Jista' l-Viċi Prim Ministru Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji żdiedet il-kera ta' l-inkwilini ta' Fl. 5, Ent A, Binja 21 ta' Settembru 1964, Taż-Żwejt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi s-sussidju tal-kera tal-inkwilin indikat fil-mistoqsija inħadem is-sena l-oħra (1999) fuq id-dħul tiegħu matul l-1998 skond il-ftehim tal-kirja ffirmata minnu fit-23 ta' Settembru 1991 u skond l-Avviż tal-Gvern Numru 523 tas-7 ta' Lulju 1998.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid peress li persuna li toqgħod fi Blokk 4, Triq il-Fosos, Furjana kellha bżonn tagħmel amputazzjoni ta' riġel, jista' jitħaffef il-proċess li bih jiġi stallat lift f'dawn l-appartamenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar qegħda tipprepara l-pjanti neċessarji biex isir applikazzjoni mall-Planning Authority għall-installazzjoni tal-lift u għall-alterazzjonijiet neċessarji fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex minnu li l-istaff ta' l-ex-Cable and Wireless qegħdin jingħataw pensjoni ta' Malta two thirds in full, jiġifieri mingħajr tnaqqis ta' pensjoni barranija?
Jekk hu minnu, għaliex il-pensjonanti ta' Barclays Bank Plc m'humiex jingħataw l-istess trattament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta persuna jkollha dritt għall-Pensjoni tas-Servizz li titħallas minn jew f'isem il-Prinċipal tagħha dwar servizzi li jkunu ngħataw, l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li fl-istima tar-rata tal-Pensjoni tas-Sigurta' Soċjali, Pensjoni tas-Servizz tkun ikkunsidrata bir-rata oriġinali tagħha (jiġfieri dik ir-rata li ħarġet l-ewwel darba) kemm il-darba din ir-rata hija aktar minn Lm200 fis-sena jew dik il-pensjoni ma tkunx ġiet ikkommutata kollha.
Dan il-provvediment tal-liġi jolqot lill-pensjonanti kollha mingħajr ebda distinzjoni. Għalhekk, kull min jaqa' taħt dan il-provvediment tal-Liġi, kemm jekk dik il-persuna kienet impjegata mall-ex Cable and Wireless, kemm jekk kienet mall-Barclays Bank, kemm ukoll jekk kienet mall-Gvern Ingliż, jingħata l-istess trattament.
Fost l-għanijiet li kellu l-NGO Resource Centre, kien li permezz ta' riċerka u studju intensiv jiddentifika l-problemi soċjali li huma kkaratteristiċi ta' l-Għawdxin, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ministeru li ħa sehem f'din ir-riċerka? Jekk iva, liema ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għal Għawdex li hija responsabbli ta' l-NGO Resource Centre.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew assenjati postijiet b'kera mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kif ukoll mill-Housing Authority (separatament) lill-persuni b'diżabilita', taħt l-amministrazzjoni Laburista preċedenti kif ukoll taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista preżenti sal-ġurnata tal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19927, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol taċ-chairman kif ukoll tas-segretarju tal-KNDP, kif inhuma stipulati fil-kuntratt li huma ffirmaw mas-segretarjat tal-kummissjoni?
Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol taċ-Chairman tal-KNPD bħala impjegat full-time mal-Kummissjoni huma:
1. paga ta' grad 4 fis-servizz ċivili;
2. karozza bl-ispejjeż inklużi;
3. ħlas tat-telefon tad-dar (esklużi telefonati għal barra minn Malta);
4. mobile phone.
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tad-Direttur Eżekuttiv tal-KNPD bħala mpjegat full-time mal-Kummissjoni huma:
1. paga ta' grad 5 fis-servizz ċivili;
2. performance bonus sa massimu ta' 10 fil-mija;
3. karozza bl-ispejjeż inklużi;
4. ħlas tat-telefon tad-dar (esklużi telefonati għal barra minn Malta);
5. mobile phone.
Dawn il-Kundizzjonijiet ġew stabbiliti qabel ma' daħal fis-seħħ l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita'). Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-persuni jiġu formaliżżati permezz ta' kuntratti ta' tlett snin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' mpjiegi fil-korpi parastatali u liema korpi kienu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-5 ta' Settembru 2000 l'hawn ingħataw 31 permess għar-reklamar ta' mpjiegi f'dawn il-korpi parastatali:
KORPI PARASTATALI NUMRI TA'
PERMESSI
Sedqa 1
St James Cavalier 5
Malta Financial Services Centre 3
Malta Tourism Authority 3
Malta Maritime Authority 1
Mobisle 4
Terranet 1
MSA 1
Balzan Local Council 1
MITTS 2
Malta Council for Science & Technology 1
Grand Hotel Mercure 1
Central Bank of Malta 1
Datastream 1
ICPLS 1
Water Services Corporation 1
Air Malta 1
Maltacom 1
MIMCOL 1
Ministeru għall-Politika Soċjali — Staff complement
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-ministeru tiegħu? Kemm ġew impjegati nies minn barra? Kemm ġew sekondati minn kumpanniji parastatali u liema kumpanniji huma? Kemm kienu ttrasferiti minn ħdan dipartimenti oħra tal-gvern? Kemm ingħataw transfers lill-individwi li kienu jaħdmu fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu u llum jaħdmu ġo dipartimenti oħra li ma jaqgħux taħt il-Ministeru tal-Politika Soċjali jew sempliċement ġew trasferiti minn sezzjoni għal oħra fl-istess dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fil-minsiteru tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tagħhom? Jista' jgħid x'inhuma t-terms of reference tagħhom? Jista' jagħti job description ta' kull wieħed minnhom? Fejn ġew ikkummissjonati rapporti minn dawn il-konsulenti, jista' jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir spezzjoni mill-ħaddiema tal-Housing Construction dwar katusa li tinsab fil-bitħa komuni ta' l-appartamenti Block 2 / Sch 2, Telgħa Paola, Paola?
Jistgħu il-ħaddiema jmorru fuq il-post peress li ħafna mir-residenti huma anzjani u ma jafux fejn għandhom jmorru u l-uniku mezz huwa li jressqu din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Jien infurmat li l-ispezzjoni ser issir minnufih.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru Ħidma Soċjali mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali hemm aktar minn dipartiment jew organiżżazzjoni governattiva waħda. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu biex inkun nista' niġbor l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorita' tad-Djar mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar impjegat perit wara sejħa pubblika li saret f'Novembru 1999.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' li għandhom applikazzjonijiet pendenti mad-Dipartiment għall-Politika Soċjali għal xi forma ta' benefiċċji u/jew skemi li d-dipartiment joħroġ sabiex jissaħħaħ aktar il-konċett tal-ħajja indaqs?
Kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet, kategorija, kategorija li ġew approvati matul din is-sena sabiex it-talbiet pendenti li jikkonċernaw lill-Ministru għall-Politika Soċjali jiġu milqugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Talbiet pendenti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li għandu d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali sabiex persuni b'diżabilita' jiġu mgħejjuna jixtru computer skond l-iskemi ta' għajnuna eżistenti?
Kemm ġew approvati applikazzjonijiet simili matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Nazzjonali (Persuni b'Diżabilita') u mhux id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, għandha s-Servizz Għajnuniet Speċjali li, fost ħwejjeġ oħra u skond ir-riżorsi finanzjarji disponibbli, toffri għajnuna finanzjarja biex tgħin persuni b'diżabilita' jgħixu ħajja indipendenti.
Ninsab infurmat li matul din is-sena ġew approvati 11 l-applikazzjoni konnessi ma xiri ta' kompjuters filwaqt li numru ta' applikazzjonijiet pendenti hu ta' 54.
Persuni b'diżabilita' li japplikaw għall-għajnuna taħt din l-iskema jingħataw lura l-ammont tal-VAT imħallas għax-xiri tal-kompjuter u l-aċċessorji relatati.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17250?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li mhux kullħadd għadu bagħat din l-informazzjoni, id-Dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti total finali.
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tas-CSA's? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija saru 14-il trasferiment ta' CSAs. Dawn saru prinċiparjament fuq talba ta' l-istess impjegati.
Trasferimenti fil-futur isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rrapportati li weġgħu fuq il-post tax-xogħol matul din is-sena, xahar b'xahar, f'Malta u Għawdex separatament?
Kemm minnhom kienu ħaddiema mal-gvern, mal-privat u/jew self-employed separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni li għamlu talba għall-benefiċċju tal-korriment mill-1 ta' Jannar, 2000 sa l-aħħar ta' Settembru, 2000 huwa ta' 3881 f'Malta u 125 f'Għawdex.
Minn dawn, 371 kienu ħaddiema tal-Gvern, 2532 mal-privat u 209 self-employed. Il-kumplament kienu ħaddiema tat-Tarzna u kumpanniji parastatali.