Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30795 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi – Triq Nikol Baldacchino – bozoz bżonnjużi

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jsiru l-bozoz bżonnjużi fi Triq Nikol Baldacchino ġewwa Ħal Qormi peress li hija triq ferm mudlama u dan sabiex toħloq serħan il-moħħ għar-residenti ta' din it-triq, anke fid-dawl ta' diversi atti vandali li seħħew f'din l-istess triq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’postijiet pubbliċi ilha għal diversi snin ma tkunx taħt ir-responsabilita’ ta’ Enemalta plc. Deċiżjonijiet u ppjanar dwar fejn u kif jitwaħħlu dwal ġodda f’postijiet pubbliċi jittieħdu mill-entitajiet responsabbli mill-post fejn dawn ikunu meħtieġa. L-għajnuna ta’ Enemalta plc tintalab biss biex dwal ġodda li jkunu saru mill-entitajiet konċernati, fosthom kunsilli lokali, jkun jeħtieġ li jingħataw provvista tal-elettriku mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku nazzjonali. Dan isir billi l-entitajiet konċernati jimlew il-formola u ċ-ċertifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex issir din il-konnessjoni, u jissottomettuha lil ARMS Ltd. Jekk l-applikazzjoni jkollha ċ-ċertifikazzjonijiet kollha li jiżguraw li l-installazzjoni saret b’mod sikur u skont il-prattiċi stabbiliti, Enemalta tkun tista’ tqabbad id-dwal mas-sistema tal-elettriku biex jinxtegħlu.
Leg 12 PQ #29670 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Privat – Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għad-dettalji tas-safar tal-membri tas-Segretarjat, nirreferi lill-Onor Interpellant għal-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar spejjeż nirreferi lill-Onor Interpellant għat-twegibiet mogħtija għal-mistoqsijiet parlamentari 12115, 17753 u 26833.
Leg 12 PQ #30399 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karozzi bl-LPG – xogħlijiet minn installers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk instabux karozzi fit-toroq Maltin li jaħdmu bl-LPG mingħajr ma kien sar xogħol fuqhom minn Installers awtorizzati? X’passi ttieħdu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30401 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LPG – installers mingħajr awtorizzazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk instabux Installers tal-LPG tal-vetturi, mingħajr ma għandhom l-awtorizzazzjoni, u x’passi ttieħdu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30519 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Avviż Legali dwar Billboards – konsultazzjoni pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’seħħ mill-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika mħabbar fl-aħħar ta’ April 2016 biex l-Avviż Legali (ippublikat ftit ġimgħat qabel) li jirregola l-billboards ikun emendat? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, l-Avviż Legali l-ġdid, frott dan il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li bħala riżultat tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-Avviż Legali 103 tal-2016, il-Gvern irċieva numru ta’ sottomissjonijiet u saru diversi laqgħat mal-istakeholders biex jiġu ċċarati xi punti dwar l-Avviz Legali eżistenti u kif jista’ jiġi emendat. L-Avviż Legali ġdid qed jiġi ffinalizzat u għandu jkun ippubblikat għal konsultazzjoni fi żmien qasir.
Leg 12 PQ #30537 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żbroff ta’ drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħmel kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ żbroff ta’ drenaġġ ġewwa għalqa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li riċentament ittieħdet azzjoni sabiex tinfetaħ kaxxa intermedjarja, magħrufa bħala silt trap, biex tilqa’ fiha materjal qabel id-drenaġġ innifsu jidħol fil-medda msemmija. B’riżultat ta’ dan, il-medda se tibda tkun miżmuma aħjar mingħajr ebda problema ta’ aċċessibilita’.
Leg 12 PQ #30575 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tal-ħwienet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tkun varata l-iskema tal-ħwienet imsemmija fil-budget li se tiġi estiża għall-ħwienet oħra li ma humiex fil-Belt Valletta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estenzjoni ta’ l-iskema tal-ħwienet imsemmija fil-budget se tigi introdotta mill-Awtorita ta’ l-Artijiet aktar tard din is-sena.
Leg 12 PQ #30757 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern – każi ta’ dixxiplina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każi ta' dixxiplina li kien hemm fid-diversi dipartimenti tal-Gvern, skont id-dipartiment li jaħdmu fih, kull sena, dipartiment dipartiment, bejn l-2013 u llum? Kemm kien hemm każi fejn il-persuni konċernati spiċċaw imkeċċija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30758 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti taċ-ċivil – sejħiet għall-promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-aħħar sejħiet għall-promozzjonijiet, f'kull dipartiment taċ-ċivil, dipartiment dipartiment? Liema minn dawn is-sejħiet fil-fatt kellhom l-proċess tagħhom konkluż, u kemm għadhom għaddejjin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill l-Onorevoli Interpellant biex jispecifka ghal liema perjodu qed jirreferi.
Leg 12 PQ #30048 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Memorandum of Understading bejn il-Gvern u l-Israel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma f'Israel f'Ottubru 2013? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30340 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klabb ta’ Naxxar Lions FC – site plans għal faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30027 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans ta' liema żoni/siti qed jiġu kkunsidrati sabiex waħda minnhom jew aktar jingħataw lill-klabb ta' Naxxar Lions sabiex tinbena faċilità sportiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li skont ir-rekords uffiċjali, l-istess Dipartiment ma kienx nvolut f’taħdidet man-Naxxar Lions FC.
Leg 12 PQ #30341 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – bini ta’ faċilità sportiva minn Naxxar Lions FC fil-Kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30028 u jikkonferma jekk l-art fiż-żona viċin ta' fejn qabel kien hemm il-kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri fin-Naxxar għadhiex qed tiġi kkunsidrata sabiex fuqha tinbena faċilità sportiva min-Naxxar Lions FC, liema art fl-2012 kien sar kuntratt fuqha bil-partijiet involuti/firmatarji kienu fil-fatt l-istess Naxxar Lions FC u l-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li hemm pjanijiet oħra għal l-art pubblika kollha li għandu u li tinsab fiż-żona viċin ta’fejn qabel kien hemm il-kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri fin-Naxxar. Kif diġà sar magħruf pubblikament għaddej ix-xogħol neċessarju biex fiż-żona imsemmija jingħata bidu għall-proġett bl-isem ta’ REACH , li huwa intenzjonat għall-persuni b’diżabilità. Madanakollu, dan il-proġett ser jintroduċi żoni miftuħa u addattati għal kulħadd, u għalhekk il-post li se jkun aċċessibli għal min se jkun qiegħed jiffrekwentah.
Leg 12 PQ #30342 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – Laqgħat bejn il-Gvern u Naxxar Lions FC dwar faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30029 u jgħid kemm saru laqgħat u f’liema dati, bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC bejn l-1 ta' April 2013 u l-10 ta' Jannar 2017 dwar is-suġġett relatat mal-faċilità sportiva fil-lokalità tan-Naxxar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li skont ir-rekords uffiċjali, l-istess Dipartiment ma kienx nvolut f’taħdidet man-Naxxar Lions FC.
Leg 12 PQ #30343 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar — għoti ta’ art lin- Naxxar Lions FC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30030 u jgħid meta mistennija jiġu konklużi l-laqgħat bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC dwar għoti ta' art sabiex fuqha tinbena faċilita sportiva, dejjem jekk hi differenti minn dik li fuqha kien hemm qbil u ftehim iffirmat f'Ottubru 2012, bejn l-istess għaqda sportiva u l-amministrazzjoni preċedenti (Kunsill Malti għall-Isport)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li skont ir-rekords uffiċjali, l-istess Dipartiment ma kienx nvolut f’taħdidet man-Naxxar Lions FC.
Leg 12 PQ #30392 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Organizzazzjonijiet Volontarja – applikazzjonijiet mill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu minn ħaddiema tas-Servizz Pubbliku biex jiġu seconded għal ma’ Organizzazzjoni Volontarja mill-2013 sal-lum? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa u kemm ġew irrifjutati skont il-Ministeri fejn saru l-applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30397 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema għall-Konverżjoni għal-LPG — vetturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn vetturi li daħlu għall-iskema tal-Konverżjoni għal-LPG sa minn meta din bdiet topera?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30440 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegat tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni jew kariga li għandu mal-Gvern l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Ma’ liema ministeru jew dipartiment/entità qed jokkupa din il-funzjoni jew kariga? X'remunerazzjoni u/jew perks qed jingħata għall-funzjoni jew kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30441 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ministru bla portafoll — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema/staff fil-Ministeru bla portafoll tal-Ministru Konrad Mizzi? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma Public Servants? Kemm minnhom huma persons of trust jew political appointees? Kemm minnhom huma taħt xi forma ta’ kuntratt jew ieħor? X'inhuma l-karigi li jokkupaw u r-responsabilitajiet ta’ kull ħaddiem? X'remunerazzjoni u/jew perks qed jingħataw persons of trust jew political appointees għallfunzjoni jew kariga tagħom f'dan il-ministeru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30442 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Freedom Press – art — kumpens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jew xi awtorità governattiva, tawx xi forma ta’ kumpens biex tkun tista’ ssir triq pubblika fuq art li fuqha kien hemm il-Freedom Press u l-art tal-madwar? Jekk ingħata xi forma ta’ kumpens, lil min ingħata u x'kien? Jekk il-kumpens kien wieħed monetarju, kemm ingħataw flus?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le
Leg 12 PQ #30046 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Memorandum of Understanding bejn il-Gven u l-Montenegro

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li hu iffirma mal-Prim Ministru tal-Montenegro fit-18 ta' Mejju 2016? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.