Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6474 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Passaporti — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Passaporti? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija ma ngħatawx transfers fid-Dipartiment tal-Passaporti. 26.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6475 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita' — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita'? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, kien hemm trasferiment ta' Pulizija mara fl-uffiċċju tal-karti ta' l-identita` fid-Depot tal-Pulizija. Dwar transfers fil-futur dawn isiru, kif dejjem saru, skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-servizz. 26.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7165 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Naxxar — Triq il-Lanġas - Karozza mitluqa

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex karozza mitluqa u abbandunata li hemm fi Triq il-Lanġas, Naxxar in-naħa li tagħti għal triq Sant'Antnin, Mosta li hija eye-sore titneħħa minn hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet imneħħija. 26.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7172 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni deportati

Question

Kemm kienu n-numru ta' persuni li ġew deportati minn pajjiżna matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm minnhom ġew deportati b'sentenza mill-Qrati? X'nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur ta' din is-sena ġew deportati minn Malta total ta' 233 persuna ta' nazzjonalita` barranija. Dawn ġew kollha deportati fuq ordni tal-Qorti. In-nazzjonalitajiet tagħhom kienu skond kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 26.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7087 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Camping sites

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għand id-dipartiment ta' l-artijiet għal camping sites ġodda? Jista' l-Ministru jgħid min għamel dawn it-talbiet u meta saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-1998 kienet saret sejħa pubblika sabiex min kien interessat seta` jindika xi biċċa art li kien lest li fiha jiżviluppa 'Camping Site'. Kien hemm 11-il kumpanija/persuna li ndikaw 23 biċċa art. Ninsab infurmat ukoll li fi Frar ta' l-1999 ħarġet tender għal żvilupp ta' biċċa art fl-Aħrax tal-Mellieħa biex tiġi żviluppata f'Camping Site u li għaliha applikat biss l-Adventure Camping and Leisure Company Ltd. Din it-tender qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Talba oħra kienet saret fl-1989 mill-1st Birkirkara Scout Group għal biċċa art f'Baħar iċ-Ċagħaq sabiex din tkun tista` tiġi użata għall-attivitajiet tagħhom. Din it-talba għada qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. 25.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7109 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' priġunieri sena b'sena, mill-1980 'il hawn? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'nisa u rġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, mir-rekords disponibbli, t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 25.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7141 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement/stop notices

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-enforcement notices/stop notices li ħarġet il-Planning Authority mit-twaqqif tagħha s'issa u lil liema individwi jew kumpanniji ħarġithom?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif dettaljat hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi biex jinġabar li ma nħossx li hu ġustifikat. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4958 dwar l-istess suġġett. 25.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7068 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Permessi tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ħruġ ta' work permits? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma ta' nisa u kemm ta'irġiel? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fid-19 ta' Mejju, 1999, kien hemm 650 applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta' work permits li 30% minnhom kienu dwar nisa u 70% dwar irġiel. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija. 25.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7103 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Rabat - Reserved parking

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6257 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tara li jsir reserved parking quddiem ir-residenza, 59 Triq Pompei Rabat, Għawdex, peress li hemm persuna b'diżabilita'?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 24.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7152 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin waqfet il-konswetudni li wara nofsinhar lill-ħabsin tingħatalhom panina kull wieħed? Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Direttur tal-ħabs ta ordni biex min mill-ħabs irid panina jkun irid jinkiteb għand l-uffiċjal inkarigat tad-Division?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mhux minnu li twaqqfet il-konswetudini li wara nofs inhar tingħata panina lil kull priġunier. Peress li kien qed jintrema numru konsiderevoli ta` panini kull jum, ittieħdu miżuri biex din il-ħela ma ssirx. Kull priġunier li jkun irid qed jingħata din il-panina. Għalhekk mhix l-intenzjoni ta' l-awtoritajiet tal-ħabs li jittieħdu l-'ħobżna ta' kuljum' lill-priġunieri. 24.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7202 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Ipoteki legali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku xahar b'xahar fl-1999: (1) ipoteki legali; (2) noti ta' riferenzi; (3) noti ta' ipoteka; (4) noti ta' insinwa; (5) noti ta' causa mortis; (6) ipoteka rinovata; (7) subbasti; (8) separazzjoni personali; (9) company notices; (10) ammont totali ta' debiti reġistrati; (11) ammont totali ta' bejgħ; (12) ammont totali ta' tpartit; (13) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa; (14) ammont totali ta' enfitewsi temporanja; u (15) ammont totali ta' trasferimenti?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 24.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6804 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Garaxxijiet fl-abitat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring qed isir fuq bażi regolari biex jiġi assigurat li ma jsirx ċertu tip ta' xogħol f'garaxxijiet fl-abitat li jista' jħarbat l-ambjent residenzjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Enforcement Officers tal-Awtorita` ta' l-Ippjanar jagħmlu spezzjonijiet regulari ta' tip ġenerali f'diversi lokalitajiet u meta jkun il-każ, jittieħdu l-passi neċessarji skond l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp. L-istess Enforcement Officers iżommu kuntatt dirett mal-Kunsill Lokali li minn żmien għal-ieħor jinfurmaw lill-Awtorita` dwar irregolaritajiet li jkunu ġew a konjizzjoni ta' l-istess Kunsilli u l-Awtorita` tieħu l-passi neċessarji skond il-każ. Barra minn hekk, l-Awtorita` tirċievi diversi rapporti minn terzi, liema rapporti jiġu nvestigati u jekk ikun il-każ l-Awtorita` taġixxi skond il-liġi. Ta' min isemmi li l-kuntatti ma' l-Awtorita` mill-Kunsilli Lokali u minn terzi huma mportanti minħabba l-fatt li l-Awtorita` ma tistax tkun għal 24 siegħa kuljum f'kull sit fejn ikun qed isiru xi żvilupp illegali. 24.05.9 (a.m.)
Leg 9 PQ #6978 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Akkademja għal securities

Question

Peress li riċentement kien ġie propost li ssir akkademja għal securities li jaħdmu fil-Ħabs ta' Kordin "CCF" bil-għan li għall-futur ikun hemm aktar kontroll professjonali tat-tmexxija fiċ-ċentru ta' korrezzjoni, sabiex il-priġunieri jingħataw aktar sens ta' korrezzjoni, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi? Fil-fatt ġiet maħtura kummissjoni sabiex tistudja din il-possibilta'? Jekk iva, min huma l-membri tagħha? Jekk le, għaliex?

Response (BORG, TONIO)

M'hemmx il-ħsieb li tinfetaħ akkademja għall-gwardjani tal-ħabs billi għal l-iskop ta' taħriġ dejjem ġew utilizzati mingħajr l-ebda diffikulta il-faċilitajiet provduti fl-Akkademja tal-Pulizija. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7036 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Għajnsielem — Triq L-Imġarr - Linja tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jara li l-linja tal-bini li beħsiebu jinbena fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex tingħata u dan peress li l-individwu kkonċernat ilu żmien twil jistenna l-istess linja (PA 3989/96)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-linja tal-bini kopert bil-permess PA 3989/96 għandha tingħata fil-ġimgħat li ġejjin. Din ma setgħatx tingħata qabel, minħabba li s-survey li fuqu kellha tiġi nterpretata din l-istess linja ma kienx komplet. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7037 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Għarb — Triq Mongur - Permessi

Question

Rigward il-bini f'Mongur Street, Għarb, Għawdex imsejjaħ "Il-Villaġġ tas-Sbejħa", jista' l-Ministru jispjega kif l-operaturi qegħdin jitħallew joperaw meta l-permessi għall-istess sit m'humiex regolarizzati u fil-fatt uħud minnhom għadhom pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fuq is-sit imsemmi mill-Onor. Interpellant inħarġu dawn l-iStop and Enforcement Notices : - ECF 1346/96 - għal xogħol mhux skond il-pjanti approvati; ECF 236/97 - għal żieda fuq in-numru ta' units. Ninsab infurmat ukoll li hemm applikazzjonijiet pendenti biex jissanzjonaw dan l-iżvilupp, u appell pendenti mill-Enforcement Notice. Rigward l-użu li qed isir mis-sit, bħalissa qed isir monitoring biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tassigura li l-użu jkun limitat għal permess vigenti, u ċioe`, użu ta' terrace houses kif permessi u mhux maisonettes. Dan ġie kkonfermat ukoll b'verbal tal-Qorti maħruġ fl-4 ta' April, 1997, waqt smiegħ ta' mandat ta' inibizzjoni, Każ Numru 278/97. Sal-lum, mill-ispezzjonijiet li saru, dejjem irriżulta li l-użu kien konformi mal-verbal tal-Qorti, u ċioe`, illimitaw il-kirja ta' kull żewġ maisonettes għal waħda biex din tintuża daqs li kieku kienet terraced house. Qed tintalab sanzjoni dwar il-maisonettes b'applikazzjoni fejn żiedu il-parkeġġ biex jipprovdi għaż-żieda residenzjali. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7097 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mdina — Karozzini

Question

Jaf il-Ministru li l-karozzini fl-Imdina qegħdin jgħaddu kontra l-one-way u dan mit-Triq Villegainon, Mdina minħabba li quddiem u fejn ix-Xara Palace Hotel fejn/ma St. Paul's, Mdina hemm slabs bojod li ż-żiemel jibża' minnhom? Jaf il-Ministru li din hija problema serja fiċ-ċirkostanzi?

Response (BORG, TONIO)

L-ilment qed jiġi nvestigat. 24.05.99 9a.m.)
Leg 9 PQ #7113 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Każ bir-Ref no. 680

Question

Wara li fi Frar, 1998 wara interventi mill-Ombudsman mal-Kummissarju ta' l-Artijiet (Re. Case 680) dan ta' l-aħħar wissa lill-persuna konċernata biex tagħmel il-bir in kwestjoni aċċessibbli għall-okkupanti l-oħra tal-lokal u peress li għall-mistoqsija parlamentari numru 14390 (4/5/98) kont informat li d-Direttur ta' l-Artijiet kien qed jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex dan isir imma għaddiet aktar minn sena u wasal sajf ieħor u għadu ma sar xejn, jista' l-Ministru jara li jsir kulma hemm bżonn sabiex dan isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li ħa fil-pussess tiegħu dan il-bir, minkejja li ġie mwissi għal diversi drabi biex jerġa` jagħmlu aċċessibli għall-okkupanti l-oħra, baqa` ma kkoperax u d-Dipartiment ta' l-Artijiet tah sebat ijiem sabiex jagħmel dan. Fin-nuqqas ta' dan, id-Dipartiment tal-Artijiet ikollu jiftaħ il-bir għas-spejjeż tiegħu u jfittex lill-persuna msemmija għad-danni. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7114 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Forti Chambray

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jikkonferma li l-bini kollu li jinsab tiela' f'Forti Chambray, Għawdex hu sal-lum konformi f'kollox mal-parametri u kondizzjonijiet fuq il-permessi għall-iżvilupp li nħarġu għall-proġett ta' Chambray?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7118 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal murtali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm permessi tal-pulizija biex waqt il-festa ta' San Ġużepp, ċelebrata fid-19/3/99 jiġu sparati murtali mill-ġnien pubbliku, Howard Gardens magħrufa bħala t-Tomba ftit 'il bogħod minn fejn kien hemm logħob tat-tfal għaddej b'mod li kien ta' periklu għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7147 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Telefonati tal-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fejn qabel il-gvern kien iħallas għal telefonata ta' ħames minuti kull priġunier sia telefon u sia telecell, issa ingħatat ordni sabiex il-priġunier li jċempel fuq telecell irid iħallas tliet minuti l-priġunier minn telefonata ta' sitt minuti?

Response (BORG, TONIO)

Kull priġunier għandu privileġġ u mhux dritt, li jagħmel telefonata ta' sitt minuti lill-familjari tiegħu kull jum. Ninsab infurmat li hemm madwar għaxar priġunieri li jċemplu għal fuq mobile phone flok għal fuq telefon normali. Ftit taż-żmien ilu ingħatat ordni li dawk li jċemplu għal fuq mobile phone, it-telefonata tagħhom tkun ta' tlett minuti flok sitta. Dawk li jixtiequ jagħmlu telefonata ta' sitt minuti, jridu jħallsu tat-tlett minuti żejda li huma jagħmlu. L-Onor. Interpellant japprezza li telefonata ta' sitt minuti għal fuq mobile phone tiswa madwar Lm1.75 filwaqt li telefonata għal fuq telefon normali tiswa biss għaxar ċenteżmi. Dawk it-telefonati li jagħmlu l-priġunieri biex jagħmlu kuntatt ma' l-avukat difensur tagħhom jitħallsu kollha mid-dipartiment kemm jekk it-telefonata ssir għal fuq telefon normali u kemm jekk issir għal fuq mobile phone. 24.05.99 (a.m.)