Uffiċċju tal-Prim Ministru — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ventilation report, fire report, noise report u safety report li permezz tagħhom ħareġ il-permess għall-uffiċini ta' Transport Malta li jinsabu fil-blokka tal-A3 Towers fil-Marsa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-uffiċini ta' Transport Malta li jinsabu fil-blokka tal-A3 Towers fil-Marsa huma konformi mal-liġijiet sanitarji ta' pajjiżna u ma huma tal-ebda periklu għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jaħdmu fihom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm irġiel fis-Servizz Pubbliku li applikaw biex jaħdmu mid-dar u minn liema Ministeru? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm oħrajn li ġew rifjutati u fuq liema bażi ġew rifjutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill l-Onor. Interpellant biex jispeċifka għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa fis-Servizz Pubbliku li applikaw biex jaħdmu mid-dar u minn liema Ministeru? Kemm minnhom ġew aċċettati u oħrajn li ġew rifjutati u fuq liema bażi ġew rifjutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill l-Onor. Interpellant biex jispeċifka għal liema perjodu qed jirreferi.
Rakkomandazzjonijiet minn rifjut għall-ħruġ tal-permess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30318 u jgħid kemm inqalbu rakkomandazzjonijiet minn rifjut għal ħruġ tal-permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar għas-sena 2016, f'liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex u jekk hux fl-skema tal-Bini jew ODZ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli llum mis-sigurtà tal-istrong rooms li qegħdin fl-Istamperija tal-Gvern u li huma proprjetà tal-Kummissjoni Elettorali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ir-responsabbiltà tal-istrong rooms li qegħdin fl-Istamperija tal-Gvern hija tal-Kummissjoni Elettorali bil-kollaborazzjoni tad-Direttur tal-istess Stamperija.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar l-istruttura amministrattiva li qed tintu¿a biex titħaddem l-Awtorità tal-Artijiet? Kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-istess awtorità? Xi skali għandhom dawn l-istess ħaddiema?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta il-Liġi tal-Awtorità ta’ l-Artijiet tidhol fis-sehh, l-istruttura amministrattiva tkun dik kif stipulata fil-liġi. In numru ta’ ħaddiema u l-iskali tagħhom jkun skont il-ħtiġijiet ta’ l-istess Awtorità.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fl-aħħar jiem, preċiżament bejn il-Ġimgħa 27 ta' Jannar u l-Ħadd 29 ta' Jannar, fiż-żona magħrufa bħala tax-Xama f'San Pawl il-Baħar intefax drenaġġ fil-baħar mill-pumping station li tinsab fl-istess żona?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li seħħ żbroff ta’ drenaġġ fiż-żmien u l-akwati msemmija minħabba sadd fil-pompi li ġie kkaġunat minn rimi ta’ materjal mhux awtoriżżat fis-sistema tad-drenaġġ. L-inkonvenjent ġie rrimedjat fi żmien qasir.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu s’issa esproprji bl-inizjattiva tal- Budget 2015, li jitħallsu dawk l-esproprji li għandhom jieħdu sa €50,000?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-ħlasijiet tal-esproprji li huma ‘l fuq minn €50,000 u li ma jaqgħux taħt l-inizjattiva tal-Budget 2015?
Peress li hawn djar li ngħataw bħala plots taħt l-iskema tal-Home Ownership Scheme (HOS) u li għad ma għandhomx titolu, x’għamel sa issa l-gvern u x’beħsiebu jagħmel fis-snin li ġejjin f’dan ir-rigward?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-inizjattiva li ssemmiet fil-
Budget 2016
, rigward it-talbiet għat-trasferiment ta’ raba’ li baqgħu pendenti, meta u kif se tiġi proposta emenda fil-liġi, biex tiġi ffaċilitata t-trasferiment tal-art agrikola tal-gvern, bejn bdiewa, speċjalment bejn membri tal-istess familja?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Istamperija tal-Gvern? Jista’ jgħid x’inhu r-rwol u l-grad ta’ kull impjegat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Bħalissa fl-Istamperija tal-Gvern hemm erbgħa u ħamsin (54) ħaddiem li jinqasmu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Ir-rwol ta’ kull grad joħroġ mill-istess nomenklatura.
Numru ta’ impjegati
Rwol
1
Director (GPP)
1
Chief Printer
3
Assistant Chief Printers
2
Principal
1
Printing Standards Reviewer
5
Inspector (Printing Press)
1
Technical Officer
24
Senior Printer
2
Executive Officers
1
Clerk
1
Officer in Scale 16
6
Printer
4
General Hand
1
Watchman
1
RSS employee on Watchman duties
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-responsabiltajiet taċ-Chief Printer tal-Istamperija tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ir-responsabiltajiet taċ-Chief Printer huma kif imqassam hawn taħt:
i) ir-responsabilità għat-tmexxija fis-sezzjonijiet tal-produzzjoni;
ii) it-tħejjija tad-dokumenti tal-offerta għax-xiri ta’ tagħmir / materjal;
iii) iż-żamma tad-dixxiplina u kontroll tal-impjegati;
iv) l-ippjanar u t-tmexxija tal-programmi ta’ manutenzjoni fis-sezzjonijiet kollha;
v) dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Enemalta għadhiex twaħħal dwal fit-toroq pubbliċi, fuq arbli minflok mal-faċċati tan-nies, fejn tali dawl ma jkunx jista' jitwaħħal mal-istess faċċati? Xi proċedura partikulari qed tapplika l-Enemalta fiċ-ċirkostanzi fejn ma jkunx possibli li tali dwal jitwaħħlu mal-faċċati tar-residenzi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Enemalta plc li l-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’postijiet pubbliċi ilha għal diversi snin ma tkunx taħt ir-responsabilita’ ta’ Enemalta plc. Deċiżjonijiet u ppjanar dwar fejn u kif jitwaħħlu dwal ġodda f’postijiet pubbliċi jittieħdu mill-entitajiet responsabbli mill-post fejn dawn ikun meħtieġa.
L-għajnuna ta’ Enemalta plc tintalab biss biex dwal ġodda li jkunu saru mill-entitajiet konċernati, fosthom kunsilli lokali, jkun jeħtieġ li jingħataw provvista tal-elettriku mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku nazzjonali. Dan isir billi l-entitajiet konċernati jimlew il-formola u ċ-ċertifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex issir din il-konnessjoni, u jissottomettuha lil ARMS Ltd. Jekk l-applikazzjoni jkollha ċ-ċertifikazzjonijiet kollha li jiżguraw li l-installazzjoni saret b’mod sikur u skont il-prattiċi stabbiliti, Enemalta tkun tista’ tqabbad id-dwal mas-sistema tal-elettriku biex jinxtegħlu.
Sptar Mater Dei – waiting lists – studju u suġġerimenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jghid min hu l-Ministru konċernat indikat fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30378 u jgħid lil min ingħata l-inkarigu li jagħmel studju u suġġerimenti dwar il-waiting lists fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar dwar il-waiting lists f'Mater Dei? Jista’ jagħti l-ammont li tħallas għal dan ir-rapport?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tas-Saħħa.
Awtorità tal-Ippjanar – proposti għal estensjonijiet ta’ yacht marinas
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proposti ta' estensjonijiet ta' yacht marinas li jinsabu pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA)? Liema permessi oħra, li ġew approvati mill-PA/MEPA, għadhom pendenti biex fil-fatt jinfetħu?
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti għall-bini ġdid/estensjonijiet ta’ skejjel tal-gvern jew privat
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għal dak li jikkonċerna bini ġdid/estensjonijiet ta' skejjel tal-gvern jew tal-privat, u fejn jinsabu?