Peress li laqgħat mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-awtoritajiet konċernati sabiex Triq G. Borg Olivier, Rabat Malta ssir one-way ilhom snin għaddejjin, ma jħossx il-Ministru li jkun aktar rispettabbli għar-residenti jekk mill-aktar fis possibbli jsir pjan ta' xahar ħalli wara tkun tista' tiġi evalwata s-sitwazzjoni? Ma jħossx il-Ministru li jekk ma jsirx dan ma jkunux qed jiġu rispettati r-residenti ta' din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4281.
Jista' l-Ministru jara li ssir manutenzjoni tal-bus shelter tal-bliet u l-irħula tat-12-il distrett? Jekk fl-affermattiv, meta u fejn se jsiru x-xogħlijiet u meta se jitlestew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-manutenzjoni tal-`bus shelters` issir skond il-ħtieġa u r-riżorsi finanzjari disponibbli. Jien infurmat li tant qed ikun hemm vandaliżmu fil-`bus shelters` li m`hux possibbli li fil-manutenzjoni u tiswija jitħejja programm. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b`xi `bus shelter` partikolari li jeħtieġ manutenzjoni urġenti nitolbu jgħaddili l-informazzjoni biex tkun tista` tittieħed azzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport magħmul mill-esperti Ġermaniżi GTZ dwar l-istat tat-toroq f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jgħid liema partijiet mill-istess rapport huwa maħsub li jkunu addattati mill-Gvern tal-ġurnata u minn meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inqiegħed fuq il- mejda tal-kamra kopja ta` dan ir-rapport. Dwar it-tieni parti tad-domanda għad fadal iktar xogħol x`isir qabel ma jiġi deċiż liema partijiet ser jiġu addattati u meta, għalkemm il-parti dwar il-kwalita tax-xogħol u kontroll tiegħu diġa qed tiġi applikata.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-pożizzjoni ta' chief executive fl-Awtorita' Marittima, meta din il-pożizzjoni lanqas hija biss ikkontemplata fil-liġi ta' l-istess awtorita' u fejn hemm biss tlett diretturi esekuttivi msemmija?
Ġaladarba m'hemmx din il-pożizzjoni msemmija, kif tista' tiġi ġġustifikata paga ta' aktar minn Lm16,000 fis-sena apparti benefiċċji oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-liġi ta` l-Awtorita` Marittima tipprovdi għall-ħolqien ta` erba` Executive Directors. Iċ-Chief Executive huwa wkoll Chief Director. Il-kariga ta` Chief Executive qegħda fuq bażi indefinita. Fir-rigward tar-remunerazzjoni, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija fi Frar 1996 għal PQ 31167 (Seba` Leġislatura). Mill-1996 s`issa, iż-żiediet fir-remunerazzjoni bażika kienu jammontaw għall-Lm797.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun irranġat il-berthing site f'Coal Wharf, Ras Ħanżir, il-Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima għadha kemm temmet l-ewwel fażi fuq il-proġett ta` `Coal Wharf` u ċioe dak ta` tindif taż-żona ta` madwar. L-Awtorita` Marittima issa se tikkonsidra x`inhuma l-aħjar miżuri li għandhom jittieħdu flimkien ma ` l-ispiża neċessarja sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq dan il-moll.
Jista' l-Ministru jara li ssir parti minn Triq Lia ġo Ħaż-Żabbar, liema triq hi soġġetta għal għargħar, u li peress anki l-kunsill lokali lest li jagħti sehmu f'din il-biċċa li kulħadd jaqbel li trid tingħata priorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien imfurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ġa beda jagħmel pjan biex din it-triq tiġi asfaltata. Din il-biċċa xogħol hi diffiċli aktar mis-soltu peress li l-problema ta` l-għarar f`din it-triq li qed tiġi kkaġunata għax it-toroq fl-inħawi inbnew pratikament bla pendil.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4180, jista' l-Ministru jgħid fejn id-Dipartiment tat-Toroq iddeċieda li jibda x-xogħol fejn hu meħtieġ f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ngħata kuntratt biex isir ix-xogħol ta` twaħħil ta` Traffic Lights f`żewġ lokalitajiet jiġifieri ġo Triq Duca u Triq l-Imdina. Dan ix-xogħol ikun jista` jsir meta jsir ix-xogħol meħtieġ ġo Triq l-Imdina.
Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-gvern li din is-sena se jsir xogħol fuq 76 kilometru ta' toroq, jista' l-Ministru jgħid: (i) fuq kemm-il kilometru ta' toroq sar xogħol f'Jannar u Frar, 1999; (ii) fejn sar dan ix-xogħol; (iii) kemm sewa dan ix-xogħol; u (iv) kemm minn dan ix-xogħol kien f'toroq prinċipali u kemm minnu sar f'toroq sekondarji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Linji diretti tat-telephones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` linji diretti ta` telephones b`aċċess għal telefonati, u f`uħud mill-każi faxes, għal barra minn Malta huwa hekk:
Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili 1
Dipartiment tal-Liċenzji 1
Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili 3
Regulatur tat-Telekomunikazzjoni 2
Dipartiment tat-Toroq 1
Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 2
Segretarju Permanenti 2
Segretarjat Privat tal-Ministeru 5
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal letter box fi Pjazza Buleben, f'Ħal Tarxien għal konvenjenza tar-residenti ta' l-istess pjazza peress li l-eqreb waħda hija pjuttost 'il bogħod?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f`Ħal Tarxien ġa hemm sitt kaxxi ta` l-ittri. Dan in-numru ta` `letter boxes` suppost li jaqdi sew il-ħtiġijiet ta` lokalita bi 8000 ruħ.
Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista'l-Ministru jgħid jekk il-mod kif joħorġu l-permess għal taxis (bojod), minibuses (ħomor) u karozzi tal-linja jridx jiġi liberalizzat u kulħadd jista' jixtri dawn il-vetturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-punti partikulari msemmija f`din id-domanda għad iridu jiġu diskussi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-permessi tal-burdnara iridux jiġu liberalizzati u kulħadd jista' japplika u jingħata l-permess meħtieġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jista` l-Onor. Membru jispeċifika jekk f`din il-mistoqsija bil-kelma burdnara hux qed jirreferi għall-ħaddiema tal-port jew għall-burdnara li jġorru l-merkanzija bejn il-portijiet u l-imħazen ta` l-importaturi. Il-permessi tal-burdnara tal-merkanzija jinħarġu mill-Kontrollur tad-Dwana.
Kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta'l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif se jiġu affettwati il-burdnara li llum huma mdaħħla fil-post workers scheme u fejn il-job jintiret mill-missier għall-iben, din is-sistema hija kompattibbli mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dritt għal wirt m`għadux japplika għall-ħaddiema tal-port li daħlu wara t-23 ta` Ottubru 1992. Dan b`riżultat tal-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-GWU fl-1992. Għalhekk dawn mhux ser ikunu effetwati b`xi regoli ta` l-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5005 dwar vetturi tat-tip commercial li jien poġġejt lill-Ministru ta' l-Intern fit-23 ta' Frar 1999 u cioe':
"Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li vetturi tat-tip commercial se togħlilhom il-liċenzja tal-pulizija? Jekk se tiżdied b'kemm se tiżdied? Jekk se jkun hemm żieda, din se taffettwa lis-self employed ukoll, anke dawk li għandhom vettura jew vetturi li jħaddmu n-negozju tagħhom bihom"?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li m`hemm `l ebda hsieb li vetturi kummerċjali togħlilhom il-liċenzja tat-triq.
Peress li wara l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4860 ġejt informata mir-residenti ta' dawn it-toroq li s-servizzi neċessarji ta' qabel it-tarmac saru kollha mid-dipartimenti konċernati, jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru dawn it-toroq bit-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4860.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern rigward l-introduzzjoni ta' cameras u tagħmir ieħor li jiġbdu r-ritratti u jirrekordjaw l-ispeed tal-karozzi magħrufa bħala CCTV biex ikun hawn kontroll u sewqan aħjar fit-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kontroll ta` l-`ispeed` tal-karozzi u l-infurzar ta` liġijiet konnessi mat-toroq huma responsabilta` tal-Pulizija, għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (vii) ingħataw extensions?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f`Ottubru li għadda b`risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta` mistoqsijiet simili diġa tajt informazzjoni dettaljata, li f`kull każ inħela ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida `l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Trasport pubbliku — Rotta lejn l-Isptar San Vinċenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jara hijiex possibbli li ssir rotta diretta lejn l-Isptar San Vinċenz de Paule peress li bħalissa hemm mixja twila mill-istage sa l-istess sptar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku qed tipprova ssib mod kif il-karozzi tal-linja tar-Rotta 35 ikunu jistgħu jgħaddu qrib il-kumpless San Vinċenz de Paul.