Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ispetturi li jaħdmu fi ħdan il-health and safety unit u dawk li jaħdmu fi ħdan id-dipartiment industrijali u mpjiegi, għandhomx xi forma ta' insurance għalihom u għall-familji tagħhom? Jekk iva, x'forma ta' insurance hija? Jekk hemm xi spetturi li jaħdmu mad-dipartiment għall-impjiegi u relazzjoni industrijali (ex-dipartiment tax-xogħol) li m'humiex inxurjati, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li dawn l-ispetturi jingħatalhom dan il-jedd bħal sħabhom tal-health and safety unit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ispetturi ndikati fil-Mistoqsija huma assigurati taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali bħalma huma l-impjegati kollha fis-Servizz Ċivili.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn persuni gainfully occupied ġo full-time jobs sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għan-News Release li jiġi ippubblikat mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika jew għall-web site www.magnet.mt/home/cos.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol din is-sena u jekk kienu jaħdmu qabel f'liema settur kienu jaħdmu? Kemm minn dawn li bdew jirreġistraw din is-sena kellhom xogħol ieħor qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru, kien hemm 7,817 li bdew jirreġistraw għax-xogħol. Minn dawn 6,646 kienu jaħdmu qabel.
L-informazzjoni dwar is-setturi fejn kienu jaħdmu tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi taħt il-blokk bini tal-gvern Block A/4 ġo Triq il-Watar Ta' Xbiex qed jitfaċċa ħafna umdu u qed jikkawża ħsara ġewwa l-flats ta' isfel, jista' l-Viċi Prim Ministru jara x'jista' jsir biex il-problema tiġi rranġata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20055 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jagħti breakdown ta' l-aħħar figuri tad-distribution of enterprises by size by number of employees in percentage terms skond in-normi tal-OECD?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-OECD tuża l-pubblikazzjonijiet tal-Eurostat fejn jirrigwarda d-distribuzzjoni ta' entrapriżi skond id-daqs u n-numru ta' mpjegati. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ukoll tuża l-istess kriterji mitluba mill-Eurostat f'dan ir-rigward.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Għaqdiet u Fondazzjonijiet Voluntarji — Nies b'diżabilita'
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtiex għajnuna finanzjarja lil għaqdiet u fondazzjonijiet (NGO's) voluntarji li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b'diżabilita?
X'għajnuna ta lil kull għaqda tul l-1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19880 f'Seduta Numru 389 tal-10 ta' Ottubru 2000.
Fix-xhur fejn hemm tnaqqis fir-rata tal-qgħad, jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid x'kull każ kemm kien hemm placements totali xhar b' xhar u kemm minn dawn il-placements kienu ta' natura part-time jew każwali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Fix-xhur fejn hemm tnaqqis fir-rata tal-qgħad, jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid x'kull każ kemm kien hemm placements totali xhar b' xhar u kemm minn dawn il-placements kienu ta' natura part-time jew każwali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid kemm saru strike-offs minn fuq ir-reġistru tax-xogħol matul dawn l-aħħar 6 xhur (xhar b' xhar) ?
Kemm mill-istrike offs li saru ġew re-instated (cioe' reġgħu bdew jirreġistraw) fix-xhur ta' wara? X'kienu r-raġunijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid kemm saru strike-offs minn fuq ir-reġistru tax-xogħol matul dawn l-aħħar 6 xhur (xhar b' xhar) ?
Kemm mill-istrike offs li saru ġew re-instated (cioe' reġgħu bdew jirreġistraw) fix-xhur ta' wara? X'kienu r-raġunijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid min huwa l-espert li ġie ngaġġat fi ħdan l-Occupational Health and Safety Unit?
Kif u fejn saret is-sejħa għal dan il-post u meta?
X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol tiegħu, inkluż pagi, karozza eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Dr Noel Vella ġie ngaġġat bħala konsulent mat-Taqsima ta' l-Occupational Health and Safety fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg wara sejħa għall-applikazzjonijiet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tat-2 ta' Ġunju 2000. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol huma limitati għal salarju fuq skala 4 ta' l-impjegati tal-Gvern.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid għaliex fl-ispettorat tal-DHS mhux kulħadd igawdi mill-istess tipi ta' allowance eg. clothing allowance?. L-ispetturi huma ntitolati li titħalsilhom l-insurance tal-vettura tagħhom u l-liċenzi biex jidħlu l-Belt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-allowance li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jingħata biss lil dawk l-ispetturi li jagħmlu xogħol regolari ta' spezzjonijiet barra mill-uffiċċju. Spetturi oħra li jagħmlu biss spezzjonijiet okkażjonali ma jingħatawx din l-allowance.
L-ispetturi m'humiex intitolati li titħallsilhom l-insurance tal-vettura tagħhom jew il-liċenzja biex jidħlu l-Belt.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid jekk fi ħdan l-DHS qiegħed isir an ongoing training għall-ħaddiema kollha?
Jekk iva x'inhuwa il-program strateġiku
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Ottubru tal-1997 imbeda kors fl-Universita' ta' Malta li jwassal għal Diploma Social Studies (Occupational Health and Safety), li kien sponsorjat kollu kemm hu mill-Gvern. Għal dan il-kors kellhom jattendu dawk li kienu ġew ingaġġati bħala 'Trainee Inspectors', u li kienet kundizzjoni fil-kuntratt ta' l-ingaġġ illi biex jilħqu Spetturi riedu jattendu din id-Diploma. Barra minn hekk, dawk il-persuni li diġa' kellhom il-grad ta' Spettur kienu mħeġġa jattendu għal dan l-istess kors, tant li ddeċidew li jattendu għalih l-iSpetturi kollha barra wieħed.
Tnejn mill-iSpetturi fil-preżent ukoll qegħdin jipparteċipaw f'kors ieħor Universitarju li jwassal għal B.A.(Hons.) Social Administration.
Il-membri l-oħra kollha ta' l-staff tekniku huma kollħa gradwati b'postgraduate qualifications fil-materja. Uħud minn dawn ukoll attendew għal korsijiet qosra tekniċi speċjaliżżati barra minn Malta, inkluż kors organiżżat mill-International Atomic Energy Association.
L-iStaff klerikali intbagħtu matul iż-żmien għal korsijiet relatati ma' office management, li kienu organiżżat mill-iStaff Development Organisation.
Qegħdin isiru diskussjonijiet ma' organiżżazzjoni barranija biex jibdew ikunu organiżżati korsijiet tekniċi hawn Malta li jkunu miftuħin mhux biss għal l-iSpetturi iżda wkoll għal persuni li jkunu qegħdin jagħmlu xogħol relatati mas-suġġett f'ażjendi privati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-għanijiet differenti taċ-ċentru li nfetah f'Għawdex li ħa lok l-NGO Resource Centre ta' SWDP li kien jeżisti minn qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li dan iċ-Ċentru ma jaqax taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tiegħi nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir kemm jista' ikun malajr ir-reserved parking ta' persuna b'disabilita' li għandha bżonn urġenti?
Id-dettalji tal-persuna qed jintbagħtu separatament.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna indikata fil-Mistoqsija qatt ma applikat mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' biex ikollha reserved parking.
F'Lulju ta' din is-sena, din il-persuna applikat biss għall-Blue Sticker biex tkun tista' tipparkja fil-postijiet riservati apposta għal persuni b'diżabilita'.
Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna issa ġiet ikkuntattjata biex tiġi nfurmata xi trid tagħmel biex tapplika għar-reserved parking.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vakanti fl-iskola ta' l-ispettorat? Jekk fl-affermattiv, għaliex mhux mimlijin?
Għaliex l-ispetturi fi ħdan l-DHS (occupational health and safety unit) għadhom ma natgħux promozzjonijiet u għadhom jitqiesu bħala health inspectors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wieħed irid jiddistingwi bejn persuna li huwa appuntat bħala Spettur għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol skond l-Att Numru Vll tal-1994, u persuna li għandu l-grad amministrattiv ta' Spettur.
Fil-fatt hemm tnax 'il persuna appuntati skond Att Numru Vll, li minnhom disgħa għandhom il-grad amministrattiv ta' Spettur.
Saru pjanijiet biex meta tinġieb fis-seħħ il-liġi li ser twaqqaf l-Awtorita' għas-Saħħa jkunu jistgħu jidħlu numru ieħor ta' Spetturi.
L-ebda persuna fit-taqsima OHSU m'għandha l-grad ta' Health Inspector.
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi — Ħaddiema Ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fuq bażi permanenti mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg matul il-perjodu ndikat fil-Mistoqsija. Fl-istess perijodu ġew impjegati, wara sejħa għall-applikazzjonijiet, żewġ Casual Substitute Clerks għal żmien determinat biex jissostitwixxu żewġ ħaddiema tad-Dipartiment li huma fuq parental leave u responsibility leave.