Enemalta – decommissioning tal-impjant standby fil-power station
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28267, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta d-
decommissioning
tal-impjant li bħalissa qiegħed
standby
?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc illi d-decommissioning ta’ partijiet mill-Marsa Power Station għaddejjin. Hekk kif l-impjant il-ġdid tal-elettriku bil-gass ikun opera għal numru ta’ xhur u x-xogħlijiet relatati fis-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi tal-Marsa jkunu lesti, tkun tista’ tibda d-decommissioning finali tal-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Marsa Power Station li qegħda standby.
Jista l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28391 li saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif se jiġi ffinanzjat il-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn SmartCity?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Projects Malta li l-proġett se jkun strutturat bħala public private partnership.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28371 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?
Clubs/Assoċjazzjonijiet sportivi – għotja ta’ art pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29506 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs/assoċjazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika (direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet) biex jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid:
a) l-isem tal-
club
/assoċjazzjoni;
b) fejn jinsab is-sit;
c) x’daqs (f’metri kwardi) fiha l-art;
d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet; u
e) meta ngħatatilhom u b’liema titlu ngħatatilhom
Xiri ta’ proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proprjetajiet privati li ġew akkwistati mill-Gvern għall-skopijiet pubbliċi minn Marzu 2013 sa Diċembru 2013 u fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Kemm ħallas il-Gvern għal dawn il-proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliku? Lil min ħallas għal dawn il-proprjetajiet privati?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28712, 29016, 29090 u 29381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28256 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li, sena b’sena, ġew impjegati fis-servizz pubbliku minn barra mill-2013 sal-2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-gradi li fihom ġew impjegati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni impjegati fis-servizz pubbliku minn barra fi snin imsemmija kienu 1,315 fl-2013, 1,830 fl-2014 u 1,207 fl-2015. Il-lista ta’ gradi applikabbli qed jiġu murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li madwar 70% ta’ dawn l-impjiegi huma fl-oqsma tas-sahha u dak edukattiv. Dan jirrifletti l-impenn tal-Gvern biex isahhah dawn iz-zewg setturi prinċipali.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tal-2013 tinkludi 271- il persuna li kienu impjegati fis-servizz pubbliku minn barra, bejn l-1 ta’Jannar u t-8 ta’Marzu.
Fond/proprjetà tal-Gvern użat għal operat ta’ retail
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28265 u jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-proċedura għall allokazzjoni ta’ propjeta mhux residenzjali trid issir skond l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Art tal-Gvern (Kap 268).
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28257, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern iqisx li l-power fibre link mhux qiegħed jintuża fil-kapaċità massima tiegħu u x’qiegħed jagħmel biex il-pajjiż jieħu aktar valur minn dan l-investiment strateġiku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Enemalta plc li li l-power fibre link imsemmi qed jintuża mill-istess kumpanija bħala parti mis-sistema ta’ protezzjoni, kontroll superviżjonali u akkwist tad-data (SCADA) tal-Malta-Italy Interconnector.
Intant il-Kumpanija qegħdha tara kif tagħmel użu aktar sostenibbli ta’ din l-infrastruttura.
Proġett ta’ second class water għall-bdiewa — xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut mal-proġett li kellu jipprovdi second class water għall-bdiewa ta' pajjiżna, wara li jiġi msoffi d-drenaġġ? Liema partijiet tal-proġett ġew imqegħda f'posthom s’issa? Meta hu mistenni li jitlesta l-proġett kollu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-impjanti ġew installati u beda l-commissioning u l-ittestjar tal-ilma. Is-sistema tal-pajpijiet qegħda fi stat avvanzat ta’ tlestija. Il-proġett kollu huma mistenni li jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – toroq li ġew spezzjonati wara x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq, wara li sar xogħol fihom mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ġew spezzjonati s’issa mill-istess Korporazzjoni, minn Ottubru 2016 sal-lum, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ispezzjonijiet li saru minn Ottubru 2016 s’issa fil-lokalita’ msemmija, huma dawn. Ir-riżultati kienu sodisfaċenti.
Mellieħa:
Triq Għeriexem
Triq l-Etna
Triq Salvinu Vella
Triq Dun Belin Azzopardi
Triq it-Tramuntana
Triq San Pawl
Triq il-Mitħna l-Qadima
Triq San Mikiel
Triq Dun Manwel Grima (Manikata)
Triq San Ġużepp (Manikata)
Triq ir-Raħħala (Manikata)
Naxxar:
Triq Sta Luċija, Sqaq Nr 14
Triq San Pawl
Triq il-Fortizza tal-Mosta
Triq il-Ġermanja
Triq Leli Falzon
Triq il-Forġa
San Pawl il-Baħar:
Triq J. Quintinus
Triq il-Luzzu
Triq San Publiju
Triq Luigi Preziosi
Triq il-Mazzola
Triq Stamnar
Triq Nelson
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jerġgħu jinfetħu l-korsijiet li jwasslu biex ikun hemm ċertifikazzjoni għall-persuni biex jiċċertifikaw bini għal dak li jikkonċerna energy performance (EPC), billi ilu jingħad ħafna li dan il-kors ser jerġa' jinfetaħ, iżda, sa issa dan għadu ma seħħx? Kemm hu n-numru ta' persuni li talbu biex ikunu fil-lista ta' persuni li qed jistennew biex jagħmlu dan il-kors, kif mitluba li jagħmlu mill-organizzaturi tal-kors?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infurmat li fid-dawl tal-fatt li Malta qed tistudja kif l-aħjar tittrasponi d-Direttiva Ewropea dwar ir-Rendiment tal-Enerġija fil-Bini, wara li kienet ġiet servuta b’Reasoned Opinion mill-Kummissjoni Ewropea peress li l-amministrazzjoni preċedenti kienet ittraskurat dan il-qasam, għad irid ikun deċiż meta jkun jista’ jibda jiġi organizzat il-kors t’Assessur tad-Dwellings li s’issa kien hemm interess għalih minn 384 persuna.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti break down dettaljata ta’ kif intefqu t-€2.24 miljun fuq Travel matul l-2016? In partikolari, jista’ jgħid kemm-il żjara barra minn Malta ġiet koperta b’dan il-vot? Kemm ġiet tiswa kull safra? Kemm kien hemm nies jakkumpanjaw il-Prim Ministru?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skrivani mas-Servizz Pubbliku – eżami, interview u appointment
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 29132 qal li l-proċess tal-għażla tal-iskrivani kien għadu għaddej, meta fil-fatt ir-riżultat ta’ dan il-proċess kien diġà ġie ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29132 kienet oriġinalment skedata għat-27 ta’ Diċembru 2016 qabel ma l-Parlament ġie xolt għall-vakanżi tal-Milied sa’ 9 ta’Jannar 2017 u għaldaqstant it-tweġiba mogħtija tindika l-proċess tal-għazla fhiex kien wasal sa dak iż-żmien.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29461, billi l-qari jsir kull sitt xhur, mhux kull xahrejn, u għal 4 minn kull 6 kontijiet, għalhekk ikunu stima, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskeda ffissata li hemm referenza għaliha fir-risposta, tiġix applikata għall-perjodu ta' xahrejn xahrejn, jew għall-perjodu ta' sitt xhur, meta mbagħad isir il-qari formali? (naturalment fejn ikun hemm aċċess għall-postijiet konċernati)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn ARMS Ltd. li l-iskeda tagħmel referenza għal frekwenza tal-ħruġ ta’ kontijiet u żjarat tal-qarrej tal-arloġġ. Il-ħruġ ta’ kontijiet iseħħ kull xahrejn, filwaqt li l-qari jittieħed kull sitt xhur permezz taż-żjara tal-qarrej. F’dan ix-xenarju, u sabiex ikun hemm regolarita’ fil-frekwenza tal-ħruġ tal-kontijiet, fil-perjodu bejn qari u ieħor, jiġifieri kull xahrejn, tinħareġ stima kkalkulata fuq il-konsum passat u tal-istess perjodu. Din tiġi riveduta appena jingħata aċċess u jittieħed il-qari.
Fil-każijiet fejn jittieħed qari awtomatiku, l-iskeda hija ta’ kont b’qari attwali kull xahrejn.