Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru żwieġijiet biċ-ċivil minn Maltin ma' nisa/irġiel barranin mill-01/01/2004 sal-lum u ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' żwiegijiet biċ-ċivil minn Maltin ma' nisa/irġiel barranin bejn l-1 ta' Jannar u t-13 ta' Lulju 2004 kien ta' 174 (171 f'Malta u 3 f'Għawdex).
Il-barranin kienu ġejjin mill-pajjiżi li jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qrati — Traffikar ta' persuni bi skop ta' prostituzzjoni
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti f'dawn l-aħħar ħames snin, mill-1999 'il hawn dwar traffikar ta' persuni bi skop ta' prostituzzjoni? F'liema sena? Minn fejn kienu l-persuni barranin li dwarhom saru l-akkużi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn meta daħlu fis-seħħ f'Mejju 2002, l-emendi għall-Kodiċi Kriminali (artikolu 248B ta' Kap. 9) dwar traffikar ta' persuni għal prostituzzjoni, kien hemm 14-il persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti b'dan ir-reat. Il-persuni li dwarhom saru l-akkużi huma mir-Russja u mill-Ukrajna.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies li f'dawn l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ma tħallewx jidħlu fil-port u fl-ajruport separatament u x'kienu r-raġunijiet prinċipali għal dan? Tinżamm statistika kemm kien hemm irġiel u kemm kien hemm nisa? Mil-liema pajjiżi kienu prinċipalment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 240 persuna li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta. Minn dawn 7 waslu fil-baħar filwaqt li 233 waslu bl-ajru. Ir-raġunijiet li għalihom dawn in-nies intbagħtu lura kienu prinċipalment li:
Ma jkollhomx id-dokumenti kollha neċessarji
Ikollhom dokumenti falsifikati
Ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom f'Malta
Jiġi stabbilit li ma jkunux ġew Malta għal skop ġenwin ta' turiżmu
Ma jkollhomx biljett għar-ritorn
Ikunu suġġetti ta' xi struzzjonijiet biex ma jitħallewx jidħlu Malta minħabba xi każ preċedenti jew xi raġuni oħra.
Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi:
Algeria
Chad
Guatemala
Moldovia
Pakistan
Sri Lanka
Angola
China
India
Morocco
Philippines
Syria
Belgium
Colombia
Kenya
Nepal
Romania
Turkey
Bulgaria
Egypt
Libya
Nigeria
Russia
Ukrania
Cameroon
Yugoslavia
Peress li t-tariffi tar-Reġistru Pubbliku li ġew ippublikati riċentement jirriflettu żieda li hija d-doppju ta' kif kienu, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għall din iż-żieda daqshekk kbira? Inoltre peress li żdiedu it-tariffi tar-riċerki wkoll, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm titjieb fis-servizz tenut kont li r-riċerki qed idumu ħafna u qed isiru anke żbalji?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inbdewx taħdidiet ma l-iżviluppaturi li ġew awarded il-proġett tax-Chalet tas-Sliema? Jekk fl-afferemattiv f'liema stadju waslu n-negozjati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iżviluppaturi li ġew awarded il-proġett inħarġilhom il-letter of acceptance fis-17 ta' Diċembru 2001, fejn fost kundizzjonijiet oħra, kellhom japplikaw mal-MEPA għal full development permit. Wara, kien hemm taħdidiet mill-iżviluppaturi mal-MEPA. Id-Dipartiment ta' l-Artijiet qiegħed jistenna li jinħarġu l-permessi neċessarji mill-MEPA biex ikun jista' jikkonkludi l-kuntratt ta' l-għoti tat-tender.
Peress li dan l-aħħar il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet, wara diversi deċiżjonijiet mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) li kawżi riferuti lilha rigward provedimenti Kostituzzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem minn bordijiet u tribunali ma setgħux hekk jiġu riferuti minħabba li tali tribunali u/jew bordijiet ma ġewx konsidrati b ħala Qorti. Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li għandhom isiru xi emendi jew regolamenti lokalment f'dak ir-rigward biex wieħed inaqqas il-frustrazzjoni ta' nies li jkollhom tali kawżi u ma jieħdux dak li ħaqqhom fi żmien konsidrat bħala wieħed raġonevoli?
Response (BORG, TONIO)
Is-sitwazzjoni qegħda tiġi eżaminata mill-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali iżda nirreleva lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjonijiet li semma ma jfissirx li nies li jkollhom kawżi quddiem Bordijiet jew Tribunali ma għandhomx rimedji kostituzzjonali għal dewmien irraġonevoli. Ir-rimedji possibli huma tnjen: jew b'riferenza jew b'rikors. Il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li r-rimedju ta' riferenza ma hux applikabbli għal proċeduri quddiem Bordijiet/Tribunali. Ir-rimedju tar-rikors, iżda, jibqa' applikabbli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-kumitat ta' l-NGOs u rappreżentanti tad-dipartimenti tal-gvern li jagħmlu ħidma ma' l-immigranti llegali fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern?
Jista' jgħid għaliex dan l-aħħar il-kumitat ma kienx qeigħed jiltaqa"? Jista' jgħid meta se jiltaqa' dan il-kumitat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dan il-Kumitat, li twaqqaf minn dan il-Ministeru meta l-għadd ta' immigranti illegali żdied b'mod drammatiku li wassal għal stat ta' emerġenza, iltaqa' l-aħħar f'Ottubru 2003.
F'Diċembru li għadda l-Kabinett iddeċieda li ċerti oqsma relatati mal-bżonnijiet tar-refuġjati jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali. Fil-fatt il-Gvern issuġġerixxa t-twaqqif ta' forum ta' Organizzazzjonijiet Non Governattivi li jaħdmu f'dan is-settur. Ir-rwol ta' dan il-forum se jkun prinċipalment li jikkoordina s-servizzi offruti lir-refuġjati u jassisti fl-iżvilupp ta' inizjattivi ġodda.
Nixtieq ngħid ukoll li kull meta nħass il-bżonn, u ġie mitlub, dan il-Ministeru kien dejjem lest jiltaqa', fi spirtu ta' kooperazzjoni ma' l-NGOs involuti f'dan is-settur.
Qrati — Informazzjoni dwar sentenzi fuq l-internet
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, fir-rigward ta' informazzjoni provduta fuq l-internet konċernanti sentenzi u verbali b'mod partikolari, jekk tali informazzjoni hijiex dettata minn obbligu legali sabiex l-istess tkun disponibbli entro terminu speċifikat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni provduta fuq l-internet dwar sentenzi u verbali mhux dettata minn obbligu legali. Għalhekk ma hemmx terminu speċifikat meta din l-informazzjoni titpoġġa fuq l-internet.
Madankollu, isir sforz kontinwu biex l-istess informazzjoni tkun disponibbli mill-iktar fis possibli.
Dipartiment ta' l-artijiet — Kiri ta' uffiċini lit-taqsima proprjeta' tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien ir-response għall-avviż għall-kiri ta' uffiċini għat-taqsima tal-proprjeta' tal-gvern?
F'liema lokalitajiet ġew offruti l-uffiċini u x'inhi l-kera mitluba għal kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern irċeviet ħames proposti bħala response għall-avviż għall-kiri ta' uffiċini. Minħabba n-natura kummerċjali ta' din l-informazzjoni ma nħossx li dettalji dwar kull proposta għandhom jingħataw f'dan l-istadju.
Il-lokalitajiet fejn ġew offruti l-uffiċini huma l-Birgu, Qormi, Sta. Venera u Marsa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni kontra min qiegħed iħalli diversi klieb jiġru barra t-triq b'periklu ċar għal dawk kollha li jgħaddu minn Triq Giuseppa Psaila fis-Swatar? Jaf li dawn il-klieb diġa' attakkaw u gidmu xi residenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant qed ikun investigat.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Membru ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm milli tiġi segwita d-dixxiplina fil-każ li hemm rappurtat fil-file tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta fil-każ in eżami tneħħa mix-xogħol ta' xufier?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġie investigat u jinsab appuntat għas-smigħ f'waħda mis-seduti tad-dixxiplina li jmiss.
Kunsill Lokali Rabat Għawdex — Temporary parking permit
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-awtoritajiet kompetenti f'Malta qegħdin idumu ħafna, anke sena biex jawtoriżżaw lill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex sabiex ibiddel temporary parking permit f'wieħed permanenti fl-iskema ta' pparkjar għar-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Nifhem li l-mistoqsija ta' l-Onor. Membru tikkonċerna l-Controlled Parking Scheme fir-Rabat (Għawdex). Peress li din taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Biljetti ta' l-ajru
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uniku dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi li għamel użu mill-kumpanija li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hu dak tal-Pulizija.
Infurmat ukoll illi:
1. Bħala proċedura, fir-rigward ta' safar uffiċċjali minn membri tal-Korp tal-Pulizija, il-biljetti tal-ajru
jinxtraw mingħand il-kumpanija Air Malta.
Rigward safar ieħor, u ċioe', dak relatat mar-ripatriazzjoni ta' l-immigranti illegali, bħala proċedura,
id-Dipartiment tal-Pulizija jiddeċiedi mnejn jixtri l-biljetti ta' l-ajru wara li jintalbu 'quotations'
mingħand diversi aġenziji ta' l-ivjaġġar, u tiġi aċċettata l-irħas offerta. Il-kumpanija Tourist Resources Ltd. kienet l-irħas offerta aċċettabli fil-każijiet li ġiet magħżula.
2. L-ammonti li ntefqu bejn l-1999 u l-2003 kienu kif ġej:
Sena
Tourist Resources Ltd.
Lm
Air Malta
Lm
Oħrajn
Lm
1999
1,705
21,063
14,060
2000
2,867
9,056
3,371
2001
1,865
11,149
632
2002*
2,835
150,669
18,286
2003*
12,301
87,868
24,065
* L-ammont għal dawn is-snin jinkludi spejjeż biex ġew ripatrijati immigranti llegali.
3. Huwa konfermat li din is-sena ma nxtara l-ebda biljett mingħand it-Tourist Resources Ltd. Anki
matul din is-sena, ntużat l-istess proċedura msemmija fir-risposta numru 1.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpaniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pulizija bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kif inhuma mqassma skond ir-ranks tagħhom? Kemm hemm vakanzi bħalissa f' kull rank?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,820 membru fil-Korp tal-Pulizija. Dawn huma mqassma kf ġej:
Kummissarju
1
Deputat Kummissarju
1
Assistent Kummissarju
9
Supretendent
24
Spettur
95
Surġent Maġġur
1
Surġent
271
Kuntistabbli
1,418
Infurmat ukoll illi fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun pubblikata sejħa għall-reklutaġġ ta' kuntistabbli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu trabi fil-gżejjer Maltin, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Din l-informazzjoni toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi. Madanakollu dawn infurmawni li n-numru ta' "live births" fil-Gżejjer Maltin, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:-
Sena Numru
1994 4,826
1995 4,613
1996 4,944
1997 4,835
1998 4,488
1999 4,308
2000 4,255
2001 3,859
2002 3,805
2003 3,902
Paceville — Żgħażagħ taħt l-eta' fi stabbilimenti tax-xorb
Question
Peress li kelli ilmenti li f'Paceville kmieni wara nofsinhar il-Ħadd qed ikun hemm numru ta' żgħażagħ, anke ta' 13 u 14-il sena li jkunu qed jixorbu l-alkoħol f'bars fl-inħawi, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-pulizija tagħmel ir-ronda wkoll f'dawn il-ħinijiet speċjalment bejn is-2.00 p.m. u l-5.00 p.m.?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tkompli tagħmel ronda kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.