Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21247 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Appointment

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ngħata l-appointment lill-persuni li d-dettalji tagħhom jidhru separatament (ġurnata, xahar, sena)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Sur Anthony Demicoli laħaq Kap ta' Skola fl-1 ta' Ġunju 1998. Is-Sur George Gauci laħaq Subject Coordinator tas-Systems of Knowledge fid-19 ta' Novembru 1997.
Leg 9 PQ #21200 Sitting 429 2000-11-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Auberge De France — Ċwievet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli fil-futur qasir l-Auberge De France ġewwa l-Birgu jinfetaħ għal pubbliku issa li ċ-ċwievet tal-post qedgħin lura f'idejn id-Dipartiment konċernat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal issa fl-Auberge de France m'hemm xejn x'jintwera lill-pubbliku għajr il-bini nnifsu. Dan il-bini jinsab ukoll mingħajr dawl elettriku u għalhekk huwa perikoluż li wieħed jimxi f'ċerti partijiet tal-berġa. Barra minn dan mhuwiex possibbli għad-Dipartiment tal-Mużewijiet li jqiegħed persuna mal-post minħabba n-nuqqas ta' riżorsi umani. Madanakollu jekk xi ħadd jixtieq jara dan il-bini jista' jikkuntattja lill-assistent kuratur tal-Palazz ta' l-Inkwiżitur. Sadanittant beħsiebni nassigura li s-sena d-dieħla d-Dipartiment tal-Mużewijiet jagħti l-pariri esperti tiegħu dwar l-aħjar użu u tmexxija ta' dan il-wirt importanti f'pajjiżna.
Leg 9 PQ #21113 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Reklutaġġ

Question

Peress li fil-lista li ta d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni dwar il-protesta tal-GWU nhar l-20 ta' Ottubru ssemmi li hemm 16-il persuna jaħdmu fiċ-Ċentru ta' San Ġakbu, jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-ħaddiema u jgħid kif ġew reklutati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sittax impjegat li rrappurtaw għax-xogħol nhar il-Ġimgħa 20 ta' Ottubru 2000 fiċ-Ċentru għall-Kreattiviat`, Kavallier ta' San Ġakbu, kienu dawn: Tlett Casual Part-time Ushers, erba' Casual Part-time Cleaners, wieħed Casual Part-time Technician u wieħed Part-time Clerk. Dawn ġew reklutati wara li l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita`, Kavalier ta' San Ġakbu talbet lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ nies li tista' tintervista għal dawn il-postijiet vakanti. Żewġ Securities mislufa mit-Taqsima tal-Manifattura u Servizz, fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. Persuna mislufa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. Persuna mislufa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Tlett persuni mislufa mid-Dipartiment tal-Kultura.
Leg 9 PQ #21114 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — L-Iskola San Ġorġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bi bżonnijet speċjali li għandhom facilitators jew kindergarden assistants jgħinuhom fl-iskola San Ġorġ, form B? Mill-bidu ta' l-iskola kemm-il darba kien hemm facilitators / Kindergarden Assistants li ma attendewx skola għal xi żmien u t-tfal kellhom jibqgħu d-dar minħabba f'hekk?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskola Primarja ta' San Ġorġ B hemm 11. Magħhom hemm 8 Kindergarten Assistants (Special Education). Mill-bidu ta' l-iskola 'l hawn kien hemm żewġ Kindergarten Assistants li m'attendewx l-iskola, waħda falliet 3 ijiem f'Ottubru u l-oħra 3 ijiem f'Novembru.
Leg 9 PQ #21155 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Scholarship

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lil din il-Kamra dwar kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji, sekondarji u dawk tekniċi li qegħdin jattendu xi scholarship jew korsijiet f'Malta jew barra sabiex ikomplu jiżviluppaw l-istudju tagħhom Minn liema skejjel ġejjin? Għal liema korsijiet qegħdin jispeċjalizzaw? F'liema pajjiż qegħdin dawk l-għalliema li qegħdin jieħdu dan il-kors barra min Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li jirrikjedi ċertu żmien biex it-tagħrif mitlub jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21165 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Regina Junion Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti tal-Form 4, tal-Junior Lyceum Marija Regina, huma mingħajr għalliem ta' l-Ingliż? Meta ser ikollhom għalliem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti tal-Form IV ta' Maria Reġina Girls Junior Lyceum, Blata l-Bajda huma mingħajr għalliem ta' l-Ingliż peress li dan l-għalliem marad u ħareġ fuq sick leave. Huwa maħsub li din il-vakanza tintela' nhar it-Tnejn 20 ta' Novembru 2000.
Leg 9 PQ #21172 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fortizza Della Grazja

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 2352 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'progress sar għar-rigward l-Fortizza Della Grazja ġewwa x-Xgħajra billi din għandha bżonn ta' restawr tajjeb u immedjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21177 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 961 u 3344 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'kienet ħidmet l-Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce ġewwa Palazzo De La Salle, l-Belt tul is-sentejn u jistgħax ukoll jiġi elenkat kemm spejjeż intefqu fil-manutenzjoni u restawr tal-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21183 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-membri ta' l-istaff tiegħu u tas-segretarju parlamentari sal-lum? Jista' jgħid jekk hux qed jaħdmu b'kuntratt jew le? Jista' jgħid ukoll x'karozzi ġodda nxtraw mill-1998 sal-lum u min qed jagħmel użu minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21191 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Ġurnalista

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-ġurnalist tal-PBS li akkumpanja lill-Prim Mnistru fuq kull safra li għamel f'dawn l-aħħar sentejn? Għalxiex u kif intgħażel? Kemm u fejn siefer u kemm swiet lil PBS kull safra?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21193 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Għejbien ta' tapes

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet konnesi ma' l-għejbien tat-tapes ta' l-intervista mal-Perit Mintoff li kienu saru mill-PBS mill-Perit Musumeci u minn Nutar Schembri Adami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Pulizija għadha ma ppreżentatx ir-rapport tagħha dwar l-investigazzjonijiet konnessi ma' l-għejbien tat-tapes ta' l-intervista mal-Perit Dom Mintoff. Ir-rapport tal-Bord ta' inkjesta li ġie maħtur mill-PBS Ltd biex jinvestiga dan il-każ ser jiġi diskuss mill-Bord tad-Diretturi tal-Kumpannija fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #21194 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qam lill-PBS is-set il-ġdid ta' l-aħbarijiet u l-programm Sat-8? Min ħadmu u jekk l-ordni ħarġitx b'sejħa għal tender jew b'direct order u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt mogħti l-parir li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant mhux opportun li tingħata.
Leg 9 PQ #20968 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajn Tuffieħa — Banjijiet Rumani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ttieħe id-deċiżjoni li l-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mhix qed titħalla tieħu ħsieb iżjed tal-Banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ftehim li seta' eżista kien ma' persuna li mietet xi snin ilu, u ma hemm ebda evidenza għal xi ftehim ma' persuni oħra. Il-preżenza ta' din il-familja ġiet mitmuma wara li d-Dipartiment tal-Mużewijiet waslulu rapporti li bosta nies kien qed jitħallew jidħlu fuq is-sit u li kienu qed jinġabru flejjes għal dan.
Leg 9 PQ #21042 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra minn liema skejjel kienu ġejjin l-istudenti li marru Ħaġar Qim u Għar Dalam Cave and Museum, St Paul's Catacombs u Tarxien Temples?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika tat-tfal skola skola ma' tinżammx.
Leg 9 PQ #21047 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji li qed jgħallmu l-ewwel klassi? Jistgħax jindika kemm minnhom huma fuq bażi każwali u kemm le, kemm hemm minnhom taħt t-tletin sena, kemm minnhom qabżu t-tletin sena iżda mhux l-ħamsa u tlettin, kemm qabżu l-ħamsa u tlettin sena izda mhux il-ħamsa u erbgħin sena u kemm hemm minnhom fuq l-ħamsa u erbgħin sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li : 1. Għalliema fl-Iskejjel Primarji li qed jgħallmu l-Ewwel klassi - 160 2. Għalliema fuq bażi każwali - Xejn 3. Għalliema taħt it-tletin sena - 57 4. Għalliema li qabżu t-tletin sena iżda mhux il-ħamsa u tletin - 12 5. Għalliema li qabżu l-ħamsa u tletin sena iżda mhux il-ħamsa u erbħin sena - 11 6. Għalliema fuq il-ħamsa u erbgħin sena - 80
Leg 9 PQ #21048 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jistax l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema u x'kwalifiki għandhom fl-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla, kemm hemm studenti u f'liema klassijiet qedgħin, huwa possibbli li jiġi ndikat kemm hemm kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola u b'kemm żdiedu tul dawn l-aħħar snin u cioe' 1998, 1999 u 2000? Huwiex wkoll possibbli li jiġi ndikat kemm flus f'manutenzjoni etc intefqu f'dawk is-snin 1998, 1999 u 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola tal-Junior Lyceum, Verdala, Bormla hemm 65 għalliema, inkluż il-Kap u l-Assistenti Kapijiet ta' l-iskola. Il-Kwalifiki ta' dawn l-għalliema huma kif ġej: Bachelor in Education 27 BA/PGCE 23 M.A. 1 Teachers Certificate 10 Pedagogy Course 2 Kwalifiki oħra 2 F'din l-iskola hemm 579 student kif se nsemmi: Form I 109 student f'4 klassijiet Form II 138 student f'5 klassijiet Form III 115 student f'5 klassijiet Form IV 116 student f'6 klassijiet Form V 101 student f'5 kalssijiet Informat ukoll li saru xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola tal-Junior Lyceum Verdala Bormla bl-infieq kif se nsemmi: 1998 1999 2000 Lm2,415 Lm7,810 Lm2,514 L-informazzjoni dwar kotba fil-librerija għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #21050 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jistax l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema u x'kwalifiki għandhom fl-iskola ta' Lorenzo Gafa, Birgu? Kemm hemm studenti u f'liema klassijiet qegħdin, huwiex possibli li jiġi ndikat kemm hemm kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola u b'kemm żdiedu tul dawn l-aħħar snin u cioe' 1998, 1999 u 2000. Huwie ukoll possibli li jiġi indikat kemm flus f'manutenzjoni etc intefqu f'dawk is-snin 1998, 1999 u 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sekondarja, Lorenzo Gafa`, Birgu hemm 32 għalliema, inkluż il-Kap u l-Assistent Kap ta' l-Iskola. Il-kwalifiki ta' dawn l-għalliema huma dawn: Bachelor in Education 12 BA/BSc/PGCE 9 Teachers Training Course 3 Pedagogy Course 8 F'din l-iskola hemm 230 student kif se nsemmi: Form I 54 student f'2 klassijiet Form II 49 student f'2 klassijiet Form III 35 student f'2 klassijiet Form IV 61 student fi 3 klassijiet Form V 31 student f'2 klassijiet Informat ukoll li saru xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola ta' Lorenzo Gafa`, Birgu, bl-infieq kif ġej: 1998 1999 2000 Lm2,329 Lm859 Lm1,110 L-informazzjoni dwar kotba fil-librerija għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #21087 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru għal Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21088 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati, rata ta' parteċipazzjoni, lokal b'lokal, skola b'skola, f'Malta u f'Għawdex fejn saru l-elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi f'Ottubru 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar mill-iskejjel.