Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex Normandy Road, Misraħ il-Fortizza u Triq il-Mediterran f'Pembroke isirilhom id-dawl meħtieġ peress li minkejja li dawn it-toroq huma użati ħafna minn nies ta' Pembroke, mit-turisti u anki mit-traffiku imma m'għandhomx dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex jiżdied id-dawl fit-toroq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista'l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex triq bla isem li minn Medjez Road tagħti għal ħdejn Juno Flats, f'Pembroke, isirilha d-dawl meħtieġ peress li din it-triq hija wżata ħafna minn nies ta' Pembroke, imma m'għandhiex id-dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq li għaliha qed issir riferenza qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex fi Triq il-Kurunell Lorenzo Manche' bejn Triq Dun Ammabile Sisner u Triq Mikielanġ Grima f'Pembroke isir id-dawl meħtieġ peress li din it-triq hija wżata ħafna minn nies ta' Pembroke, imma m'għandhiex id-dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq li għaliha qed issir riferenza qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex fl-ewwel parti ta' Tuneż Road, min-naħa ta' Medjez Road, f'Pembroke isir id-dawl meħtieġ peress li din it-triq hija wżata ħafna minn nies ta' Pembroke, imma m'għandhiex id-dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq li għaliha qed issir riferenza qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qegħdin jagħmlu bħalissa l-crew li kienu jaħdmu fuq St Elmo? X'offerti ta' xogħol ingħatawlhom u b'liema kondizzjonijiet? X'inhuma l-prospetti ta' l-impjieg tagħhom għall-futur?
Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewoprea l-imporaturi lokali jitilfu export refund fuq kull litru ta' sunflower oil, olive oil, eċċ li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi?
Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund?
Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tas-sunflower oil u l-olive oil għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri?
Kemm fil-fatt ġew importati varjetajiet ta' żjut ta' din il-kwalita' matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn?
Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonjiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
NUMRU TAL-VETTURA SPIŻA Lm UFFIĊJAL RESPONSABBLI MILL-
VETTURA
TFB 740 149 Segretarju Privat tal-Ministru
IAK 221 100 Assistent Personali tas-
Segretarju Parlamentari Dr. G.
Hyzler
IAK 221 100 Assistent Personali tas-
Segretarju Parlamentari Dr. G.
Hyzler
GM 20 100 Xufier tas-Segretarju
Parlamentari Dr. G. Hyzler
GM 21 140 Xufier tas-Segretarju
Parlamentari Sur. E. Vassallo
F'kull każ ix-xufier tal-vettura kien l-uffiċjal responsabbli minnha.
Jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bastiment tal-bunkering St Elmo jsirlu r-refurbishment li għandu bżonn? Jekk iva, kemm huwa kkalkolat li jqum dan ir-refurbishment?
Jista'l-Ministru jgħid liema bastimenti qegħdin bħalissa jagħmlu x-xogħol li kien jagħmel qabel St Elmo? Kemm għandhom crew? Ta' liema nazzjonalita' huma? X'bandiera jtajjru dawn il-bastimenti? Għaliex ma mpjegawx fuqhom il-crew li kien hemm fuq St Elmo?
Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 76c fuq kull kilo butir li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott?
Jista'l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jassigura l-Ministru lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-butir għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat butir matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?
Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi, il-fabbriki, dolċiera, eċċ lokali jitilfu export refund ta'madwar 22c3 fuq kull kilo zokkor li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tagħmel użu minn dan il-prodott?
Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund?
Jista' l-Ministru jassigura l-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta'l-Unjoni Ewropea il-prezz taz-zokkor għall-poplu tagħna mhux se jogħla wara li nsiru membri?
Kemm fil-fatt ġie importat zokkor matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?
Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewoprea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 6c fuq kull kilo ross li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista'l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott?
Jista'l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund?
Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tar-ross għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri?
Kemm fil-fatt ġie importat ross matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?
Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund fuq kull kilo trab tal-ħalib li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott?
Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund?
Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tat-trab tal-ħalib għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri?
Kemm fil-fatt ġie importat trab tal-ħalib matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?
Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 52c fuq kull kilo ġobon li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott?
Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund?
Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-ġobon għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri?
Kemm fil-fatt ġie mportat ġobon matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li tinfetaħ fergħa tal-posta fil-Mellieħa? Meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Wieħed mill-għanijiet fil-pjan strateġiku tal-Maltapost huwa l-immodernizzar tal-uffiċini tal-posta madwar Malta. Naturalment il-pjan jinkludi żieda fin-numru ta' fergħat skond il-ħtieġa u l-fondi ppjanati. Huwa l-ħsieb tal-kumpanija li tiftaħ fergħa ġdida fil-Mellieħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed skond l-aħħar statistika? Jista' jagħti breakdown ta'dawn is-self-employed, raħal raħal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li f'Settmebru 1999, in-numru ta' persuni li jaħdmu għal rashom kien ta' 15,427.
L-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jiġborx statistika ta' dawn it-tip ta' ħaddiema raħal b'raħal.