Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7227 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impjegati fuq xogħol ta' tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati abbinati mal-Korp tal-Pulizija li xogħlhom hu proprju t-tindif ta' l-għases tal-pulizija? Jaħseb il-Ministru li forsi hemm bżonn ta' aktar impjegati f'dan il-qasam peress li l-livell ta' tindif f'ħafna mill-għases hu baxx ħafna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm ħames persuni (general hands) li qegħdin jagħmlu xogħol ta' tindif f'għases tal-Pulizija, filwaqt li hemm sitta oħra li qegħdin jagħmlu dan it-tip ta' xogħol f'oqsma oħra tad-Dipartiment, fosthom il-Kwartieri Ġenerali, l-Akkademja u f'Ta Kandja. Wieħed jaqbel li dejjem hemm lok għal titjib f'dan ir-rigward u fil-fatt saru talbiet fil-Business Plans tad-Dipartiment sabiex jiġu trasferiti numru ta' mpjegati li jkunu jistgħu jagħtu kontribut akbar f'dan il-qasam. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #7228 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Refuġjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' refuġjati li hawn Malta? X'inhu n-numru ta' immigranti llegali li qed jinżammu mill-pulizija fil-bażi f'Ta' Kandja? X'qed isir biex jintbagħtu lura pajjiżhom u x'inhi l-proċedura li trid tkun segwita biex ħaġa bħal din tkun tista' ssir?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li t-tagħrif dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ma jinżammx mill-Pulizija. Hu l-Uffiċċju ta' l-U.N.H.C.R. f'Malta li jieħu ħsieb l-interessi ta' persuni meqjusa bħala refuġjati. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li n-numru ta' immigranti llegali li preżentement qed jinżammu mill-Pulizija ġewwa Ta' Kandja hu ta' 75. Rigward it-tielet parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3363 f'Seduta 50. 31.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7229 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membru

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-talbiet li kienu saru mill-Kummissarju tal-Pulizija lill-Public Service Commission biex il-pulizija, li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament, jitkeċċa mill-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti għadu qed jiġi kkunsidrat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #7230 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji ta' logħob tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri se ssegwi l-pulizija din is-sena dwar l-għoti ta' liċenzji għall-ħruġ tal-logħob tan-nar fil-festi fl-ibliet u fl-irħula?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Novembru u f'Diċembru tas-sena l-oħra ġew pubblikati r-regolamenti ġodda dwar il-kontroll ta' xogħlijiet tan-nar permezz ta' l-A.L. 266 u A.L. 243 ta' l-1998. Għaldaqstant il-permessi għal ħruq tan-nar iridu jkunu konformi ma' dawn ir-regolamenti.
Leg 9 PQ #7280 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliki — Ipoteki legali

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7202?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7202 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 31.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7288 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Distrett Nru. 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu ffurmat il-complement tal-pulizija għat-tieni distrett elettorali? X'ħinijiet qed jinfetħu l-għases fl-istess distrett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp stazzjonati fil-lokalitajiet ta' dan id-distrett huma Supretendent, Spettur, tlettax-il surġent u sittin Kuntistabbli. Dan in-numru ma jkoprix il-Fgura, li tifforma parti minn Distrett tal-Pulizija, differenti. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li, l-għases ta' Bormla u ta' Ħaż Żabbar jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li ħlief għal dik ta' Wied il-Għajn li ma tinfetaħx, l-għases l-oħra tat-tieni distrett elettorali jinfetħu regolarment ħlief meta l-pulizija li jkunu ġewwa fl-għases jkunu meħtieġa fuq xi xogħol barra.
Leg 9 PQ #7310 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pieta' — Għassa tal-pulizija

Question

Ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li jkun hemm għassa tal-Pulizija fil-Pieta' meta jikkonsidra li minbarra n-numru konsiderevoli ta' residenti ta' din il-lokalita' hemm ukoll l-isptar?

Response (BORG, TONIO)

Diġa` saru laqgħat u rapresentazzjonijiet mill-Kunsill Lokali tal-Pieta` dwar dan is-suġġett. Qed tiġi kkunsidrata l-possibilita` li din l-għassa tkun fil-viċin ta' l-isptar, sabiex il-pulizija li preżentement jagħmlu għassa l-isptar ikunu jistgħu ukoll jaqdu l-bżonnijiet tar-residenti tal-lokal. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #7311 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pieta' — Parkeġġ

Question

Peress li r-residenti tal-Pieta' jsibu problemi kbar biex jipparkjaw, b'mod partikolari fil-ħinijiet tad-dħul ta' l-isptar u matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu, ma jaħsibx il-Ministru li r-residenti ta' Pieta' għandu jkollhom parking allokat għalihom? Jista' l-Ministru jara wkoll li l-istaff ta' l-isptar ikollhom parking allokat għalihom peress li l-parking ta' l-isptar huwa riservat għal konsulenti biss? Jaf il-Ministru li dawn l-istaff jokkupaw il-ftit parking li jistgħu jsibu r-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #7317 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Forti Chambrai

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7114 fejn tlabtu jikkonferma li l-bini kollu li jinsab għaddej f'Forti Chambrai, Għawdex sal-lum hu kollu konformi mal-parametri u konduzzijonijiet fuq il-permessi għall-iżvilupp li ħarġu għall-proġett ta' Chambrai?

Response (BORG, TONIO)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7114 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn spezzjoni li saret irriżulta illi saru pedamenti ta` wieħed mill-units residenzjali f`blokk 11, liema unit mhux ser jibqa` formanti ma blokk 11 iżda ser jiżdied ma blokk 13 kif approvat reċentament (PA5268-98). Fil-fatt f`blokk 13 dan il-unit diġa` tlesta sal-pedament. Ix-xogħol li sar żejjed f`pedamenti ta` dan il-unit f`blokk 11 issa ser jiġi mirdum. 31.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7322 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trakkijiet tar-refuse

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6702, jista' l-Ministru jindikali min huma l-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw il-parkeġġ ta' trakkijiet tar-refuse fit-toroq li jistgħu joħolqu problemi ta' sigurta' u iġene?

Response (BORG, TONIO)

F`każ ta` ksur tal-liġi kriminali tieħu passi l-Pulizija. Dwar l-igene, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #7346 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' tal-Gvern — Kiri minn Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5403 tas-Seduta Numru 75?

Response (BORG, TONIO)

Biex tkun tista' tingħata tweġiba għall-Mistoqsija jkun meħtieġ li tinġabar informazzjoni mill-Parterships Branch tal-Malta Financial Services. Ikun meħtieġ ukoll li tingħata l-informazzjoni dwar l-isem u I.D. Card Number tal-membri parlamentari kollha kif ukoll tar-raġel jew il-mara tagħhom, skond il-każ, u tat-tfal tagħhom. Jidhirli li sabiex isir dan, irid ikun hemm il-kunsens ta' l-individwi, speċjalment fejn jirridwardja t-tfal. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #7365 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuna misjuba mejta fis-Siġġiewi

Question

In vista tar-rapporti li dehru fuq il-ġurnal "l-orizzont" tat-23 ta' April, 1999 dwar il-każ ta' Carmel Frendo mis-Siġġiewi li kien instab mejjet fil-vettura tiegħu fil-25 ta' Frar 1990, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija hux ser tissokta b'aktar investigazzjonijiet dwar il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fatt li l-litigazzjoni ċivili bejn iż-żewġ partijiet ġiet transatta bi qbil bejniethom, ma intefa` ebda dawl ġdid fuq dan il-każ. 31.05.99(a.m)
Leg 9 PQ #7366 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — PSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li għaddew passi dixxiplinarji quddiem il-PSC jew quddiem il-qrati kriminali bejn Mejju, 1980 u April, 1987 u minn Mejju, 1987 sal-ġurnata tal-lum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kull każ, meta ġara, fuq xiex kien il-każ, u x'kien l-eżitu?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #7388 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Valleta - Fond/garage

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-fond/garage 58, St Joseph Street, Valletta, ingħata b'mod dirett b'kera lil ċertu persuna li għadha ġejja Malta biss riċentement? Jista' l-Ministru jispjega kif il-fond/garage indikat separatament ingħata b'mod dirett b'kera lil persuna li ġiet Malta biss riċentement u li dan nonostante li l-persuna ndikata separatament diġa' kellha l-pussess ta' l-istess garage u kien talab li tinħareġ tender u jiġi kkonsidrat jekk għandux jingħata dritt ta' l-ewwel rifjut tenendo kont li huwa kien ingħata permess jużah minħabba li proprjeta' ta' nannuh kienet ġiet demolita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li ġiet mikrija l-garaxx Nru. 58, St. Joseph Str., Valletta, bħala alternattiva għall-fondi oħra li ġew demoliti in konnessjoni mas-Slum Clearance fl-1988/89, ma ġietx Malta riċentament imma hi ċittadina Maltija li minn żmien għal żmien tkun barra minn Malta. Ninsab infurmat ukoll li l-garaxx in kwistjoni kien qed jiġi okkupat illegalment, mill-persuna indikata separatament, u d-Dipartiment ta` l-Artijiet ħa l-passi biex jerġa` jieħu l-pussess ta` l-istess garaxx. Meta f`Jannar ta` din is-sena id-Dipartiment kien ser jesegwixxi l-eviction, il-persuna li kienet qed tokkupa l-garaxx illegalment irritornat iċ-ċavetta. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #6476 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, ingħataw 4 transfers fl-Awtorita` ta' l-Ippjanar li tlieta minnhom saru fuq talba ta' l-individwi konċernati, filwaqt li fil-każ l-ieħor persuna ġiet trasferita minn Unit għal ieħor. Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti. 26.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6477 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, ma ngħata l-ebda transfer mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. 26.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6478 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Uffiċċju Konġunt? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar, 1999, u s-26 ta' April, 1999, kien hemm transfer wieħed biss mill-Uffiċċju Konġunt u dan sar fuq talba tal-persuna konċernata. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3108 li tajt lill-istess Onor. Membru dwar l-istess materja. 26.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6471 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, kien hemm 116-il-membru tal-Korp li tbidlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali. 26.05.99 (a.m)
Leg 9 PQ #6472 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April fid-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, kien hemm 13 il-membru tal-Korp li ġew trasferiti minn jew għat-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali. 26.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6473 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-ħabs? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar, 1999, sas-26 ta' April, 1999, ma ngħata l-ebda transfer lill-uffiċjali tal-ħabs. It-tibdil li seħħ kien, illi Maġġura li kienet mislufa lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin irritornat taħdem il-Ħabs, u Surġent u tlett kuntistabbli tal-Pulizija li kienu stazzjonati l-Ħabs ġew mibdula. 26.05.99 (a.m.)