Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #17722 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – entitajiet — użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi? Jekk fl-affermattiv min huma dawk l-entitajiet li huma awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards pubbliċi għal kull entità minn Marzu 2013 u jista’ jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-entita` li taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-Ministeru għal Għawdex ma tagħmilx użu minn credit cards pubbliċi.
Leg 12 PQ #17832 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – nefqa f’petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17870 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Kafetterija msakkra

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-vapuri tal-Gozo Channel qed isakkru l-kafetterija tagħhom waqt numru ta' vjaġġi li jkunu qed isiru mill-istess kumpanija? Jista' jikkonferma li dan l-għeluq ġie awtorizzat minn Transport Malta, sezzjoni marittima, biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm riskji għall-passiġġieri li jkunu qed jinġarru bejn iż-żewġ gżejjer?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, illi l-kafeteriji tal-Gozo Channel ilhom jingħalqu matul ċertu vjaggi ta’ bil-lejl sa mil-2011. Dan il-fatt bl-ebda mod ma jista’ jpoġġi riskju fuq il-passiġieri. Ħdejn il-bieben tal-kafeteria tinsab ukoll ċavetta ġo ‘break glass unit’ biex f’kull każ ta’ emerġenza il-kafeteria tkun tista’ tinfetaf immedjatament.
Leg 12 PQ #17871 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Vjaġġi bejn Malta u Għawdex — persuni 'l fuq minn 60 sena

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' passiġieri li għandhom iktar minn 60 sena li nġarru bejn Malta u Għawdex matul l-ewwel sitt xhur tal-2015?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurnat li l-kumpanija Gozo Channel Company Ltd fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2015 ħarġet 93,663 biljett lil persuni ‘l fuq minn 60 sena għall-ġarr bejn Għawdex u Malta.
Leg 12 PQ #17699 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor/ Interpellant li ħadd mill-impjegati li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi ma jitħallas mill-entità li taqà taħt ir-responsabbiltà tiegħi.
Leg 12 PQ #17843 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14331 u 14993 fejn ġie mistoqsi liema huma t-toroq ġodda f’Għawdex li għadhom qatt ma ġew surfaced bit-tarmak u allura jridu jsiru mill-Ministeru għal Għawdex? Liema huma dawn it-toroq u f’liema lokalitajiet huma? Meta huwa ppjanat li jsiru dawn it-toroq? Liema huma dawk it-toroq li ser isiru matul is-sena kurrenti 2015?​

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qiegheda tingabar u tinghata f'seduta ohra
Leg 12 PQ #17844 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko — Għawdex – Viżjoni 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 17439 jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-proposta għall-Pjan ta' Azzjoni Ġdid fuq il-Viżjoni 2020 ta’ Eko-Għawdex? Jista' jgħid għaliex din għadha proposta u meta ser tiġi addottata? Jista' jgħid min kienu l-uffiċjali tekniċi fid-direttorat rispettivi li ħejjew din il-proposta għall-Pjan ta' Azzjoni Ġdid?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-pjan msemmi għadu fi stadju ta’ working draft. Il-proposta ġiet mħejjija minn tim fid-Direttorat ta’ EkoGħawdex Żvilupp Reġjonali li jikkomprendi d-Direttur, l-Assistent Direttur, Senior Project Administrator, Perit u Inġinier, bl-għajnuna tal-istaff kollu tad-Direttorat u uffiċjali tekniċi minn Direttorati oħrajn.
Leg 12 PQ #17845 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – masġar/park fil-Qortin ta’ Isopu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' masġar/park fil-Qortin ta' Isopu fin-Nadur? Jista' jgħid kemm ġew investiti flus sal-lum f'dan il-proġett? Kemm hu l-ammont ta' siġar li tħawwlu fil-post u kif qed jissaqqew dawn is-siġar? Liema Dipartiment hu inkarigat minn dan il-post?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li dan il-proġett qed isir mid-Direttorat ta’ EkoGħawdex u Żvilupp Reġjonali filwaqt li d-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp diġà qed jieħu ħsieb l-manutenzjoni tas-siġar u l-veġetazzjoni l-oħra li ġiet mħawla. L-ewwel fażi tal-proġett waslet biex tintemm. F’das-sit, tħawlu madwar 3900 siġar u pjanti li qed jissaqqew permezz ta’ sistema ta’ tisqija awtomatika. L-ammont ta’ flus li ġew imħallsa sal-lum jammontaw għal € 203,205.
Leg 12 PQ #17607 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – In-Nadur – xogħol ta’ resurfacing fi Triq ir-Ramla

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17298 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16770, jista’ l-Ministru jara li jitneħħew żewġ ħitan perikolużi li jisporġu ‘l barra fi Triq ir-Ramla fin-Nadur eżattament fil-parti ta’ Triq Ramla li tibda f’salib it-toroq ma’ Triq Ħanaq, Triq Hilda u Triq San Ġużepp sa ħdejn Triq Wied Binġemma, liema plots u ħitan li jisporġu ‘l barra fit-triq huma fuq in-naħa tal-lemin inti u sejjer fid-direzzjoni tal-bajja tar-Ramla, u dan peress li huma ta’ periklu? Possibbli li, kif intqal fil-mistoqsija parlamentari 16770, il-Gvern isib ftit mijiet ta’ euro biex jesproprja dawn il-ftit kejliet ta’ raba’ ħalli jitneħħa kull periklu minn din it-triq li tagħti għall-bajja tar-Ramla u li minnha jgħaddu eluf ta’ Għawdxin, Maltin u turisti, ladarba fil-ġimgħat li għaddew sab kważi żewġ miljun euro biex xtara nofs indiviż ta’ proprjetà fi Triq Żekka, il-Belt, u ftit qabel ħallas €4.2 miljun biex ħa lura Cafè Premier, li kien proprjetà tiegħu stess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mar-risposti preċedenti.
Leg 12 PQ #17809 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta’ Għawdex — friża mitfija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar jiem kienx hemm okkażżjoni fejn il-friża tal-biċċerija ta' Għawdex tħalliet mitfija bil-konsegwenza li diversi prodotti kellhom jintremew? Min kien responsabbli minn dan l-iżball? X'passi ttieħdu kontra l-persuna responsabbli minn dan?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninfroma lill-Oner. Interpellant li dwar dan il-kaz saret investigazzjoni interna u ser jitieħdu l-passi kollha opportuni.
Leg 12 PQ #17841 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – esproprjazzjonijiet ta’ art fiċ-Ċittadella

Question

B'referenza għar-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 17299 u 17585, jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw fondi tal-Unjoni Ewropea biex ġew espropjati l-artijiet fiċ-Ċittadella u l-fond fi Triq il-Kastell barra miċ-Ċittadella? Fl-istess espropjazzjonijiet kemm intużaw fondi nazzjonali u mil-liema vot tal-Ministeru għal Għawdex ittieħdu? F'kull każ jista' jgħid min kien il-Perit li għamel l-istima ta' dawn l-artijiet fiċ-Ċittadella u l-fond fi Triq il-Kastell?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-espropjazzjonijiet li saru bħala parti mill-Proġett għall-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella ERDF 246 swew €998,400 li minnhom 85% tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropea u 15% minn fondi Nazzjonali. Il-vot tal-Ministeru għal Għawdex li minnu ttieħdu l-fondi Nazzjonali huwa l-vot 7901 Implementation of the Cittadella Masterplan. L-istimi ta’ dawn l-artijiet saru mid-Direttorat tal-Artijiet u skont l-avviż ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern il-perit li għamel dawn l-istimi huwa l-Perit Dr Joseph Spiteri.
Leg 12 PQ #17842 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – inċident fuq il-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14202 u jinforma lill-Kamra jekk wasalx għandu r-rapport dwar l-inċident li fih nqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Jekk wasal għandu, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16431.
Leg 12 PQ #17505 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenza lil individwu

Question

Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex, dipartimenti u l-entità li jaqgħu taħtu ma taw l-ebda konsulenza lill-individwu imsemmi.
Leg 12 PQ #17537 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija Għawdex — art f' Kumpless

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16558, jista' l-Ministru jikkonferma li l-koperattiva indikata fil-mistoqsija preċedenti mhijiex il-propjetarju u ma għandha l-ebda dritt fuq l-art jew aħjar pjazza interna li hemm fil-kumpless li d-dettalji tieghu qed jinghataw separatament fix-Xewkija, Għawdex? Jekk din l-art hija art pubblika kif il-Ministru qal li hi fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 16558 allura għaliex iż-żewġ entraturi għal din l-art jistgħu jingħalqu u kull tant ikunu wkoll magħluqin għall-pubbliku in ġenerali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mar-risposta preċedenti.
Leg 12 PQ #17585 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – esproprjazzjonijiet ta’ art fiċ-Ċittadella

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 17299 jista' l-Ministru jgħid min għamel l-istejjem tal-biċċiet art li ġew espropjati fiċ-Ċittadella f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-ħlas għal dawn l-espropjazzjojijiet sarx minn fondi tal-Unjoni Ewropeja jew minn fondi Nazzjonali? Jekk sar minn fondi Nazzjonali mill-liema vot ittieħdu biex sar il-pagament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-istejjem tal-artijiet li ġew espropjati fiċ-Ċittadella saru mid-Direttorat tal-Artijiet. L-espropjazzjoni saret bħala parti mill-Proġett tal-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan tac-Cittadella ERDF 246 ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Leg 12 PQ #17586 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku - unjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Unjoni Ċivili ġiet reġistrata sal-lum fir-Reġistru Pubbliku f'Għawdex? Kemm minn dawn l-unjonijiet ċivili kienu bejn koppji ta' sess maskili, kemm minnhom bejn koppji ta' sess femminili u kemm bejn koppji ta' sess differenti? Kemm hu n-numru ta' ċittadini barranin li kienu involuti?

Response (REFALO, ANTON)

Jiena nfurmat li ġew reġistrati 2 unjoni ċivili bejn nisa fl-2014 – persuna minnhom kienet barranija. Fl-2015 ġew reġistrati 2 unjoni ċivili, wieħed bejn irġiel u ieħor bejn nisa – kollha barranin imma residenti Għawdex.
Leg 12 PQ #17439 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex – Viżjoni 2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux se jkompli jaħdem fuq il-Viżjoni 2020 tal-Eko-Għawdex? Jekk iva, jista’ jgħid jekk hemmx pjan ta’ azzjoni biex tintlaħaq din il-Viżjoni? Jista’ jgħid min ħadem dan il-pjan ta’ azzjoni u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li teżisti proposta għal Pjan t’Azzjoni ġdid. Il-proposta ġiet ppreparata minn uffiċċjali tekniċi fid-direttorat rispettiv.
Leg 12 PQ #17487 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Skema ta’ assistenza lill-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17039 dwar l-iskema ta' assistenza lill-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi, jista' l-Ministru jgħid: (a) liema kienu l-NGOs, fost il-115 li applikaw għal din is-sejħa, li bbenifikaw minn din l-iskema; u (b) kemm kien l-ammont allokat lil kull NGO? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li l-€50,000, li kien hemm allokati għal dan l-iskop, ma ġewx allokati kollha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17297 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Xogħlijiet fi Triq Għajn Qasab

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16383, jista’ l-Ministru jgħid: (a) Jekk il-parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur (minn ħdejn il-monument tal-Karnival sal- playing field tal-Ħali) ġietx imsewwija; (b) Jekk il-ħitan imwaqqa’ li kien hemm fi Triq Għajn Qasab ġewx mibnija kollha; u (c) Jekk il-bankina quddiem iċ-Ċimiterju il-ġdid tan-Nadur saritx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur ġiet imsewwija u li l-ħitan f’din l-istess triq qegħdin jinbnew mill-ġdid wara li kienu fi stat ta’ abbandun. Ninsab infurmat ukoll li d-direttorat konċernat qed jistenna xi kommunikazzjoni dwar il-pjanti mingħand l-Arċipriet tan-Nadur dwar l-bankini quddiem iċ-Ċimiterju l-ġdid tan-Nadur qabel ma l-Ministeru jkun jista’ jipproċedi.
Leg 12 PQ #17298 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – In-Nadur – xogħol ta’ resurfacing fi Triq ir-Ramla

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16770, jista’ l-Ministru jara li jitneħħew żewġ ħitan perikolużi li jisporġu ‘l barra fi Triq ir-Ramla fin-Nadur eżattament fil-parti ta’ Triq Ramla li tibda f’salib it-toroq ma’ Triq Ħanaq, Triq Hilda u Triq San Ġużepp sa ħdejn Triq Wied Binġemma, liema plots u ħitan li jisporġu ‘l barra fit-triq huma fuq in-naħa tal-lemin inti u sejjer fid-direzzjoni tal-bajja tar-Ramla, u dan peress li huma ta’ periklu? Possibbli li, kif intqal fil-mistoqsija parlamentari 16770, il-Gvern isib ftit mijiet ta’ euro biex jesproprja dawn il-ftit kejliet ta’ raba’ ħalli jitneħħa kull periklu minn din it-triq li tagħti għall-bajja tar-Ramla u li minnha jgħaddu eluf ta’ Għawdxin, Maltin u turisti, ladarba fil-ġimgħat li għaddew sab kważi żewġ miljun euro biex xtara nofs indiviż ta’ proprjetà fi Triq Żekka, il-Belt, u ftit qabel ħallas €4.2 miljun biex ħa lura Cafè Premier, li kien proprjetà tiegħu stess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f’xi seduta oħra meta tinġabar l-informazzjoni kollha biex tiġi assesjata din it-talba.