Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija għamel il-kumment tiegħu rrapportat fil-Ġens il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000 "li l-pajjiż ma jiflaħx aktar minn 25 gradwat fil-farmaċija fis-sena"?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitluba qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull sena tal-kors tal-farmaċija? X'kienu n-numru oriġinali li daħlu bih? Kemm kien hemm riparatorji (re sits) s-sena li għaddiet? F'liema suġġetti? Kemm kien hemm talbiet għar-reviżjoni ta' karti ta' l-eżami? Kemm kien hemm studenti li weħlu u tkeċċew jew irripetew is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Skond il-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000 il-Kap tad-dipartiment tal-Farmċaija qal: "li d-dipartiment tiegħu għandu l-entry requirements l-aktar baxxi fl-Universita'", din l-istqarrija l-Ministru kkonfermaha? Il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jaħseb li dawn l-entry requirements iridu jinbidlu? X'passi lest li jieħu l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija? Ma' min beħsiebu jikkonsulta? Il-kap preżenti tad-dipartiment tal-farmaċija kemm ilu kap ta' l-istess dipartiment? Kemm-il darba nbidlu l-entry requirements tul it-tmexxija tiegħu? Min irrikmanda dawn il-bidliet u x'kienu r-raġunijiet mogħtija?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Peress li skond il-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000 il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija stqarr li l-problema għandha s-sisien tagħha fil-Junior College, x'inizjattivi qed jieħu biex itejjeb is-sitwazzjoni? Fuq liema bażi stqarr illi "ħafna drabi l-istudenti jieħdu l-kors tal-farmaċija flok kors ieħor minkejja li jkollhom ippjanat li jsiru għalliema jew riċerkaturi fil-kimika"?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dak li qal il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fl-artiklu tal-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000, jiġifieri li m'għandux biżżejjed riżorsi għan-numru ta' l-istudenti li daħlu? Għal-liema tip ta' riżorsi kien qed jalludi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?
X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21597.
Jista' l-Ministru jgħidilna meta se jibdlu s-saqqijiet tal-high jump u tal-pole vault tal-Marsa Sports Ground, minħabba li l-atleti qegħdin jittrenjaw b'sogru kbir għal saħħithom peress li dawn is-saqqijiet fihom ħsarat kbar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-equipment li jintuża għall-atletika hija proprjeta` tal-Malta Amateur Athletics Association. Id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport diġa' talab lill-uffiċċjali tal-MAAA sabiex jinġabru stimi ta' equipment/materjal li hemm bżonn għat-tħejjija għal-logħob tal-Pajjiżi Żgħar tas-sena 2001 u 2003. Qegħdin ukoll jinġabru stimi sabiex jinxtraw mobile crates ħalli dan l-equipment ikun jista' jiġi mgħotti biex jiġi eliminat il-vandaliżmu fuq dan it-tip ta' equipment.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 20370 li ilha li saret mill-24/10/2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn ġew impjegati dawn in-nies ġodda ma' korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni:
PBS - 4
MCC - Nil
Teatru Manoel - 1
St James Cavalier - 11 (Casual Part-Time)
MCST - 1
Universita` - 168
Fondazzjoni Patrimonju Malti - 3
Orkestra Nazzjonali - 5
FIS - 4
MCAST - Nil
MCR - 12 (7 Maltin u 5 barranin)
Pixxina Nazzjonali - 13 (5 minnhom ingħatalhom kuntratt ġdid).
Jista' l-Ministru jara li ħmieġ li hemm fl-iskola FX Attard tal-Marsa jiġi mnaddaf?
Jista' jara li jittieħdu passi sabiex toilets li huma mkissrin jiġu rranġati u li tittieħed xi tip ta' azzjoni minħabba l-ġrieden li hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslet il-bieraħ u ma kienx hemm biżżejjed żmien biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Sedua oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policies fuq l-użu ta' l-iskejjel primarji wara l-ħin normali ta' l-iskola minn entitajiet mhux governattivi jew mill-kunsilli lokali?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslet il-bieraħ u ma kienx hemm biżżejjed żmien biex tinġabar l-inforamzzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm impjega nies ġodda ma' dawn l-entitajiet li ġejjin:1) Orkestra Nazzjonali; (2) EUPU; (3) FIS; (4) Kulleġġ Vokazzjonali; (5) Pixxina Nazzjonali; (6) Kunsill Malti Xjenza u Teknoloġija; (7) Ċentru Malti għar-Restawr; (8) San Ġakbu; (9) Teatru Manwel minn 5/9/1998 'hawn, u b'mod individwali għal kull entita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21597.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21089 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilek u cioe: jgħid jekk sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000 kienx hemm xi pendenzi fil-ħlasijiet li jsiru mill-gvern lill-Knisja dwar it-tmexxija ta' l-iskejjel tagħha li jitħallsu mill-Vot tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni 16-4024? Jekk iva, kemm huma dawn il-pendenzi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għas-sena finanzjarja 1999 jonqos ħlas li jammonta għall-Lm274,750 li jrid jingħata mill-Gvern lill-Knisja għat-tmexxija ta' l-iskejjel tagħha u li jitħallsu mill-vot tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni 17 - 4024.
Għas-sena finanzjarja 2000, hu stmat li l-ispiża tkun tammonta għall-Lm264,091 aktar mis-somma totali ta' Lm7,680,000 approvati s'issa mill-Ministeru tal-Finanzi.
Ta' minn jirrileva li pendenzi bħal dawn jirriżultaw wara verifika perjodika li ssir min-naħa tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex malajr kemm jista' jkun jinstab min jgħallem il-Control Systems & Applications lili dawk li qed isegwu l-kors ATD fl-Istitut Tekniku Mikilanġ Sapiano?
Għaliex mhux qed jinstab għalliem f'dan il-qasam?
Peress li hemm studenti li għandhom eżami kruċjali f'Ġunju, jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikollhom l-għalliem meħtieġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-bidu tas-sena skolastika l-istudenti kellhom għalliem tal-'Control Systems & Applications'.
Wara ftit li bdiet is-sena skolastika, dan l-għalliem irriżenja.
Saru l-interviews għall-għalliema temporanji f'dan is-suġġett, u ġiet identifikata persuna biex tgħallmu.
Meta din il-persuna ġiet ikkuntattjata, qalet li ma tistax tibda qabel Jannar, għax għandha impenji oħra.
Bħalissa qegħdin fil-proċess biex jiġi kkuntrattat għalliem għal dan is-suġġett.
Issa li kważi għaddiet sena mill-1 ta' Jannar, 2000, jista' l-Ministru jikkonferma li ma fadalx kontijiet pendenti x'jitħallsu lil dawk li ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju?
Jekk fil-fatt fadal min jitħallas, min huma dawn u kemm hu l-ħlas dovut lilhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kontijiet pendenti konnessi maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju jammontaw b'kollox għal Lm47,600 maqsumin hekk:
Sign It Lm41,345
Ligh Sound Vision Lm 6,255.
Jista' l-Ministru jgħid kemm in-numru ta' sigħat fil-ġimgħa (27 1/2) li jaħdmu l-għalliema hija liġi osservata għall-għalliema kollha tagħna?
L-Att ta' l-Edukazzjoni jippermetti li xi awtoritajiet ta' l-iskejjel tal-Knisja u/jew indipendenti jżiedu dawn is-sigħat għall-għalliema tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammonta ta' ħin li jaħdmu l-għalliema hu regolat mill-ftehim li jkun hemm bejn min iħaddem (id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-Knisja jew skejjel partikolari indipendenti) u l-Union ta' l-għalliema.
Informat ukoll li fil-prattika, l-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja jkun hemm kalendarju wieħed li jinħadem fuq il-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT u l-Knisja u l-MUT li jiffissa l-ġranet meta jiftħu l-iskejjel.
L-iskejjel indipendenti aktarx li jimxu ma' dan il-kalendarju bi ftit varjazzjoni skond il-ħtiġijiet ta' l-iskejjel individwali.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma tirriżultalniex li qatt saritilna "id-domanda preċedenti". Napprezza li nirċievi l-Mistoqsija fit-termini propriji tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi aċċettata l-proposta li fil-Junior College jiddaħħlu studenti biss bi gradi 1-3 f'wieħed mis-suġġetti ewlenin, x'se jiġri minn dawk l-istudenti li s'issa kienu jidħlu bi gradi 4-5?
F'liema istituzzjoni edukattivi se jkunu jistgħu jidħlu dawk li mhux se jkunu jistgħu jidħlu iżjed fil-Junior College, peress li żgur m'hemmx post għalihom fl-iskola Giovanni Curmi tan-Naxxar?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru japprezza li l-pjan strateġiku tal-Junior College jipproponi 'l fuq minn 50 miżura li jistgħu jittieħdu fil-ħames snin li ġejjin biex il-Kulleġġ jilħaq l-għanijiet li għalih ġie mwaqqaf. Il-Ministeru għadu qed jikkonsidra dan il-pjan strateġiku u għadu ma wasal għal ebda konklużjoni definita.
Kull proposta ser tiġi studjata minn kull angolu għall-impatt tagħha fuq il-persuni konċernati u speċjalment fuq l-istudenti. Mhu ser tittieħed ebda miżura li tnaqqas l-opportunitajiet lil dawk l-istudenti li jistħoqqilhom jidħlu jistudjaw fil-Junior College.
Is-suġġeriment li studenti prospettivi għandu jkollhom grad ta' '3' jew aħjar fl-'O' Level biex jitħallew jagħżlu wieħed mis-suġġetti għall-'A' Level ser tiġi studjata f'dan id-dawl. Informat li dan is-suġġeriment hu ispirat millġbżonn li l-istudenti jiġu ggwidati aħjar biex jagħżlu għall-'A' Levels dawk is-suġġetti li fihom għandhom iċ-ċans ta' aħjar suċċess.
Ġejt informat ukoll li l-esperjenza f'dawn l-aħħar ħames snin turi li numru ta' studenti ma komplewx l-istudju jew weħlu fl-'A' Levels minħabba l-fatt li l-preparazzjoni u għalhekk il-gradi tagħhom fl-'O' Levels kienu ta' livell baxx wisq.
Indipendentement mid-deċiżjonijiet li għad jittieħdu dwar il-Junior College, hemm proġett ta' estensjoni meħtieġa għall-iskola Giovanni Curmi tan-Naxxar.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li għaddiet (1999/2000), kemm kien it-total li tħallas fi stipendji lill-istudenti?
Kemm tħallsu lil studenti fi skejjel tal-Knisja u dawk ta' l-iskejjel indipendenti?
Fl-istess żmien kemm kien it-total li ma tħallasx minħabba nuqqas ta' attendenza jew raġunijiet oħra?
F'kull każ, x'kien in-numru ta' studenti nvoluti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti Universitarji li jieħdu stipendu/maintenance grant huwa 4307.
L-ammont imħallas mill-1 ta' Ottubru 1999 sal-15 ta' Lulju 2000 kien ta' Lm4,733,921.
It-tagħrif ieħor u t-tagħrif dwar l-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti għadu qed jinġabar.
Skond il-proposta fil-Pjan Strateġiku tal-Junior College li studenti jibdew jiġu aċċettati bi gradi 1-3 f'wieħed mis-suġġetti ewlenin li jagħżlu u mhux iktar bi grad 1-5, bħalma jsir bħalissa, jekk ir-rata ta' suċċess fis-snin li ġejjin se tibqa' kif kienet din is-sena, kemm huwa maħsub li jkun hemm studenti eliġibbli biex jidħlu fil-Junior College?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21377.