Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1092 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat, kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċjali li qiegħed nuża hija l-istess karozza uffiċjali li kienet tintuża qabel mill-istess Ministeru u qed tintuża skont l-istess proċeduri li hemm bħalissa u li dejjem ġew segwiti mill-uffiċċju tal-Ministru għas-saħħa preċedenti.
Leg 12 PQ #1421 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Membri tal-Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1422 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1424 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — użu tal-kompjuter mill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri fis-segretarjat tiegħu li jafu jagħmlu użu mill-kompjuter? Jista’ jinforma lill-Kamra x’kariga jokkupaw l-istess persuni fi ħdan is-segretarjat tiegħu li ma jafux jużaw il-kompjuter?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull persuna li hemm fis-segretarjat privat hija kapaċi tuża l-kompjuter.
Leg 12 PQ #1425 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — użu tal-kompjuter mill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li membri tas-segretarjat tiegħu ġabu impjegati mill-Isptar Mater Dei fil-Ministeru sabiex jgħinuhom jużaw il-kompjuter minħabba li xi staff tas-segretarjat ma jafux jagħmlu użu tajjeb minn din it-teknololoġija li llum titqies bħala għodda essenzjali fil-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċċju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsabfit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1424
Leg 12 PQ #1968 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Laqgħat ma’ Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1724 u jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika wkoll x’ġie diskuss?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi kelli laqgħat mal-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti tal-Amerika, mal-Ambaxxatur Ċiniż u wkoll mal-Kummissarju Għoli Ingliż. Fil-laqgħat imsemmija ġew diskussa materji ta’ importanza bilaterali li huma relatati mal-qasam tas-saħħa fost oħrajn.
Leg 12 PQ #2169 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Out patients — persuni Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1898 u jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li kellhom appuntamenti l-out patients l-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar sitt xhur u għal liema servizz u jgħid kemm kien hemm appuntamenti li tħassru u ta' liema servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2170 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — persuni trasportati mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex bil-helicopter

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1896 u jgħid kemm kien hemm persuni li ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet xhur, jagħti l-età tal-persuna u r-raġuni għaliex ittieħdet l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tlett xhur kien hemm 4 trasferimenti ta’ pazjenti mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-Isptar Mater Dei bil-helikopter. L-etajiet ivarjaw minn tarbija ta’ ġurnata sa anzjan ta’ 70 sena. Ir-raġunijiet kienu varji u t-tabella t’hawn taħt tispjega dawn id-dettalji: Raġuni għat-trasferiment bil-helikopter mill-Isptar t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei Data Eta/snin Raġuni 07/02/2013 3 Kumplikazzjoni respiratorja ( respiratory distress ) 12/02/2013 56 Mard tal–kliewi akut ( acute renal failure ) 19/03/2013 70 Emorraġija fil–moħħ ( subdural haemorrhage ) 05/04/2013 1 (ġurnata) Mard tal–qalb konġenitali ( congenital heart disease )
Leg 12 PQ #2290 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — transfers

Question

B`referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 91, jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx bagħat emails jew xi forma oħra ta' korrispondenza lill-management tal-Isptar Mater Dei, fejn ta struzzjonijiet sabiex impjegati f'diversi gradi, kif ukoll ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur, jiġu ttrasferiti minn post għal ieħor? Jekk iva, jista' jgħid min kienu l-impjegati, il-grad tagħhom u minn fejn għal fejn ġew trasferiti? Għalfejn ħass il-ħtieġa li jintervjeni b'dan il-mod ladarba dan huwa x-xogħol proprju tal-management tal-istess sptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qatt ma bgħatt emails jew forma oħra ta’ korrispondenza lill-management tal-Isptar Mater Dei kif indikat fil-mistoqsija parlamentari.
Leg 12 PQ #2291 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – transfer policy

Question

B`referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 90, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-transfer policy li qed tiġi użata mid-Dipartiment tas-Saħħa fil-preżent? Jikkonferma li t-transfers li qed isiru qed jaderixxu ma’ din il-policy?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-transfers policy kienet ġiet approvata mill-Ministry Managment Board, fl-amministrazzjoni preċedenti. Il- Managment hija fid-deskrizzjoni tiegħu li jagħmel ‘ development’ skont l-esiġenza tas-servizz.
Leg 12 PQ #2292 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement Supplies Unit u d-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

B`referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 77 u 92, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jitħejjew xi pjanijiet sabiex id-Dipartimenti tal-Central Procurement Supplies Unit (CPSU) u l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jiġu amalgamati, peress li mir-risposti jidher li hemm diversi funzjonijiet li huma duplikati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-funzjoni tad-Dipartiment tal-POYC huwa totalment distint minn dak tas-CPSU. Filwaqt li l-POYC huwa responsabbli għat-tqassim tal-mediċini fil 213 spiżerija fil-Komunita’ madwar Malta u Għawdex kollha, bil-għan lis-servizz tat-tqassim ta’ mediċini għal dawk li huma ntitolati għal-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern jersaq kemm jista’ jkun qrib lejn il-pazjent. B’hekk il’ fuq minn il- 109,000 pazjent illum qed jibbenefikaw minn servizz aktar f’waqtu u personaliżżat f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pariri u informazzjoni fuq il-mediċini tagħhom minn dak li kienu jirċievu mill-ispizeriji distrettwali u miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gvern. Barraminnhekk, il-POYC huwa ukoll responsabbli mill-ippakkjar ta’ mediċini lis-CPSU tixri fl-bulk packaging sabiex dawn ikunu jistgħu jitqassmu lil kull pazjent individwali skond il-ħtieġa. Il-POYC mhux responsabbli għat-tqassim tal-istokk farmaċewtiku fl-isptarijiet u l-anqas għax-xiri tal-istokk farmaċewtiku.
Leg 12 PQ #2293 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-saħħa — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew f`kull ċentru tas-saħħa matul ix-xhur Jannar, Frar, Marzu u April 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2294 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba — postgraduate courses

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw dawn it-tobba, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2295 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera — postgraduate courses

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' infermiera li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw dawn l-individwi, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li tali informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 2295 ma tinżammx. Għaldaqshekk qed isir eżerċizzju biex tinġabar din l-informazzjoni mill-entitatjiet kollha tas-Saħħa u risposta sħiħa tinghata f’seduta oħra
Leg 12 PQ #1881 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Cutrico House — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qed inaddaf l-uffiċini tal-health inspectors madwar Malta peress li jidher li m’hemmx min inaddaf? Jekk mhux qegħdin ikunu mnaddfa, jista’ jgħid għaliex? Jista’ l-Ministru jgħid min qed inaddaf Cutrico House ġewwa Santa Venera, u kif ġie magħżul? Kemm huwa l-ħlas? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi kuntratt għat-tindif, min hu l-kuntrattur, u min ħa din id-deċiżjoni? Meta jiskadi dan il-kuntratt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-uffiċini tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jiġu mnaddfa minn ħaddiema tat-Taqsima tal-Manutenzjoni fi ħdan l-istess Direttorat u bħalissa hemm persuna waħda li hija assenjata sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Il-persuna reponsabbli li jagħmel dan it-tindif fl-uffiċċini tagħmel dan fuq bażi regolari permezz ta’ roster imadawwar mal-uffiċċini kollha ancillari, izda billi hemm persuna waħda, dan isir f’perjodi relativament twal, izda kull uffiċċju għandu numru ta’ ħaddiema fi gradi ta’ General Hand li huma obbligati jagħmlu t-tindif ta’ kuljum. L-uffiċini tad-Direttorat f’Cutrico House jiġu mnaddfa mill-kuntrattur privat Gafa Saveway Cleaners Ltd. Dan intgħażel permezz ta’ sejħa għall-offerti konġunta bejn id-Direttorati diversi fi ħdan il- Ministeru. Il-prezz ghal kull cleaner huwa ta’ €5.84 fis-siegħa. Il- kuntratt jiskadi fit-13 t’Awwissu, 2013.
Leg 12 PQ #1899 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dentistrija — lista ta' stennija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1326 u jgħid x’inhi l-waiting list taċ-checkups fid-Dipartiment tad-Dentistrija u kif se tiġi indirizzata? Barra minn dan, jista' jgħid x'servizzi jingħataw minn dan id-Dipartiment? Jista’ jgħid x'inhi r-raġuni li l-appuntamenti li qed jingħataw għal check up huma għal Settembru 2014? Jista’ jgħid min huwa l-persuna responsabbli minn dan id-Dipartiment u x'azzjonijiet qed jieħu biex jirranġa s-sitwazzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa weġibt għal mistoqsija parlamentari 1515, jirriżulta li ma kienu ttieħdu l-ebda passi mill-gvern preċedenti biex is-sitwazzjoni ta’ stennija twila tiġi evitata u huwa għalhekk li bħalissa hemm waiting list tali li qed jingħataw appuntamenti għal Ottubru 2014. Mid-Dipartiment jingħataw dawn is-servizzi: A. Kura ta’ Emerġenza: Li primarjament tinkludi qlugħ ta’ snien jew tneħija ta’ ugieħ; B. Check up ma’ dentista; C. Konsulta ma’ konsulent; D. Kirugija tal-ħalq; E. Kura Preventiva: li tinkludi edukazjoni fil-kura tas-snien u tneħija tal-ġebla kif ukoll pevenzjoni u kura tal-mard tal-ħanek. F. Kura Restorativa: Kull min għandu karta roża u tfal sa sittax-il sena huma eliġibbli, din il-kura tinkludi, kura u mili ta’ snien, root canal treatment, prosthetics (dentaturi) kif ukoll kura tal-mard tal-ħanek. Sevizz limitat ta din il-kura huwa offrut bil-loppju ġenerali lil-dawk il jsofru min xi disabilita fisika serja jew mentali. Dan is-servizz huwa mogħti b’diskrezjoni tal-konsulent/i. G. Orthodontics (kura bil braces): Adulti u tfal sa sittax il- sena huma intitolati għall- konsulta u parir għall- braces. Tfal sa sittax il-sena huma eligibbli għall- braces skond il-protocols stabiliti mid-dipartiment. Il-persuna responsabbli minn dan id-Dipartiment huwa ċ-Chair ta’ din il-professjoni. Biex titranġa s-sitwazzjoni ġie mifthiem li dawk tal-kartuna r-roża u tfal għal trattament ta’ wara ċ-check ups, iridu jiġu kkurati mid-dipartiment tas-saħħa u jingħataw vantaġġ, bil-kontra ta’ dawk li m’għandhomx dan l-avvanz.. Barra minn hekk, il-Ministeru għamel sejħa biex jimtlew ir-riżenji li saru dan l-aħħar u se jingaġġa 6 dentisti ġodda li se jilħqu f’Lulju li ġej. B’hekk il-waiting list fiċ-check ups li tmur lura aktar minn sentejn, jiġu proċessati aktar malajr.
Leg 12 PQ #1900 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-ENT — basic specialist trainee

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1328 u jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn l-Ear, Nose, Throat Department (ENT) spiċċa mingħajr basic specialist trainee?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sezzjoni tal-ENT fl-Isptar Mater Dei kien ilha titlob biex ikollha tobba barranin fil-grad ta’ Basic Surgery Trainees u Senior Registrars għal aktar minn sena u nofs. L-amministrazzjoni tal-isptar bdiet taħdem fuqha minn Awwissu tas-sena li għaddiet, izda l-ex-Ministru Joe Cassar qatt ma ta l-attenzjoni meħtiega biex tinħareg is-sejħa pubblika ħalli jkunu ngaġġati dawn it-tobba barranin. Hekk kif sirt naf, tajt struzzjonijiet permezz taċ-Chief Medical Officer, biex il-Public Service Commission (PSC) toħrog is-sejħa ħalli jiġu ngaġġati dawn it-tobba barranin. Minkejja dan, is-servizz tal-emerġenza tal-ENT xorta waħda qiegħed jingħata minn tobba tal-Foundation Year 2 taħt is-superviżjoni ta’ Higher Surgical Trainess u Senior Registrars. Dan kellu jsir minħabba li l-compliment tat-tobba ma kienx imħares sew mill-gvern preċedenti u għalhekk is-sitwazzjoni bħalissa hija waħda fejn fis-sezzjoni tal-l-ENT m’hemmx biżżejjed tobba tal-grad ta’ HST. Li kieku dawk eżistenti bħalissa kellhom jintużaw għas-servizz tal-emerġenza tal-ENT, l-istennija tal-pazjenti ( waiting list ) fis-servizz tal-ENT kienet titwal.
Leg 12 PQ #1976 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa Mentali — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jintefqu flus fuq servizzi fil-komunità u kemm qed jintefqu flus fuq servizzi residenzjali fil-qasam tas-saħħa mentali? Kemm tiġi tiswa sodda fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1979 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — balzmatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bniedem mejjet li jkun fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei ikollu bżonn balzmatura (embalming) iridux iħallsu għaliha l-qraba? Jekk iva, kemm hi ċ-charge tingħatax irċevuta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura tal-ibbalżmar tal-katavri minn dejjem kienet proċedura privata u għalhekk trid tiġi mħallsa mill-qraba tal-persuna mejta. Għalhekk l-amministrazzjoni tal-kamra mortwarja ta' Mater Dei m'għandiex informazzjoni dwar ħlas tal-ibbalżmatura.
Leg 12 PQ #1981 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa Mentali — Servizzi ta’ Matul il-Jum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li jsir fis-Servizzi ta’ Matul il-Jum għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Fejn huma allokati dawn iċ-ċentri? X’għandu jagħmel wieħed biex japplika sabiex ikun klijent ta’ dawn iċ-ċentri? Hemm il-ħsieb li jitwaqqfu aktar ċentri għal benefiċċju ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u l-familji tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-għan taċ-Ċentru ta’ matul il-ġurnata fil-komunità huwa li jassisti fil-proċess ta’ rijabilitazzjoni ta’ individwi li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali. Issir evalwazzjoni sabiex jiġu identifikati oqsma problematiċi u l-aspettativi kemm tal-persuna li se tibda tuża s-servizz, kif ukoll ta’ dawk li jieħdu ħsiebha. Jiġi pjanat programm individwalizzat skont l-għanijiet li jirriżultaw mill-proċess tal-evalwazzjoni. Il-persuni li jużaw dawn is-servizzi, b`inkuraġġiment u motivazzjoni, jerġgħu jiġu kapaċi jinvolvu rwieħhom u jidħlu fir-rwoli li kienu sinifikanti għalihom u jerġgħu jiksbu l-ħiliet meħtieġa sabiex jiffunzjonaw fil-ħajja ta` kuljum tagħhom. Isir ukoll taħriġ pre-vokazzjonali u professjonali eżempju kif tikteb Curriculum Vitae, kif iġġib ruħek waqt intervista tax-xogħol eċċ. Hemm ħames Ċentri ta` Matul il-Jum: f’Ħal-Qormi, Raħal Ġdid, Bormla, Żejtun u Furjana. Dawn iċ-ċentri li jinsabu f`dawn il-lokalitajiet jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30am sas-2.30pm. Dawn is-servizzi jipprovdu kura speċjalizzata u għalhekk biex tattendi f`dawn ic-centri jeħtieġ li tkun referut mingħand il-psikjatra. Bħalissa il-funzjoni ta’ dan is-servizz qed ikun rivedut bil-għan li jiġi żviluppat pjan ta’ kif se jiġu estiżi dawn is-servizz, fid-dawl tal-operat li qed ikun imħejji permezz tal-Mental Health Act.