B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13426, jista’ l-Ministru jagħti l-pagi, il-benefiċċji u l-perkaċċi tal-iskali u l-gradi tal-impjegati kollha li jaħdmu fil-Public Broadcasting Services skont kif speċifikat fil-ftehim kollettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spejgat fir-risposta nru. 13426, is-salarji tal-ħaddiema tal-PBS huma regolati mill-Ftehim Kollettiv u ma jinkludu ebda perkaċċi li huma koperti bil-Ftehim Kollettiv.
Bla ħsara għall-dan ħaddiema fil-gradi ta’ Coordinators u Ġurnalisti jingħataw
mobile allowance.
Jista’ l-Ministru jgħid liema vacancies se jimtlew fix-xhur li ġejjin fil-Public Broadcasting Services?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS timxi mal-proċeduri stabbiliti sabiex jimtlew l-postijiet vakanti fi ħdan il-Kumpanija u għaldaqstant meta tinħoloq vacancy, toħroġ l-avviżi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14090 u jgħid kemm-il darba sar rappurtaġġ ta’ kelliema tal-Gvern u kemm-il darba sar rappurtaġġ ta’ kelliema tal-Oppożizzjoni waqt l-aħbarijiet ta’ TVM, xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
It-tagħrif mitlub qed jingħata fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fuq l-istess medda ta’ xhur, bejn Jannar 2011 u Marzu 2013 kien hemm 2498 bejn SOTs (
Sounds on Tape)
u
coverages
għan-naħa tal-Gvern u 747 bejn SOTs u
coverages
għan-naha tal-Oppozizzjoni.
Il-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS tagħmel l-għazliet tagħha dwar fejn jintalbu SOTs u dwar fejn isiru c
overages
fuq il-bażi ta’ dak li jkun ta’
news value
PBS Ltd – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd. għadu kopert bl-istess kuntratt li kien sar qabel id-9 ta’ Marzu 2013 u għaldaqstant għadu jżomm l-istess remunerazzjoni u perkaċċi.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara kopja tal-kuntratt, nista’ nagħmel dan privatament.
Heritage Malta – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kap Eżekuttiv preżenti ta’ Heritage Malta inħatar direttament mill-Bord tad-Diretturi fit-3 ta’ Lulju 2013 wara li kien ilu jokkupa l-kariga ta’ agent Kap Eżekuttiv minn Jannar 2013 u ta’ Kap Kuratur għal tmien snin fi ħdan l-istess Aġenzija.
Il-kuntratt huwa eżattament bħal dawk tal-Kapijiet Eżekuttivi preċedenti. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara kopja tal-kuntratt, nista’ nagħmel dan privatament.
Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Meditterran għall-Konferenzi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Malta Council for Culture and the Arts – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Malta Council for Culture and the Arts? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-pakket finanzjarju sħih offrut liċ-Chairman Eżekuttiv preżenti hu konsiderevolment anqas minn dak tal-persuna li kienet tokkupa din il-kariga qabel fil-legiżlatura preċedenti.
Ma kien ebda sejħa pubblika għal din il-kariga.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara kopja tal-kuntratt, nista’ nagħmel dan privatament.
Forti Sant Iermu u l-Mużew Nazzjonali l-Ġdid tal-Gwerra — biljetti komplimentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jingħataw biljetti komplimentari għall-istaff u l-familjari tagħhom bħalma hi l-prassi sabiex ikunu jistgħu jżuru l-Forti Sant Iermu u l-Mużew Nazzjonali Ġdid tal-Gwerra?
Response (BONNICI, OWEN)
Nikkonferma li Heritage Malta se tagħmel kif dejjem għamlet f’ċirkostanzi bħal dawn.
Peress li issa għadda ħafna żmien minn meta spiċċa biż-żmien il-Head Conservation f'Heritage Malta, jista' l-Ministru jgħidilna meta ħa toħroġ il-call sabiex jimtela l-post vakant?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta qed tikkunsidra din il-pożizzjoni f’ambitu aktar wiesgħa. Din il-pożizzjoni timtela meta jkun opportun.
Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex il-Forti Sant’ Iermu li jaqa' fi ħdan Heritage Malta ħa jkollu ħinijiet tal-ftuħ differenti minn siti u mużewijiet l-oħra u allura l-Front of House se jibdew u jispiċċaw siegħa tard bi ksur tal-Ftehim Kollettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Interpellant jaf daqsi li hemm sentiment favur li l-ħinijiet tal-ftuħ ta' Sant Iermu jkunu iktar armonizzati mal-ħtiġijiet tas-settur turistiku.
Nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel mal-isforz li qed nagħmlu mal-
Union
rispettiva biex dan is-sentiment jiġi sodisfatt.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-Forti Sant’ Iermu, Heritage Malta ħarġet sejħa għal kuratur f’Novembru li għadda, fid-dawl tal-fatt li l-interpretazzjoni f'dan is sit ġiet outsourced u fid-dawl li diġa’ kien hemm kuratur f'dan il-post?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kontribut ċentrali tal-kuratur fl-iżvilupp u t-titjib tal-interpretazzjoni huwa kontinwu. Peress li Sant Iermu huwa sit kbir ħafna li qed jospita kollezzjoni kbira ħafna, hemm bżonn ta’ iktar minn kuratur wieħed. Wieħed jiffoka fuq il-kollezzjoni, filwaqt li l-ieħor jiffoka fuq is-sit innifsu u attivitajiet oħra.
Nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel li wieħed iżid ir-riżorsi umani lill-Heritage Malta għall-ġid tal-ħarsien tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna in vista tal-ftuħ tal-Forti tant sabiħa ta' Sant Iermu.
Ġarr ta’ artifatti mill-Mużew tal-Gwerra għall-Forti Sant Iermu
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk xi artifatti ġarrbu xi ħsara waqt li kienu qed jiċċaqalqu mil-Mużew tal-Gwerra għal post il-ġdid f'Sant Iermu. Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawn l artifatti, x'tip ta' ħsara ġratilhom u għalfejn ġara dan. Meta ser isir ir-restawr fuqhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma kienx hemm inċidenti waqt il-ġarr tal-affarijiet għal Forti Sant Iermu ħlief affarijiet verament żgħar li wieħed jista’ jistenna f’operazzjonijiet ikkumplikati bħal dawn, u li ġew rimedjati minnufih.
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti — kuntratt ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratt ingħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Kunsill għall-Kultura u l-Arti wara li spiċċa mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali? Jista' jgħid kemm hu s-salarju permezz ta' dan il-kuntratt, li qed jingħata l-individwu? Jista' jgħid x'inhuma l-perkaċċi permezz ta' dan il-kuntratt li qed jingħata l-individwu?
Response (BONNICI, OWEN)
L-individwu imsemmi mill-Onor Interpellant ingħata Contract for Service bħala Carnival Consultant mal- Kunsill Malti għall-Arti. Is-salarju huwa dak abbinat ma’ skala 5. Ma hemm l-ebda perkaċċi abbinati ma’dan il-kuntratt.
Kunsill għall-Kultura u l-Arti — kuntratt ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratt ingħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Kunsill għall-Kultura u l-Arti wara li spiċċa mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali? Jista' jgħid kemm hu s-salarju permezz ta' dan il-kuntratt, li qed jingħata l-individwu? Jista' jgħid x'inhuma l-perkaċċi permezz ta' dan il-kuntratt li qed jingħata l-individwu?
Response (BONNICI, OWEN)
L-individwu imsemmi mill-Onor Interpellant ingħata Contract for Service bħala konsulent mal- Kunsill Malti għall-Arti. Is-salarju huwa dak ma’ skala 7. Ma hemm l-ebda perkaċċi abbinati ma dan il-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jarawh nies il-programm TVAM fuq TVM? Kemm żied jew naqqas telespettaturi fl-aħħar xhur dan il-programm? Għaliex seħħ dan it-tibdil fl-udjenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Skont l-istħarriġ tal-Awtorita’ tax-Xandir, matul ix-xhur ta’ Frar 2014, Ottubru 2014 u Frar 2015, il-medja tal-udjenza tal-programm TVAM li jiġi trasmess fuq TVM bejn is-0700hrs u t-0830hrs, baqa’ prattikament l-istess f’din l-aħħar sena, iżda ta’ min jgħid li ġiet reġistrata żjieda żgħira meta kkumparat ma’ l-ewwel kwart tal-iskeda kurrenti. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programm hu wkoll mxandar fuq ir-radju.
Madanakollu ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hi pubblika.
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Udjenza Medja ta' Kuljum
Frar 2014
2,000
3,000
2,000
2,000
3,000
2,400
Ottubru 2014
Not Available
3,684
1,423
6,050
Not Available
2,231
Frar 2015
3,400
1,945
2,166
4,680
Not Available
2,438
programm TVAM – ħlasijiet u benefiċċji lill-preżentatriċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas u x’benefiċċji aktar mill-paga normali tingħata l-preżentatriċi li tipproduċi l-programm TVAM fuq l-istazzjon nazzjonali? Jista’ jgħid x’inhuma l-benefiċċji li tingħata l-preżentatriċi għal kull programm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-preżentatriċi li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant li l-preżentatriċi qed titħallas l-istess ammont li kienu jitħallsu ż-żewġ preżentaturi qabel.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15210, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq is-Sajjieda, Marsaxlokk (in-naħa tal-Magħluq) ma ngħatatx it-tarmak kollha kemm hi bil-konsegwenza li f'partijiet ta' din t-triq se jinġema’ ħafna ilma kull meta tagħmel ix-xita?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li, wara li evalwa s-sitwazzjoni tal-parti tat-triq imsemmija u l-ammont ta’ fondi li l-Kunsill Lokali seta’ jalloka għal xogħlijiet ta’ tarmak, inħarġet sejħa għall-offerti biex jingħata t-tarmak fuq parti minn Triq Xatt is-Sajjieda flimkien ma' xogħlijiet ta’ major patching. Il-Kunsill Lokali alloka s-somma ta’ €70 000 għax-xogħlijiet imsemmija.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15785, jista' l-Ministru jgħidilna kemm-il Manager ta' Heritage Malta kellu/kellha l-miri stabbiliti mibdula tul 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li jkun hemm għadd ta’ managers li l-miri stabbiliti tagħhom jinbidlu skont kif jinbidlu l-esiġenżi tal-aġenzija matul is-sena