Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21380 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fil-Junior College din is-sena? Liema suġġetti għażlu? Kemm hemm minnhom li daħlu bi gradi 1-3 fis-suġġetti li għażlu? Kemm minnhom daħlu bi gradi 4 u 5?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 1373 studenti li jinkludu ftit repeaters jattendu l-ewwel sena fil-Junior College ta' l-Universita` ta' Malta. Dawn l-istudenti għażlu s-suġġetti elenkati fit-Tabella 1 u 2 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ebda student ma kellu pass fil-Marketing, Philosophy, Sociology u Graphical Communication. Ħames studenti ippreżentaw iċ-ċertifikat OCR/RSA Ingtegrated Business Technology Stage II li ġie meqjus bala grad A-C jew 1-5 għad-dħul. Passes fil-Matematika, Ingliż, Malti u Fiżika jew Kimika jew Bijoloġija huma r-rekwiżiti biex tidħol il-Junior College. Fit-Tabella 3 li wkoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wieħed isib kemm mill-istudenti li għażlu s-suġġetti msemmija kellhom dawn il-gradi.
Leg 9 PQ #21389 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex studenta li tattendi l-Iskola Primarja ta' Tas-Sliema u li d-dettalji tagħha qiegħed nibgħathom separatament tingħata facilitator peress li din ilha mitluba għal aktar minn sena u apparti minn hekk dan qiegħed ikun ta' detriment fuq l-edukazzjoni ta' l-istudenta ndikata?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa ġejt informat li din l-istudenta partikolari ġiet riferuta lill-Istatementing Board fid-9 ta' Ottubru ta' din is-sena. L-applikazzjoni tagħha qed tiġi proċessata.
Leg 9 PQ #21447 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jew il-ħaddiema tad-dipartment jinvestigaw il-każ ta' tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li bħalissa mhux qiegħed imur skola b'ordni mis-surmast biex din il-problema tiġi solvuta fl-interess ta' kulħadd?

Response (GALEA, LOUIS)

Tajt struzzjonijiet biex dan il-każ jiġi segwit attentement fl-aqwa interess ta' l-istudent konċernat.
Leg 9 PQ #21477 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati l-Universita' li qabżu l-eta ta' irtirar u ngħataw estensjoni fis-sena 1999 u s-sena 2000? Jista' jgħid min kienu? Liema grad kienu jokkupaw? Għal kemm qed tingħata l-etensjoni? Liema grad qed jokkupaw issa u jekk humiex full-time jew part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21479 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Unpaid Leave

Question

Nirriferi għal mistoqsija parlamentari nru. 20582, u nitlob lill-Ministru jgħid it-tul ta' leave mingħajr ħlas li ngħata kull impjegat u r-raġuni għal unpaid leave għal kull impjegat imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21481 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Reġistratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reġistratur ta' l-Universita' tax garanzija li l-graduate trainees Għawdxin li hemm l-Universita' ser jiġu mpjegati kif jispiċċalhom il-kuntratt, peress li ser joħorġu sejħa għall-applikazzjoni apposta għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 20576. Informat li r-Reġistratur ma ta ebda garanzija ta' impjieg anke għax mhux fl-awtorita` tiegħu jew ta' xi ħadd ieħor li jagħti garanzija bħal din. Sejħiet għall-applikazzjonijiet għal kull post isiru biss biex jissodisfaw ħtiġijiet ta' l-Universita` u qatt apposta għal xi individwu jew individwi. Meta ssir l-għażla il-Bord jagħżel dawk minn fost l-applikanti li jkunu l-aktar kwalifikati biex jaqdu d-dmirijiet mistennija.
Leg 9 PQ #21483 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College - Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inqatgħux il-pagi tal-lecturers fil-Junior College minħabba li ma daħlux biex jagħtu lezzjonijiet fit-2 ta' Ottubru, 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20838 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm studenti l-Universita' minn kull raħal u belt f'Malta u Għawdex fl-1985, 1986 u sa Mejju 1987 u fl-1999 u 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 20838 mogħtija f'Seduta 417 fis-6 ta' Novembru 2000, l-informazzjoni mitluba għas-snin 1999 u 2000 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21177 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 961 u 3344 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'kienet ħidmet l-Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce ġewwa Palazzo De La Salle, l-Belt tul is-sentejn u jistgħax ukoll jiġi elenkat kemm spejjeż intefqu fil-manutenzjoni u restawr tal-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ħidmet il-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce tul is-sentejn kien kif ġej: Studenti 1999 2000 Klassijiet tax-Xitwa Ottubru/Ġunju 580 870 Klassijiet tas-Sajf Lulju/Settembru 650 920 Kandidati 1999 2000 Teorija Prattika Teorija Prattika Eżamijiet tal-London College of Music Thames Valley University 657 641 749 659 Numru ta' Kunċerti, Wirjiet u Attivitajiet oħra 1999 2000 Kunċerti 14 12 Wirjiet ta' l-Arti 13 5 Wirjiet tas-Snajja' 4 7 Spejjeż 1999 2000 Lm Lm Manutenzjoni u Restawr Mis-Soċjeta` 848 565 31.10.00) Sa issa sar xogħol ta' restawr fil-livell sotterran u xi xogħol ta' manutenzjoni f'partijiet oħra tal-Palazz. Dan ix-xogħol sar permezz ta' ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr (Ministeru ta' l-Ambjent), u għalhekk in-nefqa kienet biss ta' xiri ta' materjal.
Leg 9 PQ #21332 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

B'Buġia — Pitches

Question

Jista' l-Ministru, ġaladarba r-residenti ta' B'Buġia ġew sprovvisti mid-diversi pitches tal-football, jgħid jekk: (i) hux se jiġi kostruwit pitch tal-football; u (b) jekk fl-affermattiv, fejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Is-Segretarjat fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni huwa konxju li f'B'Bugia hemm nuqqas ta' football pitches. Fil-fatt diġa` bdew diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet konċernati sabiex jinsab sit adekwat biex jinbena football pitch.
Leg 9 PQ #21337 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jeżamina s-sitwazzjoni jew aħjar il-fatt illi t-tfal qegħdin ikunu mgħobbija b'wisq kotba u pitazzi? Jista' jsir studju sabiex dan l-istat ta' fatt jiġi amministrat b'mod illi t-tfal ma jkollhomx għalfejn iġorru l-biċċa l-kbira tal-kotba u pitazzi tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nurmu 20512. Kopja ta' dan l-istudju ser ngħaddiha wkoll lill-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #21062 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema f'Malta u f'Għawdex li fallew milli jattendu l-iskola matul ix-xahar ta' Ottubru? X'kienu r-raġunijiet għaliex fallew? Kemm kien hemm fuq sick leave u vacation leave jew għaliex kienu msiefra fuq xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informazzjoni dwar assenza ta' għalliema b'ċertifikat mediku ta' mard matul ix-xahar ta' Ottubru fl-iskejjel Primarji, Sekondarji, Junior Lyceum u Skejjel tas-Snajja' ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21224 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru li impjegat tax-Xandir (PBS) inqabad jikkommetti frodi għad-dannu tal-PBS minn fuq flus li kienu tħallsu għall-avviżi tal-mejtin? Jekk iva, x'passi dixxiplinari ttieħdu kontra dan l-impjegat? Jista' jgħid jekk il-passi dixxiplinari li ttieħdu humiex simili, iktar jew anqas għal dawk li ttieħdu kontra impjegata li allegatament għamlet xi mossa lejn cameraman tan-NET TV waqt attivita' politika? Fil-każ ta' din ta' l-aħħar, jista' l-Ministru jgħid meta se tidħol lura għax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li kien hemm xi każ ta' frodi għad-danni tal-PBS minn fuq flus li kienu tħallsu għal avviżi tal-mejtin u għalhekk il-kwistjoni ta' passi dixxiplinarji f'dan il-każ ma tapplikax. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija informat li l-proċess tal-każ għadu għaddej u għalhekk ma tista' tittieħed ebda deċiżjoni qabel ma l-Bord ta' l-Appell jiddelibera u jiddeċiedi fuq il-każ.
Leg 9 PQ #21273 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21183, jista' l-Ministru jgħid dawk il-membri ta' l-istaff li ġew mis-servizz pubbliku fejn kienu qabel dan l-appointment u kemm ilhom impjegati maċ-ċivil?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21275 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21183, jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat il-karozza għall-użu uffiċjali tas-segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'sar mill-karozza li kellu qabel u għalfejn ġiet mibdula?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-BMW li nxtrat għall-użu uffiċjali tas-Segretarju Parlamenari qamet Lm10,994. Informat ukoll li l-karozza li kellu qabel ġiet mgħoddija lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Inħass il-bżonn li din il-karozza tinbidel minħabba li ta' spiss kien ikollha ħsarat. Fil-fatt minn Ottubru 1998 sa' Lulju 2000 kellha tiddaħħal għat-tiswija 18-il darba. Kull darba li jiġri dan , is-Segretarjat kien qiegħed ikollu jiffaċċja spejjeż li kienu jinkludu il-manutenzjoni biex jissewwew dawn il-ħsarat kif ukoll għall-kiri ta' karozza oħra għall-użu tas-Segretarju Parlamentari sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa. Minħabba li l-magna ma kenitx tinsab f'kundizzjoni tajba kienet qiegħda tikkonsma kwantita` kbira ta' fuel.
Leg 9 PQ #21285 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti ta' l-Arti, Xjenzi u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 20868?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa din l-amministrazzjoni ma talbitx għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropeja in konnessjoni mal-proġett tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija. Informat ukoll li ntnefqu madwar Lm624,000 f'infieq kapitali u ftit anqas minn Lm55,000 f'infieq rikorrenti. L-infieq kapitali jinkludi x-xogħol ta' refurbishment li sar u li għadu għaddej fil-kumpless ta' Kordin, kif ukoll fi skejjel oħra inklużi dawk tal-Marsa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, il-Gżira fejn sar xogħol li jew hu relatat mat-tħejjija ta' studenti li wara jgħaddu biex jidħlu għall-kulleġġ jew inkella fuq iċ-ċaqliq ta' skola biex il-Kulleġġ seta' jiġi akkomodat f'Kordin. L-infieq rikorrenti sar fuq ħlas ta' staff u konsulenti neċessarju biex ix-xogħol seta' jsir.
Leg 9 PQ #21316 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub jirrikjedi ħafna xogħol ta' kompilazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20822 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mtarfa - Sir Temi Zammit

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-iskola Sir Temi Zammit, Mtarfa ma hemmx maintenance team, ġardinar u purtinara biżżejjed biex ilaħħqu mal-bżonnijiet taż-żamma ta' l-iskola? Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat dan il-bżonn sabiex din l-iskola jkollha u toffri ambjent aħjar għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sir Temi Żammit fl-Imtarfa hemm tlett purtinara 'under complement' u għalhekk saret talba lill-Management & Personnel Office biex toħroġ applikazzjoni għall-ingaġġ ta' Part Time Cleaners biex jintlew il-postijiet vakanti kollha fl-iskejjel statali. Informat ukoll li qegħdin nippruvaw insibu general hand fuq maintenance. Rigward ġardinar pero`, is-surmast jista' jitlob l-għajnuna tal-Gardeners' Unit fil-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura li jagħmel parti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #20976 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mtarfa - Irwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-problemi ta' l-irwejjaħ li qed jirriżultaw fl-iskola ta' Sir Temi Zammit, l-Imtarfa m'humiex kawżati mis-sistema tad-drenaġġ li hemm fl-iskola? Meta saru spezzjonijiet sabiex ikun assigurat li din is-sistema tad-drenaġġ mhux tikkawża dawn l-irwejjaħ ta' gassijiet f'din l-iskola? Fejn fil-fatt hija mqabbda s-sistema tad-drenaġġ ta' din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-awtoritajiet ta' l-iskola u uffiċjali mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li spezzjonaw il-bini u l-artijiet ta' madwar nhar il-Ħamis 9 ta' Novembru 2000, l-irwejjaħ li kienu jinxtammu fl-Iskola Sekondarja Sir Temi Żammit, Mtarfa ma kienux irwejjaħ li wieħed normalment jassoċja mad-drenaġġ iżda ma' dawk li s-soltu joħroġu mill-bokok tal-ventilazzjoni tal-Quality Mushrooms Farm li jinsab taħt l-imsemmija skola. Minn kopji ta' pjanti tal-post u minn informazzjoni minn ħaddiema tal-manutenzjoni fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, is-sistema tad-drenaġġ ta' l-imsemmija skola hija mqabbda mas-sistema pubblika ta' l-inħawi. Is-sitwazzjoni f'din l-iskola qgħeda tinżamm taħt attenzjoni kontinwa.
Leg 9 PQ #21236 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Marsa Trade School

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu lezzjonijiet ta' filgħaxija f'suġġetti tekniċi fl-iskola tas-subien tal-Marsa (ex-Dun Ġwann Mamo Trade School)? Jista' jgħid ukoll kemm hemm għalliema jgħallmu lil dawn l-istudenti? Jista' jgħid ukoll hemmx xi kordinaturi fuq dawn l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola tas-subien Dun Ġwann Mamo il-Marsa bħalissa hemm 95 student jattendu lezzjonijiet ta' filgħaxija. Hemm sitt għalliema jgħallmu lil dawn l-istudenti. Fuq dawn l-għalliema hemm ko-ordinatur wieħed.