni b'diżabilità residenti f'respite homes? Tista’ tikkonferma jekk hemmx xi pjan li dawn il-benefiċċji jiġu estiżi wkoll għal persuni b'diżabilità li jibqgħu jgħixu fid-djar residenzjali tagħhom fejn isiru spejjeż speċifikament minħabba d-diżabilità tagħhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk koppji jew individwi jistgħux jibbenefikaw mill-ispecialised fostering benefit minħabba li t-tfal li huma ffosterjaw għalqu 21 sena u għadhom jgħixu magħhom billi għandhom xi forma ta’ diżabilità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-beneficcji tal-ispecialised fostering jingħataw sakemm il-minuri kkoncernati jagħlqu t-18 il-sena, filwaqt li l-Child in Care Benefit sal-eta ta’ 21 sena.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tagħha/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tagħha fejn applikabbli?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalħa Ministeru ma għandniex Deputy Chief of Staff/ Deputy Head of Secretariat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jżid l-għajnuna lill-Caritas mis-sena d-dieħla ’l quddiem sabiex din l-organizzazzjoni tkun tista’ tkopri l-ispiża tal-operat tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.