B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19716, fejn qed jintqal li bħala parti mill-inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn fuq il-kunċett EkoGħawdex sar xogħol fiċ-Ċentru t’ Innovazzjoni fix-Xjenzi Rurali u l-Ambjent, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex tkomplew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u upgrading fil-Farm Sperimentali tal-Gvern?
Response (REFALO, ANTON)
Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmija spiża mill-2013 l’hawn hija €159,996.79.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19716 fejn qed jintqal li bħala parti mill-inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn fuq il-kunċett EkoGħawdex kien hemm xogħol fuq mixja madwar il-kosta, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-iżvilupp ta’ mixja madwar il-kosta li ġiet ippubblikata fi brochure?
Response (REFALO, ANTON)
Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmija nefqa hija €9205.20.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19716, fejn qed jintqal li bħala parti mill-inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn fuq il-kunċett EkoGħawdex sar xogħol fil-Librerija Pubblika, jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża biex saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u ristrutturar f’dan il-post?
Response (REFALO, ANTON)
Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża mill-Vot 7239 Eko Għawdex hija ta’ €9,984.11.
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq il-parti ta’ fuq ta’ Triq il-Għajn fil-Fontana (minn ħdejn il-Knisja tal-Fontana sa Pjazza Tomba fir-Rabat)? Meta hu mistenni jitlesta dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin ix-xoġħlijiet fi Triq l-iSptar San Ġiljan, Fontana u Triq Sant' Ursola, Victoria.
Jista' l-Ministru jgħid kif l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 19822 tista' tkun klassifikata bħala waħda kunfidenzjali u ta' natura kummerċjali meta qed nitkellmu fuq numri li jikkonċernaw kumpanija pubblika li s-shareholder prinċipali tagħha huwa l-Gvern u li hija l-uniku kumpanija li topera traġitt bil-vapuri bejn Malta u Għawdex? Għaliex ma jridx iwieġeb kemm hemm ħaddiema nieqsa f’din il-kumpanija u f’liema gradi huwa n-nuqqas? Meta hu maħsub li se jiġu ngaġġati dawn il-ħaddiema li hemm nieqsa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mal-mistoqsija parlamentari nru. 19822.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19719, fejn il-Ministru gie mistoqsi jgħid kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq il-bordijiet li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu, fejn fit-tweġiba ngħad li l-ispiża fuq il-Bord tal-Gozo Channel fl-2010, 2011 u 2012 kienet ta' €272,454.87 u li fl-2012 biss l-ispiża kienet ta' €51,714.82, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn l-ispejjeż imsemmija fit-tweġiba? Jista' jgħid kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet (ħlasijiet lill-membri tal-Bord ) fuq il-Bord tal-Gozo Channel għas-snin 2012, 2013 u 2014, kif fil-fatt ġie mitlub fil-mistoqsija oriġinali?
Response (REFALO, ANTON)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Nterpellant għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (REFALO, ANTON)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Nterpellant għadu qed jinġabar.
L-Għarb — Triq Tumas Cassar u Triq Santu Pietru - resurfacing
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Tumas Cassar u Triq Santu Pietru fl-Għarb humiex se jiġu re-surfaced mill-Ministeru għal Ghawdex kif kien ippjanat u dan peress li dawn intużaw bħala alternative routes għaż-żmien li kien għaddej ix-xogħol fuq toroq arterjali u ġratilhom ħsara kbira? Jista' jgħid liema xogħol hu ippjanat li jsir fuq dawn it-toroq u meta hu mistenni li jsir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-asfaltar fi Triq Tumas Cassar u t-tiswijiet fi Triq Santu Pietru ser isiru fil-futur qarib, kif saru diversi toroq oħra f’dawn l-aħħar sentejn u nofs li kienu jinstabu fi stat ta' telqa u abbandun. Dawn it-toroq jammontaw għal 17-il kilometru. Dan jikkontrasta mal-medja ta’ 1.67km fis-sena, li sar taħt l-amministrazzjoni precedenti.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li l-vapur tas-6:00am mill-Imġarr lejn iċ-Ċirkewwa jibda jitlaq fis-5:45am u warajh ikun hemm ieħor fis-6:15am, fis-7:00am u fis-7:30am sabiex jiġi assigurat li l-ħaddiema Għawdxin jaslu fil-ħin għax-xogħol speċjalment dawk li jibdew fis-7:00am? Jaf li minħabba l-konġestjonijiet tat-traffiku li qed ikun fit-toroq ta’ Malta ħafna ħaddiema, speċjalment dawk li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u jibdew fis-7:00am mhux qed jaslu fil-ħin għax-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-Gozo Channel Co Ltd qiegħda tagħmel minn kollox biex tagħti l-aħjar servizz lil klijenti tagħha. Filfatt it-timetable tas-Sajf bdiet ġimgħa qabel is-soltu u ġiet estiża b’xahar sal-25 ta’ Ottubru. Barra minhekk żdiedu ukoll it-trips fit-timetable tax-Xitwa biex dik illi qabel kienet magħrufa bħala it-timetable tal-mid season issa saret it-timetable tax-Xitwa. Rigward it-trips ta’ filgħodu fejn ikun possibli qegħdin inżommu vapur standby biex jekk ikun hemm bżonn jagħmel trips żejda biex inlaħqu mad-domanda. Dan kollu jirrekjiedi aktar overtime, barra spejjes oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18064, jista’ l-Ministru jgħid xi preparamenti saru s’issa biex tinbena mill-ġdid jew tiġi resurfaced Triq Sant’ Antnin f’Għajnsielem, Għawdex? Jista’ jgħid x’xogħol hemm ippjanat li jsir fuq din it-triq? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru l-preparamenti neċessarji biex tingħata l-offerta fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18086 fejn irriżulta li hemm ammont konsiderevoli ta’ overtime li qed isir fil-Kumpanija Gozo Channel, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema nieqsa f’din il-kumpanija u f’liema gradi huwa n-nuqqas? Meta hu maħsub li se jiġu ngaġġati dawn il-ħaddiema li hemm nieqsa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda kunfidenzjali u ta’ natura kummerċjali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18054, jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq il-parti ta’ fuq ta’ Triq tal-Għajn fil-Fontana (minn ħdejn il-Knisja sa Pjazza Tomba)? Meta hu mistenni jitlesta dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Triq l-Isptar San Ġiljan mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandux impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?
Response (REFALO, ANTON)
Naghmel riferenza ghall-prassi li kienet uzata f’legizlaturi precedenti u ngharraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tinghata biss bil-kunsens tal-individwi kkoncernati.
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol sar fuq il-partijiet komuni tal-blokok ta’ appartamenti f’Taċ-Ċawla , fir-Rabat, Għawdex matul is-sena 2015? Jista’ jgħid kemm hemm blokok ta’ appartamenti f’Taċ-Ċawla u kemm hemm appartamenti f’kull blokk? Jista’ jgħid liema xogħol hu ppjanat li jsir fix-xhur li ġejjin fil-partijiet komuni ta’ liema blokok ta’ dawn l-appartamenti, u meta hu mistenni li jsir ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Channel – persuni li għandhom rwol ta’ konsulent
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom rwol ta' konsulent mal-kumpanija Gozo Channel jew mal-Ministeru tiegħu fuq il-Gozo Channel? Jista' jgħid min huma dawn il-persuni u x' kundizzjonijiet ingħataw kif ukoll għal kemm żmien ġew ingaġġati?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal Mistoqsijiet Parlamentari 12611 u 11883.
Jista' l-Ministru jgħid mil-liema Avviż Legali joħroġ il-prezz tan-noll li jħallsu l-passiġġieri u dak li jitħallas minn passiġġieri bil-vetturi li jaqsmu bejn Malta u Għawdex u jagħti lista' tal-prezzijiet kollha li huma in vigore bħalissa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-nollijiet huma regolati skond il-Gozo Passenger and Goods Service (Fares) Regulations (LN14 of 2004) kif emendata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bejn Malta u Għawdex u viċe-versa bil-vapuri tal-Gozo Channel kull sena mill-2010 sas-sena 2014? Kemm minn dawn il-passiġġieri kienu Maltin u kemm kienu Għawdxin (bin-noll ridott)? Kemm kien id-dħul tal-kumpanija kull sena mill-passiġġieri Maltin u mill-passiġġieri Għawdxin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Channel — vjaġġi bejn Malta u Għawdex fi żmien Santa Marija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi, kemm kienu l-passiġġiera, u l-karozzi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel fi żmien Santa Marija tal-2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Channel — vjaġġi bejn Malta u Għawdex fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi, kemm kienu l-passiġġiera, u l-karozzi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena tal-2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Channel — vjaġġi bejn Malta u Għawdex fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi, kemm kienu l-passiġġiera, u l-karozzi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir tal-2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.