Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, intalbet tħallas lura ħlas żejjed għall-ammont ta' €435.93 fix-xahar ta' April 2013 u issa €901.96 fix-xahar ta' Mejju/Ġunju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il każ tagħha.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Tista’ tgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tara li tittranġa l-ħsara li hemm il-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-3 ta’ Lulju l-Awtorità tad-Djar għamlu kuntatt mal-klijenta. Hi iddikjarat li r-residenti li joqgħodu fis-sular ta’ fuqha, biddlu l-kamra tal-banju u probabilment ix-xogħol sar ħażin. B’konsegwenza t’hekk beda jillikja l-ilma ġos-saqaf tal-klijenta fejn ikkawża xi ħsarat. Barra minhekk , hi stqarret li l-istess appartament ta’ fuqha ħa n-nar u għal darb’oħra dan ikkawża ħsarat fis-soqfa tagħha. L-Awtorità tad-Djar bagħtet lill-ħaddiema sabiex isewwu l-ħsarat imsemmija iżda l-klijenta qalet li x-xogħol sar b’mod traskurat. L-istess ħaddiema stqarrew mal-klijenta li s-soqfa kienu perikolużi.
Wara l-klijenta applikat għall-iskema “Sir Sid Darek” u saret spezzjoni tal-appartament tagħha. Minn spezzjona dan l-appartament iddikjara li s-soqfa ma kenux perikolużi.
Għaldaqstant il-klijenta qed titlob li ssir spezzjoni oħra. Hi se tkun barra minn Malta matul it-tlett ġimgħat li ġejjin, għalhekk tixtieq li tiġi kkuntattjata lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Lulju
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru
Question
Tista’ l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Tista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tagħha, kif ukoll tal-istaff tagħha u konsulenti rispettivi? Tista’ fis-somma tinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Tista’ għal kull item/servizz tgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru transfers jew redeployment fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Marzu, 2013 ’l hawn. Min huma dawn il-persuni? X’inhi r-raġuni f’kull każ li wasslet biex dawn in-nies ġew transferred u/jew redeployed?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 98 trasferiment fl-Isptar San Vinċenz de Paul. F’kull każ dawn it-trasferimenti saru skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tas-servizz bl-iskop aħħari li naraw qabża fil-kwalità fis-servizzi offruti lill-anzjani residenti f’dan l-isptar. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Vinċenz de Paul – inkarigu ta’ membru parlamentari
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 542 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-guidelines li jirregolaw il-ħidma u l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u tad-Deputat Laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ngħata inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fetaħ uffiċċju f'din ir-residenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-anzjani huwa l-ħarsien t-titjib għad-drittijjiet ta’ Persuni b’dizabilita kif ukoll l-ħidma b’risq anzjanita attiva. Nigbed l-attenzjoni ta l-Onorevoli Interpellant li d-dekasteru huwa Segretarjat Parlamentari għad-drittijiet ta persuni b’dizabilità u Anzjanità attiva. L-Onorevoli Anthony Aguis Decelis inħatar konsulent tal-Gvern fuq l-Anzjani, biex jgħin fl-izvilupp tal-Politika u t-twettiq tagħha għal din ir-residenza li hija maħsuba li tagħti servizzi ta’ long term care, u in partikolari, fil-kuntest tal-istrategija u l-politika dwar l-anzjanità attiva.
Residenza San Vinċenż de Paul – inkarigu ta’ membru parlamentari
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 543 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-brief li ngħata d-Deputat Laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'riżultati huma mistennija minnu? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u benefiċċji għandu għal din il-ħidma? Qed jingħata karozza għall-użu uffiċjali u/jew personali? Jekk iva, tista’ tgħid x’tip ta’ karozza hi, minn fejn qed tinkera u b’liema rata u jekk ħarġitx sejħa għall-kiri ta’ din il-karozza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex għall-ewwel parti tal-mistoqsija jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 2892 u dwar, karozza, ħlasijiet u benefiċċji l-Onor. Aguis Decelis jirċievi biss użu ta' mobile u ħlas ta' petrol u qed jgħamel uzu tal-karozza tiegħu.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — kompożizzjoni ta’ bordijiet ta' entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Tista’ tgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qasam tad-Djar — xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1222 u tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern (ġardina ta' qasam tad-djar), li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjal għoli mill-Ministeru żar il-post u ltaqa' mal-inkwilin. Il-każ intbagħat għand l-Awtorità tad-Djar biex jieħdu ħsieb u skonT il-Perit tal-Housing dan il-ħajt tal-ġnien mhux ta' xi periklu. Minkejja dan se jkun irrangat .
Tista’ l-Ministru tgħid x’zidiet fil-benefiċċji soċjali se jingħataw fil-ġranet li ġejjin? Kemm hu l-ammont globali ta’ din iż-żieda u kemm persuni se jibbenefikaw minnhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żidiet li se jitħallsu fis-6 ta’ Lulju se jingħataw lil dawk il-familji li jirċievu l-Allowance għat-Tfal u jgħixu bil-paga minima nazzjonali u lil dawk il-persuni li laħqu l-eta’ ta’ 65 sena, qegħdin f’riskju ta’ faqar u jirċievu l-Għajnuna Supplimentari.
Skont l-informazzjoni miġbura jirrizulta li bil-miżura għall-allowance għat-tfal għandhom jibbenefikaw madwar 4,095 familja bi spiza globali ta’ madwar €475,000 filwaqt illi bil-mizura tal-Għajnuna Supplimentari għandhom jibbenefikaw 4,512 persuni bi spiza globali ta’ madwar €450,000.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' appartamenti li għadhom proprjetà tal-Gvern li huma mikrija lil terzi persuni? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-istess appartamenti, lokal lokal?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jżid l-għajnuna lill-Caritas mis-sena d-dieħla ’l quddiem sabiex din l-organizzazzjoni tkun tista’ tkopri l-ispiża tal-operat tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Għaqdiet Volontarji.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm bi ħsiebha talloka postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali għal kull sena minn din is-sena 2013 sas-sena 2017?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar se talloka l-postijiet vakanti li għandha bħalissa kemm tal-Gvern kif ukoll dawk tal-privat li ġew mikrija taħt Skema Kiri. Għas-snin li ġejjn l-Awtorità tad-Djar se tkompli tiddentifika dawk il-postijiet tal-Gvern li mhux qegħdin jiġu okkupati sabiex din tieħu lura il-pussess tagħhom u jerġgħu jiġu allokati. Kull post vakanti li ċ-ċwievet tiegħu jiġu ritornati lill-Awtorità tad-Djar, jiġi ri allokat lill-persuni fuq il-waiting list.
Bħalissa l-Awtorità tad-Djar għaddejja b’eżerċizzju sabiex tiġi trattata l-waiting list li ilha pendenti għal dawn l-aħħar snin.
Il-Bord tal-Awtorità tad-Djar qiegħed ukoll fi stadju li jiddiskuti u janalizza il-finanzi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġi indirizzat id-deficit fi ħdan l-Awtorità.
Policy tiġi ffissata wara dan l-ezercizzju.
Tista' l-Ministru tgħid kemm fil-preżent huwa n-numru ta' persuni nieqsa mid-dawl parzjalment u/jew għomja f'Malta u Għawdex separatament? Tista' fir-risposta tagħha tgħid kemm minn dan in-numru huma bejn is-16 u l-65 sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel u x'kienet il-kawża li tilfu d-dawl?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm fil-preżent huwa n-numru ta' persuni nieqsa mid-dawl parzjalment u/jew għomja f'Malta u Għawdex separatament? Tista' fir-risposta tagħha tgħid kemm minn dan in-numru huma bejn is-16 u l-65 sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel u x'kienet il-kawża li tilfu d-dawl?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżizti l-ebda statistika, u qed tinġabar l-informazzjoni meħtieġa u mistennija toħroġ ix-xahar id-dieħel.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu nurses, nursing aides, carers u fattigi mis-swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul wara li ngħataw transfer mill-elezzjoni lil hawn? Tista’ tagħti l-informazzjoni skont il-grad? Fejn intbagħtu jaħdmu kull membru tal-istaff?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul — anzjani akkumpanjati minn infermiera
Question
Tista’ l-Ministru tara għaliex anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul qed jinħarġu mir-residenza, mill-Entertainment Section (jew Active Ageing) mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn infermier?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ tal-anzjani mill-swali ġenerali jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom akkumpanjati minn Nursing Aids filwaqt li l-anzjani rikoverati f’swali speċjalizzati bħal dik tad-demensja jkunu akkumpanjati minn tal-inqas infermier/a.
Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section – sigħat ta’ overtime
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2886, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija, jiġifieri tgħid kemm ħadem sigħat ta’ overtime kull impjegat li hemm fl-Entertainment Section tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Fejn ħadem overtime kull impjegat u f’liema ġranet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3184 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2887 tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-grad tas-security guard jew security guards li ġie/ġew trasferit/i għal mas-security officers fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-aħħar elezzjoni? X’kien/u jagħmel/jagħmlu qabel ġie/ġew trasferit/i bħala security guard?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.