Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kors tad-Diploma Nursing — sponsorship ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li bħalissa qed tagħmel kors ta' Diploma (Nursing) tiġi sponsored għal aktar żmien fil-kors tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna involuta kienet ingħatat il-faċilità li tieqaf mix-xogħol minn fejn kienet taħdem biex tagħmel il-kors li twassal għal Diploma fin-Nursing. Mhix il-prattika li sponsorship bħal dan jiġi estiż aktar minn kemm hu twil il-kors.

postijiet tal-gvern

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3307, fil-każ tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li dan il-post jinsab vojt minħabba li l-anzjani jinsabu ġo home, tista' l-Ministru tara hux possibli li dan il-post jiġi allokat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi tgħati s-setgħa lis-sid biex jieħu lura dawk il-postijiet li jkunu battala. Il-Policy li tħaddan l-Awtorità tad-Djar fil-preżent hija li ma titlobx lill-inkwilni li għandhom post mikri mill-Gvern sabiex jiddepożitaw iċ-ċwievet ta’ dawn il-postijiet sakemm huma jkunu residenti ġo dar tal-Anzjani. Din il-Policy qed tkun riveduta.

Djar tal-Anzjani — lista ta' stennija

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 3594 u 3195 u tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija Parlamentari numru 3799 f’seduta 53.

Akkomodazzjoni Soċjali – djar u available units

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn djar kif ukoll available units t’appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorità tad-Djar, f’Malta għandha 17-il-post vakanti:- § tnejn huma djar; § waħda hija “maisonette”; u § 14 huma appartamenti. F’Għawdex, l-Awtorità ghandha 15-il post vakanti li minnhom:- § waħda hija dar; § tlieta huma “maisonettes”; u § 11 huma appartamenti.

Djar tal-Anzjani ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanati aktar djar jew djar ġodda għall-anzjani fil-komunitajiet tal-Belt Valletta, il-Ħamrun u l-Marsa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ħareġ sejħa għall-operaturi fis-settur privat li huma nteressati biex jipprovdu faċilitajiet għal-kura fit-tul. Bħalissa għaddej il-proċess ta' evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista' il-Ministru tara' li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Bord mediku – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma għaddiex mill-bord mediku meta l-kundizzjoni li għandu hi waħda kronika?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid tistax issir spezzjoni fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li l-inkwilini qed jilmentaw li ma' kull xita jegħrqu u l-post perikoluż?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-persuna kkonċernata mhumiex korretti għalhekk l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa.

Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhux tieħu allowance ta' binha? X'tista' tagħmel biex tibbenifika jekk hi eliġibbli?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Għajnuna tal-Mard — każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhux tieħu għajnuna tal-mard minkejja li għandha mard kroniku u minkejja li mid-dħul tagħha ta' €135.54 fil-ġimgħa tħallas €100 fix-xahar bħala manteniment?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żvilupp sabiex isir ħlas lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan wara li lestew kull xogħol u ppreżentaw l-irċevuti fiskali għall-applikazzjoni SM 7/2012?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet li ġejjin l-applikent imsemmi ser jirċevi appuntament sabiex issir spezzjoni fil-post tar-residenza tiegħu sabiex jiġu kkonfermati x-xogħlijiet li saru u b’hekk ikun jista’ jsir il-ħlas relatat.

Pensjoni SHP — każ ta’ individwu

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex twaqqfet il-pensjoni SHP liż-żagħżugħ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri tas-segretarjat

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tagħha, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom, kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 544, 545 u 1613. Rigward il-mistoqsija dwar l-allowance kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lis-segretarjat fi hdan il-Ministeru; din l-informazzjoni tista tinstab fl-‘Engagement of Staff for Minister’s Secretariats’. Dan tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fil-15 ta’ April 2013 f’seduta 7.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — inventarju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv tista' tgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, tista' tgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-ħatra tiegħi fil-Ministeru kien hemm inventarju eżistenti. Qabel il-ħatra tal-Ministru fit-28 ta' Frar 2013, l-inventarju ġie ċċekjat u mal-ħatra tal-Ministru fit-8 ta' Marzu, fit-18 ta' Marzu, l-istess inventarju ġie ċċekkjat. Ġie kkonfermat li ma kien hemm l-ebda nuqqasijiet fl-inventarju.

Grupp ta' Ħidma dwar il-Pensjonijiet — rapporti fuq ir-rakkomandazzjonijiet

Question

Peress li l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Pensjonijiet kien lesta r-rapport finali tiegħu wara konsultazzjoni twila mal-istakeholders kollha, u peress li dan ir-rapport kien fih numru ta' rakkomandazzjonijiet, u peress li fuq numru ta' rakkomandazzjonijiet fejn kien hemm qbil bejn kulħadd bdew jiġu attwati u fuq oħrajn kompliet għaddejja l-konsultazzjoni, tista' l-Ministru tgħid kif dan il-Gvern beħsiebu jimxi fuq din il-materja tal-pensjonijiet u jekk hix beħsiebha timxi fuq dan ir-rapport finali tal-Grupp ta' Ħidma?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — servizz ta' konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jagħmel użu mis-servizzi bħala konsulenti fuq bażi ta’ self employed ta’ ex-ħaddiema tal-Air Malta li kienu għażlu li jieħdu l-voluntary retirement scheme? Jekk iva, min huma, x’xogħol qed jintalbu jagħmlu u x’rati ta’ pagament qed jitolbu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandniex ex ħaddiema tal-Air Malta li kienu għazlu li jieħdu l-voluntary retirement scheme jaħdmu il-Ministeru.

Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi mill-1998

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – servizz fil-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid f’liema kunsilli lokali sal-aħħar ta' Frar 2012 kien qed jingħata s-servizz mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lir-residenti ta' dawk il-lokalitajiet? Tista' tagħti l-ġranet u ħinijiet fil-każ ta' kull kunsill fejn kien qed jingħata dan is-servizz? Tista' tikkonferma li dan is-servizz se jibqa' jingħata? Hemm il-ħsieb li dan jiġi estiż f'lokalitajiet oħra? Jekk iva, meta u f’liema lokalitajiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku servizz li kien jingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sa l-aħħar ta’ Frar 2012 minn Kunsilli Lokali kien minn dak tal-Gudja. Is-servizz minn dan il-Kunsill kien u għadu jingħata kull nhar ta’ Erbgħa bejn it-8.00a.m. u 12.00p.m., u ma hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf. Dan is-servizz bażiku ta’ customer care qed jingħata ukoll minn seba’ kunsilli lokali oħra, ħamsa f’Malta (Ħ’Attard, il-Għargħur, il-Mellieħa, Pembroke u San Pawl il-Baħar,) u tnejn f’Għawdex (Għarb u Xgħajra). Inżid ukoll li d-Dipartiment laqa’ żewġ talbiet mill-kunsilli lokali ta’ Ħal Safi u s-Sannat Għawdex u s-servizz minn dawn iż-żewġ lokalitajiet mistenni jibda jingħata mill-ġimgħat li ġejjin.

Skema 'Kun Sid Darek'

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jinħarġu għal bejgħ il-flats li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament, skont l-iskema Kun Sid Darek?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-propjeta hawn fuq imsmmija tinsab għal bejgħ u f'każ li l-kerrejja konoxxuti huma nteressati li jixtru, huma mitluba li jiġu l-customer care tal-Awtorità tad-Djar sabiex japplikaw.

Paternal leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk missier mhux miżżewweġ hux intitolat għall-paternal leave meta l-partner tiegħu jkollha tarbija? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'jista' isir jekk dan jiġi miċħud lill-impjegat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali talbiet jiġu kkunsidrati skont il-linji gwida tal-Public Service Management Code meta magħmula minn uffiċċjali pubbliċi li huma fir-responsabbiltà ta’ dan id-dekasteru. F’każ ta’ kjarifka din tintalab lill-Employee Relations Management Directorate fl-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika skont il-ħtieġa.