Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Faċilita' ta' Kordin l-uffiċjali tal-ħabs mill-Assistant Manager 'il fuq jistgħu jieklu b'xejn, filwaqt li l-uffiċjali b'rank inferjuri jridu jħallsu għall-ikel mill-mess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ħlief għad-direttur, ħadd mill-uffiċjali tal-ħabs ma hu ntitolat li jiekol b'xejn. Is-sistema preżenti, li ilha teżisti għal snin twal, hi li kull uffiċjal iħallas il-prezz miżeru ta' għoxrin ċenteżmu kull platt. Dawn il-flus jitħallsu lid-dipartiment.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li fid-Diviżjoni VIII il-gwardjani u l-pulizija li jkunu għassa mal-ħabsin fil-ħin tal-contact visits ġew ordnati sabiex l-għassa jagħmluha f'bitħa biswit il-kamra fejn issir il-contact visit u li din il-bitħa m'għandix ilqugħ mix-xita u/jew mix-xemx għal gwardjan u l-pulizija li jkunu għassa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-contact visits li jsiru fid-Diviżjoni VIII għadhom isiru bl-istess mod li kienu jsiru matul dawn l-aħħar tlett snin. Dan l-aħħar sar tibdil żgħir fis-sens li l-uffiċjal li kien qed joqgħod fil-bieb tal-kamra li fiha ssir il-contact visit ingħata ordni biex joqgħod ftit il bogħod mill-bieb b'tali mod li joqgħod fejn jista` jara lill-priġunier u lil dawk li jżuruh. Dan sar għaliex il-kamra fejn issir il-contact visit hija żgħira u l-priġunieri lmentaw li jekk l-uffiċjal joqgħod fil-bieb ikun qed jissemma dak kollu li l-priġunier u l-familjari tiegħu jkunu qegħdin jgħidu. Apparti dan, il-kamra fejn isiru dawn il-viżti hija attrezzata b'żewġ close circuit cameras.
Ninsab infurmat ukoll li saret tinda fil-bitħa biex l-uffiċjal ikun jista` jistkenn mix-xemx. F'każijiet rari li tkun ix-xita fil-ħin tal-contact visits, l-uffiċjal li jkun għassa ser jingħata permess mid-direttur biex joqgħod fl-istess kamra fejn issir il-viżta.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-pulizija li jaħdmu bix-shift ta' 24 siegħa xogħol u 24 siegħa frank ikollhom konċessjoni ta' ftit mistrieħ matul l-24 siegħa li jkunu fuq ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jikkonferma li gwardjan tal-ħabs u/jew pulizija ma jistax joħroġ mill-ħabs waqt il-ħin tax-xogħol biex jattendi għal xi bżonn urġenti ta' sptar ta' xi membru tal-familja tiegħu, jekk ma jotteniex permess minn xi uffiċjal għoli tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Huwa minnu li jekk jingħata l-permess, jinqatalu l-ħin mil-leave? Jista'jispjega x'jiġri jekk il-gwardjan jew il-pulizija ma jsibu lill-ebda uffiċjal għoli tal-ħabs preżenti dak il-ħin li tinqala' l-urġenza biex jagħtihom il-permess biex joħorġu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kull impjegat fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin li jkollu bżonn joħroġ mill-Faċilita` waqt il-ħin tax-xogħol biex jattendi għal bżonn personali, kemm jekk ikun urġenti u kemm jekk ma jkunx, irid jottjeni permess minn uffiċjal għoli tal-Faċilita`. Il-ħin li l-uffiċjal jagħmel assenti mix-xogħol jinqatgħalu mill-leave tiegħu u dan għal raġunijiet ovvji.
Ninsab infurmat ukoll li dejjem ikun hemm uffiċjal għoli preżenti fil-Faċilita` u li ma jirriżultax li kien hemm xi okkażżjoni fejn xi uffiċjal inqalgħetlu xi urġenza u ma sabx lil min jagħtih permess.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet maqbuda droga mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' droga kienet? Minn fejn inqabdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar droga maqbuda bejn l-1 ta' Jannar, 1999, u d-19 ta' Mejju, 1999, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji sa l-aħħar ta' Marzu, 1999 għal: a) ġarr ta' armi għall-kaċċa; b) insib; u c) arma biex tinżamm id-dar biss?
Response (BORG, TONIO)
Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ħaġa sabiex dawk il-persuni li għandhom post tal-gvern mibni fuq art possession and use ikunu jistgħu jixtruha?
Response (BORG, TONIO)
Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju Konġunt mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, fl-Uffiċċju Konġunt ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda, ħlief għal persuna waħda li kienet taħdem f'dan l-istess Uffiċċju, u li wara li din laħqet l'eta` ta' l-irtirar ġiet impjegata bħala konsulent b'kuntratt għal 6 xhur.
19.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring qiegħed isir biex ma jsirx parkeġġ ta' trakkijiet tar-refuse fit-toroq, minħabba s-sigurta' u l-iġene?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma tagħmilx it-tip ta' monitoring li rreferit għalih l-Onor. Interpellanti. Sakemm il-vetturi msemmija ma jkunux ipparkjati f'żona fejn il-parkeġġ ta' vetturi bil-mutur huwa pprojbit jew inkella jkunu ta' ostakolu, dan ma jitqiesx bħala kontravenzjoni.
19.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid min ta permess lil Marea Kiosk fl-Għadira jqatta' r-railings u jagħmel taraġ għall-main street tal-bajja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma saret l-ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għax-xogħol li sar fil-post speċifikat mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat ukoll li nħarġet enforcement notice dwar dan l-iżvilupp.
19.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li hemm bħalissa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li qegħdin: 1) jiskontaw sentenza ta' ħabs; 2) jistennew biex jgħaddu ġuri; 3) qegħdin hemm għaliex il-qorti għadha ma ddeċidietx x'se tagħmel bil-każ tagħhom? Kemm f'kull każ huma barranin u ta' liema nazzjonalita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-4 ta' Mejju, 1999, in-numru ta' persuni li kienu qed jiskontaw sentenza ta' ħabs fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 169, li minnhom 29 huma barranin, filwaqt li n-numru ta' dawk taħt arrest preventiv kien ta' 97, li minnhom 36 huma barranin.
Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6721 f'Seduta 101.
Ninsab infurmat ukoll li n-nazzjonalita` tal-priġunieri barranin hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
19.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-linja liċenzjati biex jaħdmu fuq rotot f'Malta u kemm hemm Għawdex? Għalkemm liċenzjati, dawn kollha jaħdmu b'mod regolari? Kemm saru testijiet fuq dawn il-vetturi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena biex ikun żgurat li ma joħroġx duħħan żejjed mill-exhaust? X'riżultati kien hemm?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
19.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi liċenzjati bħala coaches li allura ma jaħdmux fuq rotot regolari? Fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, kemm saru testijiet fuqhom biex jiġi żgurat li ma joħroġx duħħan żejjed mill-exhaust ta' dawn il-vetturi? X'riżultati kien hemm?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
19.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jirranġa l-bankina ta' Triq Paola Hill u Valletta Road, Raħal Ġdid wara x-xogħol li sar minħabba l-estensjoni tal-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bankina li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet maqluha mill-Enemalta biex jingħata servizz lill-Faċilita`. Din il-bankina trid tiġi rranġata mill-istess Enemalta u l-awtoritajiet tal-Ħabs qed jieħdu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol isir kemm jista` jkun malajr.
19.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jinformani bil-policy attwali ta' l-istreet hawkers? Kemm hemm talbiet pendenti? Kemm huwa n-numru ta' street hawkers reġistrati f'pajjiżna? Kemm minnhom huma fixed hawkers?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li wara li ssir talba għall-liċenzja ta' street hawker fl-uffiċċju tal-liċenzji fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, tintalab clearance mid-dipartiment konċernat skond il-ġeneru ta' l-oġġetti li jkun ser jinbiegħu.
Ninsab infurmat ukoll illi hemm 17-il applikazzjoni għall-street hawker pendenti, filwaqt li hawn reġistrati 1,670. Barra minn dawn hemm ukoll 132 liċenzjati bħala fixed hawkers. Inġibditli l-attenzjoni illi meta kienet qed tinġabar l-istatistika għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5277 mid-diversi uffiċini tal-Pulizija, bi svista, kien hemm min interpreta dik il-Mistoqsija bħala numru ta' liċenzji ġodda għal dik is-sena, għalhekk tirriżulta diskrepanza fin-numru globali ta' liċenzji ta' street hawkers bejn kif mogħtija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5277 u dik mogħtija llum.
19.05.99 (a.m.)
Issa li wasal is-sajf u jkun hemm żieda qawwija ta' studenti barranin li jiġu pajjiżna biex jitgħallmu l-Ingliż, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jittieħdu mill-pulizija fil-postijiet ta' divertiment, bħal Paceville, Buġibba u Għawdex, biex jiġi żgurat li ma tinkisirx il-liġi dwar dħul f'dawn il-postijiet u ta' konsum ta' alkaħol? Issir xi kampanja ta' pubbliċita' jew jinħarġu xi leaflets biex l-iskejjel konċernati jqassmuhom lill-istudenti u juruhom x'jgħidu l-liġijiet ta' Malta dwar dawn l-affarijiet?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fit-Tweġiba għall-Mistoqsija preċedenti, qed isiru spezzjonijiet mill-Pulizija f'postjiiet ta' divertiment sabiex ma jkunx hemm abbużi, inkluż dak ta' dħul ta' persuni taħt is-sittax il-sena, kemm Maltin kif ukoll barranin f'dawn il-postijiet.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat.
18.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall: (a) bini u (b) estensjoni u (c) bdil fl-istruttura ta' skejjel? F'kull każ min għamel kull applikazzjoni u f'liema lokalitajiet? Meta saret kull applikazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha quddiema 3 applikazzjonijiet għall-skejjel ġodda, 12-il applikazzjoni għall-estensjonijiet u 2 applikazzjonijiet għall-bdil fl-istruttura ta' skejjel. Tabella li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra.
18.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm applikazzjonijiet għall-: (1) bini ta' lukandi ġodda; (2) bini ta' estenzjoni ta' lukandi eżistenti? F'liema lokalitajiet jinstabu? Meta saret kull applikazzjoni? X'tip ta' estensjoni ntalbet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha quddiemha 14-il applikazzjoni għall-bini ta' lukandi ġodda, 19-il applikazzjoni għall-estensjonijiet ta' lukandi u 12-il applikazzjoni għall-upgrading f'lukandi eżistenti. Tabella li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra.
18.05.99 (p.m.)