Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u r-Russja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li ffirma l-Ministru Mizzi fir-Russja f'Settembru 2015? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29954, 28712, 29016, 29090 u 29381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Billi fid-diskors tal-baġit għal din is sena ngħadd li l-kunsilli lokali se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-fondi miġbura mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (issa l-Awtorità tal-Ippjanar), permezz tas-CPPS u skemi oħra, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-istess kunsilli lokali jkunu jistgħu jibdew jagħmlu użu minn dawn il-fondi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-Kunsilli Lokali setgħu jibdew japplikaw għall-dawn il-fondi, taht l-skema l-ġdida, mis-16 ta’ Jannar 2017.
Sptar Mater Dei – waiting lists – studju u suġġerimenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ingħata l-inkarigu li jagħmel studju u suġġerimenti dwar il-waiting lists fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar dwar il-waiting lists f'Mater Dei? Jista’ jagħti l-ammont li tħallas għal dan ir-rapport?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu, skont il-lokalità, għall-Agri-Turiżmu, u kemm minn dawn ġew milqugħa u kemm ġew irrifjutati?
Triq li mix-Xemxija twassal sa Għajn Tuffieħa – dwal
Question
Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq li mix-Xemxija jwasslu sa Għajn Tuffieħa (fejn għad ma hemmx dawl) fil-fatt jitwaħħlu fiha l-arbli neċessarji u jinxtegħel ukoll id-dawl li hu meħtieġ għal din l-istess triq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17839. Minkejja li r-responsabilità ta’ dwal ġodda f’dawn it-toroq mhijiex ta’ Enemalta plc, il-kumpanija se tkun qed tgħaddi dan is-suġġeriment lill-entitajiet u awtoritajiet konċernati għall-attenzjoni tagħhom.
Salina san-Naxxar u miż-Żebbiegħ sa Għajn Tuffieħa – dawl fit-toroq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li twassal mis Salina san-Naxxar, u dik li twassal miż-Żebbiegħ sa Għajn Tuffieħa, jinxtegħlu, biex jiġu evitati inċidenti minħabba d-dlam?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17839. Minkejja li r-responsabilità ta’ dwal ġodda f’dawn it-toroq mhijiex ta’ Enemalta plc, il-kumpanija ser tkun qed tgħaddi dan is-suġġeriment lill-entitajiet u awtoritajiet konċernati għall-attenzjoni tagħhom.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kienu 4 l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Sptar Mater Dei – kuntratt ta’ xogħol lill-kumpanija Nexia BT
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25582 u 25583, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Nexia BT fil-fatt ikkonkludietx ix-xogħol li kienet ikkuntrattata li tagħmel minn Projects Malta għall-Isptar Mater Dei?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika dwar liema proġett qeda tirreferi għalih fil-mistoqsija tagħha.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti break down dettaljata tal-ispiża ta’ €74 miljun fil-proġett tar-rilokazzjoni tal-ITS għal SmartCity?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat minn Projects Malta li l-ispiza msemmija hija biss waħda preliminari. Irid ikun apprezzat li f’dan l-istadju minħabba li l-proċess se jkun miftuħ b’mod kompetittiv ma jistgħux jinħarġu d-dettalji mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kmamar fejn il-miżbla ta’ Wied Fulija limiti taż-Żurrieq li qabel kienu jintużaw mill-watchman ta’ din il-miżbla, humiex proprjetà tal-Gvern jew le? F’idejn min qegħdin preżentament dawn il-kmamar? Jekk dawn il-kmamar preżentament qegħdin f’idejn terzi, kif għaddew għandhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni u/jew kumpaniji/entitajiet legali li taw/qed jagħtu konsulenza legali lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll id-dipartimenti, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sena b' sena mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm tħallsu/qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Dipartiment tal-Artijiet – Għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16792 u 29469 jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-Għassa tal-Pulizija l-antika ta’ Wied il-Għajn baqgħet ma ġietx lura f’idejn id-Dipartiment tal-Artijiet peress li tinsab abbandunata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ninsab nfurmat li peress li għaddejjin proċeduri quddiem l-Awtorita ta’ l-Ippjanar biex tigi mibnija għassa ġdida f’Wied il-Għajn bil-ħtiġijiet moderni flok l-Għassa tal-Pulizija l-antika, sakemm johorġu il-permessi u susegwentament jibda u jitlesta ix-xoghol, il-hsieb preżenti hu li l-pussess ta’ l-għassa l-qadima tibqa f’idejn il-Pulizija.
Rakkomandazzjonijiet minn rifjut għall-ħruġ tal-permess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inqalbu rakkomandazzjonijiet minn rifjut għal ħruġ tal-permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar għas-sena 2016, f'liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex u jekk hux fl-skema tal-Bini jew ODZ?
Jista’ l-Prim Ministru jgħidilna kemm inqalbu deċiżjonijiet mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) jiġifieri minn rifjut għal ħruġ tal-permess u f'liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Prim Minsitru jgħid kemm-il deċiżjonijiet tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) qegħdin jiġu kkontestati fil-Qorti ta’ Malta u ta’ Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid għal liema perjodu qed jirreferi.
San Pawl il-Baħar – units residenzjali li ġew approvati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' units residenzjali li ġew approvati mill-MEPA u issa mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul is-snin 2013-2016, maqsuma sena sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt issib tabella bit-tagħrif mitlub:
Year
Total No. of New Units St. Paul’s Bay
Percentage of Total Dwellings Approved in Maltese Islands
Total DWL Maltese Islands
2013
205
8
2,707
2014
273
9
2,937
2015
449
11
3,947
2016
760
10
7,508
TOTAL
1,687
10
17,099
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li tneħħa l-kurċifiss mill-kamra tas-security tal-Head Office tal-Enemed Ltd. u tmexxa għall-uffiċċju ieħor, liema kurċifiss kien ilu hemm għal għexieren ta’ snin? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-policy dwar kurċifissi fl-uffiċini tal-Enemed? Jista’ jgħid x'ser tkun il-policy dwar kurċifissi fis-security u uffiċini oħra tal-Enemed Ltd, meta din tiċċaqlaq għall-istallazzjoni l-ġdida f'Ħas-Saptan?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kurċifiss imsemmi fil-mistoqsija tiegħu flimkien m’affarijiet oħra li kien hemm fil-kamra tas-security kellhom jinqalgħu sabiex ikunu jistgħu jsiru l-manutenzjoni u r-refurbishment neċessarji b’mod urġenti sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jaħdmu f’post tax-xogħol komdu. Ninsab informat li l-Enemed m’għandha ebda policy dwar kurċifissi.