Jista' l-Ministru jgħid x'passi u inizzjattivi ttieħdu, fl-aħħar sentejn, fuq il-kunċett Eko Għawdex biex jiġi assigurat li dan jinħass aktar u jħalli inizjattivi konkreti għall-poplu Għawdxi?
Response (REFALO, ANTON)
Qieghed ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-passi u inizzjattivi li ttieħdu, fl-aħħar sentejn, fuq il-kunċett Eko Għawdex biex jiġi assigurat li dan jinħass aktar u jħalli inizjattivi konkreti għall-poplu Għawdxi, huma skond it-tabella qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Għawdex — Ir-Rabat - tnaqqis għall-problema ta' parkeġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu, jew qed jittieħdu biex tinstab soluzzjoni u titnaqqas il-problema tal-parking fir-Rabat Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru qed jittakilja din l-issue li ilha ġejja minn amministrazzjonijiet preċidenti u liema problema qatt ma ġiet solvuta. Infatti saru arranġamenti mal-Ministeru ta l-Edukazzjoni sabiex jintuża l-parkeġġ li fih mijiet ta’ parking slots taħt l-iskola l-ġdida tas-subien matul ix-xhur tas-sajf meta l-problema hi aktar akuta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13505 u 11303 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża fis-sena 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li hemm tlett bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex. Il-bord tal-Gozo Channel Company Ltd; il-Gozo Sports Board – li ġie maħtur fl’ 1 ta’ Marzu 2014; u l-Home Help Care Service Allocation Board.
L-ispiza fuq il-Bord tal-
Gozo Channel
fl-2010, 2011 u 2012 kienet ta’ €272,454.87. Fl-2012 biss l-ispiza kienet ta’ €51,714,82. Fl-2013 u fl-2014 l-ispiza kienet ta’ €41,614,97 u €48,686.15 rispettivament.
L-ispiza fuq il-Gozo Sports Board kienet ta’ 19,522.86.
Il-Home Help Care Service Allocation Board ma jirċievi l-ebda ħlas.
Għawdex – Toroq ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq saru f’Għawdex mill-2005 sa Marzu 2013 u li kienu ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża totali fuq dawn it-toroq u kemm minn din l-ispiża kienet ġejja minn fondi Ewropej? Jista’ jelenka liema kienu dawn it-toroq u t-tul u l-metru kwadru ta’ kull triq? Jista’ jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq saru f’Għawdex li kienu ko-finanzjati b’fondi tal-Unjoni Ewropea minn April 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża totali fuq dawn it-toroq u kemm minn din l-ispiża kienet ġejja minn fondi Ewropej? Jista’ jelenka dawn it-toroq u t-tul u l-metru kwadru ta’ kull triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ċertu xogħol fuq dawn it-toroq kellu jitkompla minn fondi nazzjonali minn dan il-gvern peress li l-progett oriġinali kellu jiġi ridimensjonat mill-amministrazzjoni preċidenti.
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – Għarb — Triq Franġisk Portelli - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk issa li ninsabu f’nofs din il-leġiżlatura, hemmx dati meta se jibda l u meta sejitlesta x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli fl-Għarb fejn parti mit-triq twassal mill-Imġarr sad-Dwejra u dan peress li din hija triq li tifforma parti mill-European Ten-T Cohesion Fund ? Jista’ jgħid jekk inħariġx tender għal dan ix-xogħol u lil min ingħata? Jista’ jgħid kemm se jiswa x-xogħol fuq din it-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq din it-triq beda din il-ġimgħa. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq flimkien ma Triq Sant Ursola u l-medda ta’ triq bejn Ta’ Dbieġi Crafts Village u l-Pjazza ta’ San Lawrenz tifforma parti mill-European Ten-T Cohesion Fund, li suppost sar minn amministrazzjoni preċidenti.
Peress li dawn ix-xogħlijiet ma sarux, dan il-gvern kellu jsib fondi oħra biex jitwettqu. Fil-każ ta’ Triq Franġisk Portelli ix-xogħol qed jiġi iffinanzjat minn fondi nazzjonali.
Il-kumpanija Road Construction Co. Ltd. rebħet it-tender għax-xogħol ta resurfacing li hu stmat li ser jiġi jiswa 67,000 ewro .
Villa Rundle – wirja annwali ta’ biedja artiġjanat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex ġiet organizzata l-wirja annwali ta’ biedja u artiġjanat li saret fl-14 u l-15 ta’ Awwissu 2015 f’Villa Rundle fir-Rabat Għawdex? Jista’ jagħti break down ta’ din l-ispiża u kif ġew magħżula l-kuntratturi li offrew servizz fl-istess wirja u ċjoè jekk hux wara sejħa għall-offerti jew b’direct order? Jista’ jgħid min huma l-membri tal-kumitat organizzattiv tal-istess wirja?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiċa biex ġiet organizzata l-wirja tal-biedja u artiġjanat tammonta għal €20,577 filwaqt li d-dħul kien ta €17,266. Il-breakdown ta l-ispejjeż u d-dħul hu anness u mmarkat ‘Dok 1’. Ninfurmak ukoll li l-kuntratturi ġew magħżula wara li saret sejħa għall-offerti. Lista’ tal-membri tal-kumitat organizzattiv hija annessa hu mmarkata ‘Dok 2’.
Jista' l-Ministru jgħid x'investiment għamel il-Ministeru tiegħu fl-aħħar sentejn u nofs fl-ITS tal-Qala Għawdex? Jista' jgħid il-Ministeru tiegħu x'inhu jagħmel biex jassigura li dan l-Istitut jimxi 'l quddiem u jiżdiedu l-istudenti li jattendu fih in vista tal-fatt li l-industrija tat-turiżmu f'Għawdex hija waħda mill-aktar setturi importanti għall-ekonomija tal-gżira?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsieb ta’ dan il-ministeru huwa li nagħtu ħajja lil dan l-istitut tat-turiżmu hekk importanti f’ Għawdex. Għal dan l-iskop il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ministeri tat-Turizmu u ta l-Edukazzjoni u entitajiet oħra, bħal l-ETC qegħdin naħdmu flimkien. Bi pjaċir ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’ dan ir-rigward għall-ewwel darba daħħalna s-suġġett tal-hospitality fit-tielet sena ta’ l-iskola sekondarja f’ Għawdex. Qegħdin ukoll nagħtu allowance lill-istudenti Maltin li jigu jistudjaw fl-ITS f’ Għawdex. Barra minn hekk biex inħajru iktar interess fil-qasam turistiku flimkien ma’ l-ETC ġew imnedija żewġ skemi. L-ewwel waħda tiffoka fuq taħriġ minn Novembru sa Marzu lil ħaddiema f’ dan is-settur, fejn dak li jħaddem jingħata tletin ewro ta’ kull jum ta’ taħriġ. It-tieni skema hi li tagħti lil min iħaddem impjegat full time (jew minn part time isir full time) refużżjoni fil-kontrubuzzjonijiet tas-sigurta socjali sa massimu ta’ elf ewro.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal-liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba dwar konsulenzi li qed jingħataw lill-Ministeru għal Għawdex.
Ix-Xlendi – slipway – tneħħija ta’ karozzi u karrijiet
Question
Jista’ l-Ministru jara li fuq is-slipway tax-Xlendi ma jitħallewx diversi karozzi u karrijiet vojta għax dawn qed itellfu lis-sajjieda Għawdxin milli jagħmlu xogħlhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret talba lill-Pulizija sabiex tieħu l-azzjonijiet neċessarji fil-konfront tal-allegat abbuż..
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tinbena mill-ġdid jew tiġi resurfaced Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem, Għawdex peress li din hija triq arterjali u tintuża minn ħafna traffiku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru l-preparamenti biex jitwettqu x-xogħlijiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime saret mill-ħaddiema tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena u ċjoè mill-ewwel ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Ġunju 2015,? Jista’ jgħid kemm sewa dan l-overtime lill-kumpanija? Jista’ jgħid kemm kien l-akbar ammont f’overtime li tħallas lill-ħaddiem wieħed individwali fl-istess perjodu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab informat li sal-aħħar ta’ Ġunju 2015 il-ħaddiema tal-Gozo Channel ħadmu total ta’ 31,783 siegħa f’overtime li jammonta għal total ta’ €441,043. L-akbar ammont t’overtime li tħallas lill-ħaddiem wieħed individwali fl-istess perjodu kien ta’ €8,106.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ fuel li ntuża mill-kumpanija Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kemm kien l-ammont minfuq fi fuel kull xahar u mingħand min inxtara dan il-fuel kull xahar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jara li l-bajja tar-Ramla f’Għawdex tkun aċċessibli għal kulħadd? Jista’ jara għaliex din il-bajja li tant hi frekwentata minn Għawdxin, Maltin u turisti mhijiex aċċessibbli għal kulħadd? Jaf li fl-aħħar snin il-bajja dejjem kienet tkun aċċessibbli permezz ta’ passaġġ tal-injam li jitpoġġa fis-Sajf u li jwassal mit-triq sal-baħar u li din is-sena dan il-passaġġ għalkemm tpoġġa mhux fi stat li tista’ timxi fuqu b’siġġu tar-roti u li ma jwassalx sal-baħar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.
Bajjiet f’Għawdex li għandhom servizz ta’ lifeguard
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’liema bajjiet f'Għawdex qed ikun hemm is-servizz ta' lifeguards matul ix-xhur tas-Sajf 2015? Minn meta beda dan is-servizz f'kull bajja u meta hu mistenni li jispiċċa? Kemm-il lifeguard hemm assenjat f'kull bajja? Jista' jgħid x’ħin jibda u x’ħin jispiċċa l-ħin ta' kull servizz f'kull bajja u f’liema ġranet hu mogħti dan is-servizz? Jista' jgħid xi ħlasijiet qed isiru għal dan is-servizz u min qed iħallas għalih? Jista' jara li dan is-servizz jiġi estiż f'bajjiet oħra f'Għawdex kif ukoll li jiġi estiż il-ħin tal-istess servizz?
Response (REFALO, ANTON)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18106, nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-bajjiet f’Għawdex li fuqhom qed jiġi offrut is-servizz tal-lifeguards huma:
· Marsalforn;
· Ħondoq ir-Rummien;
· Blue Lagoon (Kemmuna);
· Santa Marija (Kemmuna); u
· r-Ramla.
Is-servizz fil-Blue Lagoon beda fis-6 ta’Ġunju, filwaqt li s-servizz fil-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien u Santa Marija beda fit-13 ta’ Ġunju. Is-servizz fil-bajja tar-Ramla beda fid-29 ta’ Ġunju. Is-servizz fil-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien, u r-Ramla tkompla sal-1 ta’ Ottubru, filwaqt li s-servizz fil-bajjiet ta’ Blue Lagoon u Santa Marija ġie estiż sal-11 ta’ Ottubru.
In-numru ta’ lifeguards assenjati f’kull bajja, u l-ġranet huma murija fit-tabella hawn taħt.
Fuq il-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien, Blue Lagoon (Kemmuna) u Santa Marija (Kemmuna) l-obbligu huwa li jingħata servizz ta’ tmien sigħat u nofs (8.5 hrs) bejn l-10:00 hrs u s-19:00 hrs. Il-ħinijiet li fih jibda u jispiċċa s-servizz għalhekk jista’ jinbidel skond l-eżiġenzi. Il-lifeguards dejjem jinformaw bil-preżenza tagħhom fuq il-bajja. Fuq il-bajja tar-Ramla is-servizz jingħata bejn il-11:00hrs u s-19:00 hrs.
Bajja
Numru ta’ lifeguards
Ġranet
Marsalforn
3
Kuljum
Ħondoq ir-Rummien
2
Kuljum
Blue Lagoon (Kemmuna)
3 (6 ta’ Ġunju – 15 ta’ Lulju)
4 (16 ta’Lulju – 15 ta’ Settembru)
3 (16 ta’ Settembru – 11 ta’ Ottubru)
Kuljum
Santa Marija (Kemmuna)
2
Kuljum
Ramla
3
Kuljum
Is-servizz fuq il-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien, Blue Lagoon (Kemmuna), Santa Marija (Kemmuna) qed jitħallsu bir-rata ta € 8.33 fis-siegħa għal kull lifeguard preżenti. Is-servizz fuq il-bajja tar-Ramla qed jitħallas total ta’ € 25 fis-siegħa. Is-servizzi kollha qed jitħallsu mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.
Is-servizz ġa ġie estiż konsiderevolment meta jitqies li s servizz tal-lifeguards f’Marsalforn beda fis-Sajf tat-2013, u li din is-sena beda jingħata wkoll is-servizz f’ Ħondoq ir-Rummien, u fil-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna.
Jista’ l-Ministru jiċċekja jekk hux minnu li fl-iskall tad-dgħajjes li hemm ix-Xlendi Għawdex hemm dgħajjes li ilhom ma jiġu varati l-baħar għaxar snin flimkien ma’ diversi karrijiet battala u għalhekk sajjieda li jixtiequ jpoġġu d-dgħajjes tagħhom f’dan l-iskall mhux qed isibu spazju?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar ġimgħat fil-bajja tax-Xlendi u issa li qegħdin fl-eqqel tas-sajf, qed ikun hemm ammont ta’ ħmieġ bħal rix u materjal ieħor fil-wiċċ tal-ilma tal-baħar? Jista’ jara min fejn qed jiġi dan il-ħmieġ li qed idejjaq lil dawk kollha li qed imorru f’din il-bajja?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onervoli Nterpellant li s-Sezzjoni tal-Indafa Pubblika qatt ma irċevit ilmenti fuq ħmieġ u rix li qed ikun fuq il-wiċċ tal-baħar tax-Xlendi. Imma jista’ ikun li dan daħal mall-kurrenti tal-baħar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa l-patching li sar fl-aħħar jiem fi Triq Sannat fis-Sannat Għawdex u għaliex ma sarx ix-xogħol ta’ resurfacing fuq din it-triq kollha kif kien imwiegħed li jsir sentejn ilu? Jista’ jgħid meta hu maħsub li jsir xogħol ta’ bini mill-ġdid jew resurfacing ta’ Triq Sannat u Triq ta’ Ċenċ fis-Sannat, Għawdex? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan li ssir t-triq li twassal mir-Rabat lejn Sannat magħrufa bħala l-Qasam?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq Triq ta’ Ċenċ ser jibda fil-futur qrib wara li ħarġet u ġiet mogħtija s-sejħa għall-offerti. Ix-xogħolijiet fuq il-bqija tat-toroq imsemmija huma ippjanati li jsiru wara li titlesta Triq ta’ Ċenċ.
Għawdex – Il-Fontana – Triq l-Isptar San Ġiljan — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol ta’ re-surfacing jew il-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Isptar San Ġiljan u Triq ta’ Għajn (il-parti minn ħdejn il-Knisja sa Pjazza Tomba) fil-Fontana Għawdex u dan peress li dawn it-toroq jintużaw kemm mir-residenti kif ukoll minn dawk kollha li jmorru fil-post turistiku tax-Xlendi?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq din it-Triq inbeda.
Ministeru għal Għawdex – użu ta’ credit cards pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma jekk hu jew xi membri fis-Segretarjat tiegħu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi li nħarġu f’ismu jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħu? Jekk fl-affermattiv min huma dawk awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards għal kull credit card minn Marzu 2013 u jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nħarġux credit cards pubbliċi f’ismi jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħi.