Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-bus shelter f'Ħal Farruġ, Luqa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-post fejn hemm il-`bus stage` msemmi mill-Onor. Interpellant ma jistax isir `bus shelter`. Infurmat ukoll li diffiċli jinstab post alternattiv għal dan il-`bus stage`.
Jista' l-Ministru jara li titranġa kemm jista' jkun malajr Triq San Ġwann kantuniera ma' Triq Louis Schikluna, l-Fgura li tinsab sfrundata kawża ta' katusa tad-drenaġġ li kienet sfrundat u li għalkemm tbidlet, it-triq baqgħet fl-istess stat għal madwar sena u nofs?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant diġa sar, minn min hu responsabbli għal dan ix-xogħol (il-Kunsill).
Fid-dawl tar-rapport dwar Malta mill-Unjoni Ewropea, jista' l-Gvern jgħid jekk il-gvern iridx jilliberalizza x-xiri ta' taxis (il-bojod), minibuses (il-ħomor) u karozzi fuq tal-linja li sal-lum jgawdu l-protezzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-rapport imsemmi jgħamel xi referenza għas-setturi ndikati mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3528, 3924 u 2670 dwar trattati ġodda ta' trasport pubbliku għal bliet u rħula tat-12-il Distrett, ma jħossx il-Ministru li l-informazzjoni fit-tweġibiet li ta m'humiex kompletament korretti peress li r-residenti ta' Għar Barka talbu diversi drabi matul dawn l-aħħar snin sabiex il-karozza tal-linja tgħaddi minn dawn l-inħawi tar-Rabat?
Ma jħossx allura l-Ministru li jkun aktar ta' benefiċċju jekk jinforma lill-Kamra għaliex l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dejjem informat it-talba tar-residenti ta' Għar Barka fir-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul l-aħħar tliet snin ma saret l-ebda talba lill-Awtorita` tat-Trasport, wara li l-Assoċjazjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja ma kienitx laqgħat talbiet għal dan is-servizz fil-passat.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Computer scanners
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment?
Jista' jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta `scanners` fid-Dipartiment huwa hekk:
Dipartiment Nru. Ditta Meta Nxtraw Prezz
Avjazzjoni Ċivili 2 Hewlett Packard 12-03-98 Lm145
09-12-98 Lm170
Dipartiment tat-Toroq 1 Joyscan 10-12-98 Lm55
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jittieħdu l-passi biex tiġi rranġata l-ħsara estensiva li hemm fit-triq li minn Burmarrad tieħu għal Wardija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li saru kuntatti mal-Kunsill Lokali ta` San Pawl il-Baħar fejn id-Dipartiment gie assigurat li l-`patching` meħtieġ ma jdumx ma jsir mill-Kunsill.
Minbarra dan ix-xogħol ta` `patching`, id-Dipartiment tat-Toroq qed jara x`passi iktar fit-tul jistgħu jittieħdu f`din t-triq partikulari.
B'riferenza għall-ilmenti/talbiet tar-residenti ta' Triq Borg Olivier, Rabat Malta sabiex din it-triq issir one way u naturalment l-oġġezzjonijiet li jirriżultaw minn sezzjonijiet oħra tal-komunita' lokali, jista' l-Ministru jara li jsir pjan bi prova fuq perijodu ta' numru ta ġimgħat sabiex almenu jiġi evalwat/eżaminat dan l-ilment tar-residenti tat-triq imsemmija li ilu s-snin twal pendenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn l-arterial roads f'Birkirkara jiġu rranġati għaliex huma kollossati, cioe' Triq Naxxar, Triq il-Wied u Triq Fleur-de-Lys?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara t-tlestija taż-żewġ rapporti dwar l-istat tat-toroq mill-konsulenti Ġermaniżi qed jiġi ppreparat programm għat-tiswija tat-toroq arterji u distributorji li ser jinkludu x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkonferma li saru xi xogħlijiet strutturali fl-Uffiċċju tal-MMA (Malta Maritime Authority) ġewwa Lascaris Wharf, Valletta? Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn ix-xogħlijiet saru wara li kien hemm l-awtorizzazzjoni kif soltu jsir? Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proċedura normali ġiet segwita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma sar l-ebda xogħol strutturali fil-bini ta` l-Awtorita` Marittima f`Lascaris Wharf ħlief li nfetaħ bieb ta` daqs normali.
Jista' l-Ministru jikkonferma li għadu ma nħatarx il-Bord ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid min mexxa l-awtorita' fl-assenza taċ-chairman jew deputy chairman tul il-perjodu li għadda minn meta skada t-terminu tal-bord ta' l-istess awtorita', u dan in vista tal-fatt li l-liġi tqiegħed it-tliet diretturi tat-tlett direttorat fuq livell wieħed u għalhekk ma jidhirx li jista' jkun hemm ħaddieħor li jmexxi l-awtorita' fl-assenza ta' chairman jew deputy chairman?
Jista' allura l-Ministru jgħid min se jerfa' r-responsabbilta' għad-deċiżjonijiet li laħqu ttieħdu f'dan il-perjodu jew li jistgħu jittieħdu sakemm jinħatar chairman, u li m'humiex deċiżjonijiet li huma kompitu tad-diretturi msemmija hawn fuq?
Jista' l-Ministru jassigura li fil-fatt ma ttieħdux deċiżjonijiet ġewwa l-istess awtorita' li jmorru kontra deċiżjonijiet tal-bord preċedenti jew xi kumitat imwaqqaf mill-istess bord?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord ta` l-Awtorita` Marittima mistenni jiġippubblikat din il-ġimgħa.
Jien infurmat li matul dan il-perjodu l-Executive Directors ma ħadu l-ebda deċiżjoni jew ġagħlu lil xi ħadd li jieħu deċiżjoni li għaliha huma ma jerfgħux ir-responabbilta.
Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-talba ta' numru ta' residenti fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu, sabiex parti minn din it-triq issir "no entry" liema talba saret ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Birgu lill-bord tal-kontroll tat-traffiku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku approva t-talba tal-Kunsill Lokali tal-Birgu biex isiru `No Entry` signs fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur fit-18 ta` Novembru 1998.
Jista' l-Ministru jara li jitjieb l-ilqugħ kontra l-maltemp fil-bajja ta' Wied il-Għajn permezz ta' tkabbir ta' l-arm tal-breakwater ta' barra kif ukoll permezz ta' tqegħid ta' xi forma ta' wave breakers fin-naħa l-oħra ta' l-istess bajja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ser nitlob lill-Awtorita` Marittima biex jerġa jinvestiga din it-talba, fid-dawl tar-rapport li kien sar fl-1993.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-għadd ta' passiġġieri li ġew Malta matul is-sena li għaddiet ma' kumpanniji ta' l-ajru barranin: (a) fuq scheduled flights; u (b) fuq titjiriet charter? Dawn iċ-ċifri kif jipparagunaw mas-sentejn ta' qabel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali għat-tarmac u tiswijiet ġenerali oħra li, matul din is-sena finanzjarja, se jingħataw it-tarmac mill-ġdid u/jew se jsiru tiswijiet maġġuri fihom?
Kemm se jintnefaq fuq kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq huwa responsabbli għas-`surfacing` u tiswija tat-toroq arterjali u ta` asfaltar ta` toroq li għadhom qatt ma kienu asfaltati.
Kif kelli okkażjoni nħabbar riċentement fl-okkażjoni ta` l-ippublikar tar-rapport li ppreparaw il-konsulenti Ġermaniżi li qed jaħdmu fid-Dipartiment tat-Toroq, fix-xhur li ġejjin sa jkun tlesta l-pjan ta` prijoritajiet għax-xogħolijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid speċifikament meta Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat (Malta) se ssir one way?
X'qed iżomm milli tittieħed din id-deċiżjoni?
Jikkonferma l-Ministru li hemm membru min-naħa tal-gvern li qed jindaħal biex din it-triq ma ssirx one way?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed isiru konsultazzjonijiet bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat u dak ta` Had-Dingli biex tinstab soluzjoni għal din il-problema.
Barra minn hekk irid jintlaħaq ukoll ftehim mal-Public Transport Authority dwar ir-rotta Nru. 81.
Ninforma lill-Onor. Membru li ma qed issir l-ebda pressjoni minn xi Membru Parlamentari dwar din il-problema.
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebah il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt ta` ġarr fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma t-talbiet ta' arretrati ta' flus li għandhom jitħallsu l-kuntratturi għal xogħlijiet pendenti fuq toroq pubbliċi li saru matul is-snin?
Meta saru dawn it-toroq u kemm jiswew triq, triq? Meta d-dipartment jew ministeru tat-trasport għadda l-ministeru/dipartiment tal-finanzi d-dokumenti għal pagamenti ta' dawn ix-xogħlijiet li wettqu l-kuntratturi u l-ħaddiema tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-talbiet pendenti li għamlu l-kuntratturi jammontaw għal madwar Lm2,227,000.
Dawn il-`claims` ikopru xogħolijiet u provista ta` materjal li jmorru lura diversi snin qabel il-bidu ta` din is sena u qegħdin jiġu `assessed` mid-Dipartiment tat-Toroq, id-Dipartiment tal-Kuntratti u l-Ministeru tal-Finanzi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-ħlasijiet. Peress li dan ix-xogħol għadu għaddej mhux possibbli li għalissa ikun definit il-valur tal-`claims` triq, triq.
Jista' l-Ministru jistħarreġ mar-residenti ta' l-Imtarfa li joqogħdu wara l-isptar jekk ikunx aħjar għas-sigurta' tat-traffiku tagħhom li jsiru tabelli tal-"one way" eċċ ħalli jkun hemm formalita' aħjar tas-sistema?
Jekk fil-pożittiv, jista' l-Ministru jara li tittieħed l-azzjoni neċessarja sabiex l-imsemmija tabelli jsiru immedjatament?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Irreferejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant għall- konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti għal asfaltar ta' toroq f'pajjiżna u Għawdex separatament fl-aħħar ta' snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Kemm attwalment ġew asfaltati toroq, kemm bħala numru kif ukoll bħala kapaċita' superfiċjali fl-istess snin indikati separatament? Kemm huwa stmat li qamet in-nefqa għal dan ix-xogħol sena b'sena kif rikjest?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għalkemm id-Dipartiment tat-Toroq ma għandux lista ta` dawk it-toroq li kien irid isir fihom l-asfalt fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant jidher li f`pajjiżna fadal madwar 600 parti minn toroq li qatt ma kienu asfaltati.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' l-għoti tat-tarmac fit-toroq u lokalitajiet tat-12-il distrett Mellieħa, Rabat, Baħrija, San Pawl il-Baħar, Burmarrad, Mġarr, Manikata, Buġibba eċċ?
Liema huma dawk it-toroq li fil-fatt se jiġi mogħtija t-tarmac matul din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qiegħed jitfassal pjan għal asfalt ta` toroq fil-lokalitajiet madwar Malta kollha biex il-prijoritajiet tax-xogħol għal din is sena u għas-snin li ġejjin ikunu definiti u kkwantifikati.