Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11833 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Human Resource Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Mr Cole, Human Resource Manager fil-Maltacom ġiex sospiż mix-xogħol tiegħu fil-kumpannija? Jekk fl-affermattiv, għaliex sar il-pass?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Human Resources Manager gie sospiz mix-xoghol tieghu bhala pass dixxiplinarju.
Leg 9 PQ #11834 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara żejt (kull tip) mill-Enemalta minn Frar 1999 'il hawn? B'liema prezz inxtara u x'kien il-prezz fl-istess ħin fuq is-suq internazzjonali? Jista' l-Ministru jirrispondi għal kull xirja li saret u kemm inxtara materja prima f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba hija kollha ta` natura kunfidenzjali u qatt ma kienet il-procedura li tigi ppublikata.
Leg 9 PQ #11640 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Butir - sussidju

Question

Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali li timmanifattura l-butir se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan il-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultax li teżisti 'industrija li timmanifattura l-butir f'Malta'. Kif lanqas ma teżisti l-ebda skema fejn il-Gvern iħallas sussidju fuq l-importazzjoni tal-butir.
Leg 9 PQ #11641 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Zokkor - Sussidju

Question

Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali li tuża z-zokkor bħala kompożizzjoni fil-manifattura tagħha se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lil-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet numru 9878 u 10643 li t-tnejn jittrattaw l-importazzjoni taz-zokkor.
Leg 9 PQ #11787 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Sussidju fuq pitrolju

Question

Possibbli li l-Enemalta tara għalfejn cheque ta' sussidju fuq l-għoli tal-pitrolju, li kien għola taħt il-Gvern Laburista liema cheque ingħata lill-furnara mill-Gvern Nazzjonalista, wara li f'Ottubru 1998 lil wieħed furnar li ismu qed jintbagħat separatament baqa ma rċeviehx, wara li c-cheque kien ħareġ fuq isem żbaljat u l-persuna konċernata kienet irritornatu lura permezz tal-koperattiva tal-furnara lill-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Drydock — Corrugated iron

Question

In vista tad-domandi parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jissuġġerixxi li fil-futur qasir l-Malta Drydocks jieħdu ħsieb li jneħħu l-kwantita' kbira ta' corrugated iron li hemm mwaħħla fuq wara ma' l-imħażen tan-No.1 Dock u li jisporġu ġewwa Triq San Pawl, Bormla billi dawn qegħdin jkerħu dejjem aktar l-ambjent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ikun possibbli li jiġi attwat matul is-sena d-dieħla, meta huwa ppjanat li jitlesta l-maħżen numru wieħed li fil-preżent qed jinbena mill-ġdid.

Kalkara — Villa Portelli

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ġnien li hemm anness ma' Villa Portelli fil-Kalkara preżentement taħt l-MDC jiġi mnaddaf u kkurat aktar billi fuq il-partijiet li jmissu mal-ħitan ta' barra hemm l-impressjoni li dan m'huwiex ikkurat tajjeb?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta biex tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #11493 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

OECD — Ħarġa

Question

Perress li f'ħarġa riċenti ta'l-OECD nikkwota l-kliem eżatt li "the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers ta' agriculture produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity, measured at the farm gate level" huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' l-UE ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar 14-il xahar sabiex jiġi studjat kif dan se jaffettwa l-industrija lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-risposta ta' mistoqsija numru 11489 tal-Ministru ta' l-Agrikoltura fuq din il-materja.
Leg 9 PQ #11495 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Pjazza tal-Landrijiet - Bozza

Question

Peress li l-unika bozza li hemm fil-Pjazza tal-Landrijiet, Rabat ilha maqtugħa għal aktar minn erba' ġimgħat, jista' l-Ministru jara li din terġa' tinxtegħel mill-aktar fis possibbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza fil-pjazza imsemmija saret fit-18 ta` Novembru, 1999.
Leg 9 PQ #11799 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' l-għotja li l-Unjoni Ewropea li kienet se tagħti lill-Maltacom għall-proġetti ta' tneħħija ta' cables tat-telephone minn mal-ħitan tal-Belt Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-somma kienet tammonta għal żewġ miljuni ECU. Dwar l-istess materja, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10613 fis-Seduta numru 163.
Leg 9 PQ #11817 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Ex-chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ex-Chairman tal-MIA, is-Sur Nicky Degiorgio meta jsiefer jħalli l-karozza fir-restriced area fejn iħalluhom il-managers u li wkoll fejn qed iħalli d-driver taċ-chairman, is-Sur Zammit ukoll? Il-Ministru ma jarax li dan l-abbuż fis-sigurta għandu jieqaf minnufih?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li z-zona msemmija, jigifieri fil-mina taht it-Terminal, mhijiex zona ta' sigurta', li x-xufier taċ-Chairman jipparkja l-karozza tiegħu fil-mina wara vendikazzjoni li saritlu fuq il-karozza personali tiegħu u li l-allegat abbuż fis-sigurta ma jeżistix.

MSCL — Wing Cargo - Impjegati

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-Wing Cargo li qegħdin assenjati ma' l-MSCL?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-secondment tal-ħaddiema tal-Malta Win Cargo mal-Malta Shipbuilding ġie estiż sal-31 ta' Marzu tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #11474 Sitting 194 1999-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Manikata — Triq il-Knisja l-Qadima - Bozza

Question

Peress li l-anzjana residenti fi Triq il-Knisja l-Qadima, il-Manikata ilha tilmenta sitt xhur sabiex tinbidel il-bozza maqtugħa li hemm ħdejn ir-residenza tagħha, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi ħalli jiġu rranġati l-ħsarat? Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba ta' din l-anzjana bħala waħda urġenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-hsara li ghaliha qed issir riferenza issewwiet fis-17 ta` Novembru, 1999.
Leg 9 PQ #11475 Sitting 194 1999-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa — Triq San David - Bozza

Question

Peress li l-anzjani residenti fi Triq David, l-Imtarfa ilhom jilmentaw li twaħħlu l-arbli tad-dawl sena ilu f'din it-triq bla ma twaħħlu l-bozoz, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli dawn l-anzjani jkollhom dawl adegwat fl-inħawi residenzjali tagħhom? Jista' l-Ministru jikkonsidra din it-talba bħala waħda urġenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arbli li hemm fit-triq imsemmija gew installati biex jghaddu l-linji minn fuqhom u mhux ghall-lampi. Madanakollu t-talba ghal aktar dawl qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.

WSC — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-talba ta' ħames familji mill-parti t'isfel ta' Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi, biex jiltaqgħu maċ-chairman ta' l-Enemalta minn Marzu s'issa għadha ma ntlaqgħat, dwar il-każ li kellhom iħallsu madwar Lm738 biex jitwassal id-dawl fir-residenza tagħhom meta residenti oħra fl-istess parti tat-triq ħallsu madwar Lm70 biss? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta hijiex tikkonsidra dan il-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11138 Sitting 192 1999-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Anchor Bay - Bunkering

Question

Peress li l-bunkering li qed isir f'Anchor Bay fil-Mellieħa qed iħammeġ l-inħawi, jikkawża problemi ambjentali u jkun ta' ħsara kbira għas-sajjieda Għawdxin u Mellieħin li jistadu fl-inħawi, jista' l-Ministru jara li l-bunkering isir f'inħawi oħra li ma jkunx daqstant frekwentat mis-sajjieda tal-lokal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol ta' bunkering li qed issir mill-MOBC fil-bajja msemmija la qiegħed iħammeġ l-inħawi u lanqas jikkawża problemi ambjentali. Ta' min iżid li kemm ilha tagħmel xogħol ta' bunkering tul dawn l-aħħar għaxar snin, l-MOBC qatt ma kellha inċidenit fiż-żoni wżati.
Leg 9 PQ #11683 Sitting 192 1999-11-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Furnara — Sussidju fuq id-dqiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju hux se jitneħħa lill-furnara fuq id-dqiq għal ħobża Maltija biss, jew għal prodotti oħra kollha li jinħmew bid-dqiq mingħand il-furnar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sussidju li jingħata lill-furnara fuq id-dqiq huwa biss għall-ħobża Maltija u għaldqastant it-tneħħija ta' tali sussidju ma għandux jaffettwa l-prezz ta' tipi oħra ta' ħobż.
Leg 9 PQ #11704 Sitting 192 1999-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' persuni mpjegati mal-Kalaxlokk? X'xogħol qed jagħmlu illum? X'inhu l-valur ta' equipment u fiex kien jikkonsisti qabel ma dan għadda għand kumpannija privata? Kemm qed tħallas għalih? Mill-persuni li ħadu s-somma u rriżenjaw kemm minnhom sabu xogħol ieħor? Kemm qed jirreġistraw u kemm ġew boarded out? Din l-aħħar mistoqsija diġa' għamiltha lill-Ministru għall-Politika Soċjali li qalli biex nagħmilha lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa n-numru ta' impjegati fuq il-kotba ta' Kalaxlokk jammonta għal 139. Fil-preżent dawnil-ħaddiema qed jaħdmu fuq xogħol ta' kostruzzjoni fuq numru ta' proġetti fosthom il-mollijiet taċ-Ċirkewwa, l-Istandards Laboratory, proġetti relatati mal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta, xogħol ta' tindif ta' oqsma industrijali u xi xogħolijiet oħra għal diversi Kunsilli Lokali. Rigward il-parti tal-mistoqsija dwar l-impjant u tagħmir ieħor tal-Kumpanija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 11444. Fil-preżent hemm 185 ħaddiem li ħadu s-somma u qed jirreġistraw filwaqt li 2 ikkwalifikaw għall-pensjoni ta' l-invalidita.

Enemalta — Skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-iskrivani li jaħdmu ma' l-Enemalta u li jagħmlu xogħol ta' segretarji, se jiġu promoted, ħalli jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-grad ta` segretarja ma jezistix fl-istruttura tal-gradi ta` l-Enemalta. Hemm xi skrivani, li huma assenjati biex jahdmu ma` Managers jew Assistant Managers, li parti minn dmirijiethom huwa li jaghmlu xoghol ta` segretarja. Il-Korporazzjoni irceviet talba minghand l-union li tirraprezenta lil dawn l-iskrivani bix jircievu allowance sakemm ikunu qed jaghmlu xoghol segretarjali. Il-Korporazzjoni ghadha qed tikkunsidra din it-talba.
Leg 9 PQ #11695 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti — Tneħħija ta' levies

Question

Billi diġa' bdew jitneħħew il-levies fuq prodotti, jista' l-Ministru jgħid x'raħas u b'kemm raħas kull prodott li diġa' kellu il-levy mneħħija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija simili numru 11378 magħmula mill-istess Membru.