Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numru 11221 u 11732?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar għaxar snin, it-Tarzna ta' Malta spiċċat is-sena bi profitt f'okkażjoni waħda u cioe fl-1989 meta rreġistrat qliegħ ta' Lm372,463.
Ta' min jinnota li fl-1990, il-qliegħ ta' Lm830,144 li għamlet it-Tarzna, irriżulta f'telf ta' Lm5,021,866 minħabba ħlas li l-azjenda kellha tagħmel in konnessjoni mal-vapur 'Princess Tanya'
Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex l-istreet lamp li hemm viċin il-kamra tan-nar tal-Każin San Ġużepp li tinsab ftit 'il bogħod mill-kappella ta' Wied Qirda f'Ħaż-Żebbuġ tiġi imsewwija?
X'inhi r-raġuni li minkejja t-talbiet diversi dwar din il-lampa din baqgħet ma ġietx mibdula?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi msaħħa s-sistema tad-dawl fi Triq Ta' Ġiorni, San Ġiljan speċjalment fin-naħa tal-Housing Estate?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li hemm ilmenti dwar il-provvista ta' l-elettriku fl-inħawi msemmija. Madankollu l-Korporazzjoni Enemalta ħadet l-intrigu sabiex tibni substation f'dawn l-inħawi sabiex il-livell tas-servizz jitjieb.
Jista' l-Ministru jgħid sarx studju mill-Gvern Malti dwar x'se jkun l-effett fuq il-prezzijiet tal-prodotti essenzjali bit-tneħħija tal-levies? Jekk sar, jista' l-Ministru jgħid x'fih ir-rapport kif ukoll ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx rapport f'dan is-sens, x'inhi r-raġuni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-levies huma taxxa fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti. Fl-avviż legali ppubblikat fis-16 ta' Lulju 1999, il-Gvern fisser kif u meta ser jitnehhew dawn il-levies minn fuq il-prodotti industrijali elenkati fid-dettal fl-istess avviż legali.
Ġa la darba mhux ser tidħol l-ebda taxxa minflok il-levies hekk kif dawn jispiċċaw; l-ispejjeż għall-importatur ser jonqsu bl-istess ammont tal-levy li titneħħa. Iżda r-roħs fil-prezz għall-konsumatur għandu jkun anki ikbar minn hekk. Dan minħabba l-fatt li kemm l-importaturi, kif ukoll il-wholesalers u r-retailers, jikkalkulaw il-prezzijiet tal-bejgh taghhom bħala perċentwali fuq l-ispejjeż kurrenti kollha tagħhom inkluż il-levy. Barra minn hekk, anki l-VAT tinħadem bħala perċentwali fuq il-prezz globali tal-oġġett, inkluż ukoll fuq il-levy imħallsa fl-istadju tal-importazzjoni.
Għalhekk wieħed leġitimament jistenna li, mat-tneħħija tal-levies, il-prezzijiet għall-konsumatur tal-oġġetti affettwati, għandhom jonqsu b'ammont ekwivalenti għal: (i) il-levy oriġinali + (ii) il-marġini ta' profitti fuq l-ammont tal-levy + (iii) il-VAT dovut fuq l-ammont tal-levy miżjud mal-marġini ta' profitt fuq dak l-ammont.
Sabiex wieħed ikompli jiċċara is-suġġett, wieħed irid isemmi li dawk il-prodotti li ser jitneħħewlhom il-levies inqasmu fi tlett kategoriji:
(a) Hemm grupp ta' prodotti li l-levies fuqhom diġa tneħħew mill-1 ta'
Ottubru 1999. Iżda dawn jinkludu prinċipalment oġġetti li fuqhom
kienet qiegħda tingħata sikwit eżenzjoni mill-levy. Għalhekk ir-roħs
effettiv għall-konsumatur, fuq din l-ewwel kategorija ta' prodotti, ser ikun pjuttost limitat.
(b) It-tieni grupp ta' prodotti huma dawk li ser jitneħħew il-levies
fuqhom kompletament fl-1 ta' Jannar 2000. Dawn il-prodotti jinkludu diversi oġġetti ta' konsum ta' kuljum bħal; sapun, trab u likwidu għall-ħasil tal-ħwejjeġ, toilet paper, qomos, kalzetti u żraben. Fuq dawn il-prodotti, ir-roħs għall-konsumatur għandu jkun wieħed sostanzjali hekk kif diġa joħroġ mill-lista, parzjali iżda indikattiva, li poġġejt fuq il-mejda tal-kamra dak in-nhar tad-dibattitu dwar il-levies.
(c) Fil-każ tat-tielet kategorija ta' prodotti, il-levies ser jitnehhew
minn fuqhom fuq firxa ta' żmien (iktar preċiżament mill-1 ta' Jannar 2001 sa 1 ta' Jannar 2003). Iktar viċin tad-data meta effettivament jitnaqqsu il-levies fuq dawn il-prodotti, nippubblikaw listi indikattivi li juru r-roħs previst għall-konsumatur.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isir urġentement manutenzjoni fil-ġibjun ta' l-ilma li hemm fi Triq Bertha K.Ilg, Ta'Ġiorni peress li minnu ħiereġ ilma x'aktarx kontaminat bi drenaġġ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma spezzjonat din il-ġiebja ta' l-ilma tax-xita u rriżulta li qed jiffiltraw traċċi ta' drenaġġ. Il-Ministeru ta' l-Ambjent ġie nfurmat sabiex il-ħsara li hemm fis-sistema tad-drenaġġ tissewwa. Wara li din il-ħsra tissewwa, il-Korporazzjoni ser tieħu ħsieb li din il-ġiebja titbattal u jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni meħtieġ.
In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 5147, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati mas-soċjeta' Air Malta Co Limited? F'liema gradi huma fis-sena 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sal-31 ta' Ottubru 1999 il-linja nazzjonali ta' l-ajru kellha fuq il-kotba tagħha 1659 ħaddiem imqassmin kif ġej
Maniġerjali u Eżekuttivi 194
Klerikali 523
Industrijali 365
Engineering 50
Tekniċi 92
Industrijali (Engineering) 17
Cockpit Crew 172
Cabin Crew 238
Despatchers 8
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati mal-VAT Department li iżda ddeċidew li ma jidħlux fis-sistema tal-VAT għaliex jaqgħu taħt it-threshold skond il-liġi? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tagħhom skond is-settur li joperaw fih?
Response (BONNICI, JOSEF)
In vista tal-fatt li d-Dipartiment tal-V.A.T. ma jiffurmawx parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Wara li l-gvern issa ħajjar numru sostanzjali ta' ħaddiema tal-Kalaxlokk biex jitilqu l-impjieg tagħhom, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal biex ikun hemm privatizzazzjoni ta' din il-kumpannija? Kemm saru laqgħat dwar dan u ma' min? X'kondizzjonijiet ġew miftehma s'issa jekk dan hu l-każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Wara li ttieħed l-ewwel pass li jista' lwassal għall-vijabilita tal-Kalaxlokk permezz ta' skema ta' irtirar mill-impjieg bi ftehim mal-GWU, il-Gvern żamm numru ta' laqgħat mal-kumpanija NOVITA dwar il-bejgħ tal-kumpanija Kalaxlokk u oħra li joħorġu mill-ftehim tas-7 ta' Novembru, 1994, u mit-twettiq tal-kuntratt tal-bini tat-Terminal II tal-Freeport.
Fl-istess waqt il-Kalaxlokk u l-Mimcol qed iżommu laqgħat mal-GWU dwar ir-reviżjoni tal-ftehim kollettiv.
L-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet għandu jifluwixxi fuq l-eżitu tad-diskussjonijiet man-NOVITA u mal-vijabilita 'long term' tal-
Kalaxlokk.
Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura qegħda tintuża fl-MIA (Malta International Airport) biex is-sick leave jiġi konvertit għal special sick leave? Din il-proċedura qegħda tiġi applikata f'kull każ jiġifieri bħalma ġiet applikta fil-każ tal-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li skond Klawsola 18 tal-Ftehim Kollettiv 'f'każ ta' sptar jew mard fit-tul li jkun ċertifikat mit-tabib tal-Kumpanija bħala mard ta' natura serja. meta l-impjegat ikun spiċċalu l-'leave' għal mard b'paga sħiħa għal dik is-sena, ikuin intitolat għal 'leave' għal mard addizzjonali li jkun ekwivalenti għal wieħed u nofs tal-'leave' għal mard b'paga sħiħs li ma jkunx utilizza fis-sentejn ta' qabel'.
Il-każ li għalih qed issir riferenza huwa wieħed li jimmerita kunsiderazzjoni speċjali u għalhekk ġiet applikata din il-klawsola fil-konfront tal-ħaddiem ikkonċernat. Minn Settembru tal-1998 'l hawn ma kien hemm ebda każ ieħor bħal ta' dan il-ħaddiem. Jekk ikun il-każ, l-M.I.A. mhux ser toqgħod lura milli tapplika l-istess kunsiderazzjoni kif għamlet f'dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' mistiednin għar-riċeviment fl-okkażjoni ta' l-inawgurazzjoni ta' Terminal 2 tal-Freeport li sar fil-Barrakka ta' Fuq fit-2 ta' Ottubru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid min ipprovda l-ikel u xorb f'din l-okkażjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa dan ir-riċeviment?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux offerti jew intalbux kwotazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Freeport ġewx mistiedna għal dan ir-riċeviment u jekk ma ġewx mistiedna x'inhi r-raġuni?
Fil-fatt min kienu l-mistiednin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li n-numru ta` mistednin ghar-riceviment li ghalih qed issir riferenza kien ta` 1,500 li minnhom 460 kienu barranin. L-ikel u x-xorb gie pprovdut minn hames caterers differenti. Dan ir-riceviment gie jiswa Lm9 ghal kull ras. Ma nhargux offerti peress li l-ispiza individwali ta` kull caterer ma kenitx teccedi l-limitu stabbilit mill-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija.
Ghal dan ir-riceviment il-mistednin kienu jinkludu membri tal-Gvern, membri ta` l-Oppozizzjoni, membri tal-Korp Diplomatiku, Kapijiet ta` Dipartimenti, persuni li ghandhom konnessjoni mal-Freeport, klijenti tal-Kumpanija, rapprezentanti taghhom, rapprezentanti tal-haddiema u ufficjali tal-ghaqdiet tal-haddiema rapprezentattivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie stampat materjal pubbliċitarju u ta' informazzjoni mill-Freeport Corporation fl-okkażjoni ta' l-Inawgurazzjoni ta' Terminal 2? Jista' l-Ministru jgħid jgħid: (a) ħarġux offerti jew intalbux kwotazzjonijiet għal dan l-istampar; (b) kemm ġie jiswa l-istampar; (ċ) min għamel ix-xogħol ta' l-istampar; u (d) kemm il-kwalita' differenti ta' materjal ġie stampat u f'kull każ kemm kien l-ammont stampat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma gie stampat ebda materjal pubblicitarju mill-Korporazzjoni tal-Freeport fl-okkazjoni ta` l-inawgurazzjoni ta` Terminal Two.
Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mal-pajjiżi membri tal-UE bħal fil-każ ta' l-importazzjoni taz-zokkor u dan minħabba l-Integrated Tariff of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq il-prodott importat?
Kemm fil-fatt hija levy/tariffa li jħallas il-poplu Taljan u ċioe' Sqallija wkoll?
Jista' l-Ministru jgħid x'effett dan se jkollu fuq il-poplu u l-industrija lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Shubija fl-Unjoni Ewropeja tipprovdi access akbar ghall-prodotti tal-biedja u sajd kif ukoll ghal dawk ta` l-agroindustrija. Dan ifisser li jkun hemm skop ta` espansjoni ta` esportazzjoni fis-suq Ewropew tal-prodotti taghna li sa issa ghandhom access limitat hafna f`dan is-suq.
Naturalment wiehed irid ukoll japplika il-Community Integrated Tariff ta` l-Unjoni Ewropeja meta Malta ssir membru shih. Din il-materja qed tigi mistharrga u f`dan l-istadju ghadu kmieni wisq biex wiehed ikun aktar definit. Li nista` nghid hu li dawk il-pajjizi li dahlu fl-Unjoni Ewropeja qed jibbenefikaw mill-programmi li jolqtu s-settur agrikolu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Maltacom qed tgħid li hemm sebgħa (7) Customer Service Officers żejda fid-Dipartiment tal-Customer Service Unit meta xorta qed issir ruxxamata overtime fl-uffiċini tal-kumpanniji fil-Belt Valletta, Ħal Luqa u Tas-Sliema u dan jkun imniżżel fuq ir-roster?
Għaliex dawn ma jintbagħtux jaħdmu f'dan l-uffiċċju u/jew fit-taqsima tat-telefonati internazzjonali fejn hemm ħames (5) operaturi nieqsa?
X'inhi r-raġuni li l-Customer Service Officers u assistenti fid-Dar Ċentrali tneħħilhom ix-shift u ġew jaħdmu bil-ġuranta?
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Xogħol nutarili
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8576, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji intużaw biex intgħażlu n-nutara msemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-kaz tat-Tarzna ta` Malta, l-Air Malta, il-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta u l-Korporazzjoni Enemalta, intuzaw l-istess kriterji li dawn l-azjendi wzaw fil-passat. In-nutar li uzat il-Maltacom tokkupa l-kariga ta` Assistant General Manager (Legal Affairs) fl-istess Kumpanija u li kellha l-kwalifiki u r-rekwiziti kollha biex taghmel dan ix-xoghol. Id-Divizjoni ta` l-Ippjanar Ekonomiku wzat is-servizzi tan-Nutar tal-Gvern kif hija l-prattika fejn jidhlu Dipartimenti tal-Gvern.
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali li tuża bħala kompożizzjoni l-ħalib tat-trab se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent ma tezisti l-ebda skema fejn il-Gvern ihallas sussidju fuq l-importazzjoni tat-trab tal-halib.
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali tal-ħobż se titlef sussidju fuq l-importazzjoni tal-qamħ u dqiq, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju l-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-importazzjoni kollha tal-qamh f`Malta ssir permezz tal-Medigrain, kumpanija li fiha l-Gvern ghandu l-maggoranza ta` l-ishma. Il-Medigrain thaddem skema mahsuba sabiex il-prezz li bih jinbiegh il-qamh f`Malta jibqa` wiehed stabbli. Dan fil-prattika jimplika sussidju fuq l-importazzjoni tal-qamh li jintuza sabiex jinhadem fi dqiq. Fl-istess waqt, bhalissa, tezisti levy fuq l-importazzjoni tad-dqiq.
Mad-dhul ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja, il-levy fuq l-importazzjoni tad-dqiq trid tispicca. Min-naha l-ohra, il-pozizzjoni tal-Medigrain u ta` l-operat taghha ghadu qed jigi studjat.
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali li tagħmel użu mit-trab tal-bajd u prodotti oħra simili se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti u prodotti oħra mportati magħmula minnhom, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent ma tezisti l-ebda skema fejn il-Gvern ihallas sussidju fuq l-importazzjoni tat-trab tal-bajd.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-azzjoni industrijali sabiex ħaddiema ma jirrispondux it-telephone ordnat mill-GWU fil-Korporazzjoni Enemalta kienet għada effettiva nhar is-Sibt 27 ta' Novembru, il-Ħadd 28 ta' Novembru, it-Tnejn 29 ta' Novembru u t-Tlieta 30 ta' Novembru?
Jaf il-Ministru li f'dawn il-ġranet il-maltemp qawwi diversi residenti sfaw mingħajr dawl elettriku b'detriment qawwi fuq kull min kien jenħtieġ is-servizz tad-dawl?
Il-GWU kienet aware ta' din is-sitwazzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-azzjonijiet industrijali ordnati mill-General Workers` Union lill-membri taghha gewwa l-Enemalta bdew fit-18 ta` Novembru li ghadda u gew sospizi b`sehh mill-1 ta` Dicembru, u ghaldaqstant fil-granet li ghalihom qed issir riferenza kienu ghadhom fis-sehh.
Nahseb mhux biss jien, izda kull persuna li tghix f`dawn il-gzejjer, kienet konxja li l-maltemp li hakem lill-pajjizna f`dawk il-granet ikkawza hsara fis-sistema elettrika li kienet ta` detriment qawwi ghal dawk kollha milquta.