Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #484 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Flus allokati għall-ospitalita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm flus allokati għall-ospitalita' għas-sena 1998? Kemm intnefqu minn dawn il-flus sa Awissu, 1998? Fiex intnefqu? Baqa' kontijiet pendenti? Kemm mill-flus li ntnefqu intnefqu matul ix-xahar ta' Awissu, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

MINISTERU TAS-SAĦĦA - FLUS ALLOKATI GħALL-OSPITALITA' Flus allokati fil-vot tad-dekasteru tas-Saħħa għall-ospitalita għas-sena 1998: Ministeru Lm 3000 Segretarju Parlamentari Lm 2000 D.C.S. Lm 700 Diviżjoni tas-Saħħa Lm 7300 TOTAL Lm 13,000 Nefqa sa l-aħħar ta' Awissu 1998 Ministeru Lm 5616 Segretarju Parlamentari Lm 1311 D.C.S. Lm 58 Diviżjoni tas-Saħħa Lm 2411 TOTAL Lm 9396 Din intefqet kif jidher hawn taħt. ___________________________________________ ______ Ministeru Seg. DCS Div. Parl. tas-Saħħa _______________________________________ __________ Lm Lm Lm Lm ______________________________________________ ___ Drinks 1985 754 58 73 Lunches 1747 282 - 2338 Wreaths/Bouq. 185 175 - - Accom. 1478 100 - - Gifts 221 - - - TOTAL 5616 1311 58 2411 ____________________________________________ _____ Kontijiet Pendenti Ministeru Lm2074 Diviżjoni tas-Saħħa Lm 97 L-infieq għax-xahar ta' Awissu kien Lm1,972
Leg 9 PQ #499 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Blood Donation Unit — Xufiera - Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat f'overtime inħadmu minn xufier/a biex jopera l-mobile blood donation unit minn meta kien introdott dan is-servizz? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm tħallas/tħallsu x-xufier/a ta' dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: __________________________________________ _________________ Joseph Joseph Azzopardi Ass. Care Worker Xufier __________________________________________ _________________ Siegħat Ħlas Siegħat Ħlas ____________________________________________ _______________ Dicembru'97 61 141.957 68 149.67 Dic'97 Ħdud _ _ 32 93.91 Jannar'98 70 166.810 136.5 308.08 Jan'98 Ħdud - - 47.5 142.93 Frar'98 75.5 179.917 125.5 283.25 Frar'98 Ħdud - - 47.5 142.93 Marzu '98 36 87.624 130 293.41 Marzu'98 Ħdud 17.25 55.610 60 180.54 April'98 85 206.890 135.5 305.82 April'98 Ħdud - - 48 144.48 Mejju'98 38.5 93.709 154.5 348.71 Mejju'98 Ħdud 19.5 63.297 65 195.62 Ġunju'98 - - 85.0 191.85 Ġunju'98 Ħdud - - 24 72.24 Lulju'98 - - 87.5 197.49 Lulju'98 Ħdud - - 12 36.12 Awissu'98 - - 134.5 303.59 Awissu'98 Ħdud - - 40 120.38 Settembru'98 - - 66.5 150.10 Sett.'98 Ħdud - - 16 48.15 Total 995.814 3709.27 Il-Ħlas totali għall-overtime lil dawn iz-zewg impjegati matul id-9 xhur imsemmija kien ta'Lm4705.804
Leg 9 PQ #14 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Tibdiliet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jimplimenta l-bidliet fl-out-patients ta' l-Isptar San Luqa skond ir-rapport li kien ġie ppreżentat lill-Amministrazzjoni Laburista preċedenti, fejn fost oħrajn pazjent kien se jkollu l-ħin eżatt ta' l-appuntament? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jibda dan il-programm? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għall-ewwel parti tad-domanda hi fil-pożittiv. Il-programm diġa' beda jiġi implimentat u fil-fatt fejn jidħlu appuntamenti diġa qegħdin jingħataw bil-ħin f'dawn id-dipartimenti: Diabete, Dipartiment tar-Radioterapija, Pulmonary Function Lab., Klinika tar-Rheumatology u fl-Out patients' tal-Kirurġija Pedjatrika. L-għan aħħari hu li kull pazjent li jattendi l-Out-Patients' Department ikollu l-ħin eżatt ta' l-appuntament tiegħu (skond il-kompjuter). Nikkonferma li miexi ix-xogħol biex dak li twettaq s'issa fid-dipartimenti fuq imsemmija jiġi estiż għad-dipartimenti l-oħra kollha fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #16 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Segretarjat/Ministeru tas-Saħħa — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li saret biex sar it-trasferiment tas-segretarjat u l-Ministeru tas-Saħħa minn Casa Leone għal Palazzo Castellania?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa li saret biex sar it-trasferiment tas-Segretarjat u l-Ministeru tas-Saħħa minn Casa Leoni għal Palazzo Castellania kienet ta'Lm750.
Leg 9 PQ #17 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar Ġdid

Question

Billi tħabbar pubblikament li mhux se jkun hemm bżonn ta' sular ieħor fl-Isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-bed space area, min kienu l-konsulenti li tawh dan il-parir, kemm se jkun hemm sodod fl-isptar Tal-Qroqq bħala in-patients u day beds rispettivament? Ladarba kien hemm din l-istqarrija, jista' l-Ministru jpoġġi r-rapport u d-disinji li juru li m'hemmx bżonn sular ieħor, fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fir-rapport 'Development Strategies Issue One' presentat f'Awissu 1998, il-konsulenti tad-disinji i.e. 'Norman and Dawbarn Ltd.' akkomodaw il-bżonnijiet kollha tal-'Medical Brief', inkluż in-numru ta' sodod, mingħajr il-bżonn ta' sular ieħor. Id-disinji għadhom għaddejjin mill-proċess ta' evolviment u għaldaqstant m'humiex finali. N.B. B'sular ieħor hu mifhum sular fuq Block D.
Leg 9 PQ #29 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti Maltin u Għawdxin residenti fil-gżejjer tagħna li kellhom jintbagħtu għall-kura medika fi sptarijiet barranin matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu tfal, żgħażagħ, irġiel, nisa u anzjani fl-istess perijodu? F'liema pajjiżi marru għall-kura u kemm kienu l-każijiet ġodda f'kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li ntbgħatu għal kura barra minn Malta kienu: 1993 - 576 pazjent 1994 - 546 pazjent 1995 - 318 pazjent 1996 - 326 pazjent 1997 - 291 pazjent Il-każijiet ġodda f'kull sena kienu: 1993 - 481 pazjent 1994 - 423 pazjent 1995 - 208 pazjent 1996 - 227 pazjent 1997 - 190 pazjent Rigward it-tqassim bl-eta' nagħti l-informazzjoni f'xi seduta oħra. Il-pazjenti ntbgħatu għall-kura fir-Renju Unit.
Leg 9 PQ #30 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'assistenza ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jingħataw meta jkollhom jieħdu kura medika fi sptarijiet barranin? Kemm-il sena ilha tingħata din l-għajnuna u jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi riflessa għaż-żmenijiet tal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta pazjent jintbagħat barra għal kura, is-Dipartiment tas-Saħħa jħallas l-ispejjeż kollha inkluż it-trasport u l-akkomodazzjoni. L-ispejjeż tal-passaġġ jitħallsu wkoll mid-Dipartiment jekk pazjent jikkwalifika għall-għajnuna skond 'means test'. Id-Dipartiment ilu jagħti din l-għajnuna mill-1948 meta ntbagħat l-ewwel pazjent barra għal kura.
Leg 9 PQ #80 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministru tas-Saħħa — Safra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, il-Ministru tas-Saħħa siefer darba, lejn Copenhagen għat-48 Sessjoni tal-Kumitat Reġjonali ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Il-membri l-oħra tad-Delegazzjoni kienu l-Aġent Tabib Ewlieni tal-Gvern, id-Direttur tal-Politika u l-Ippjanar fid-Diviżjoni tas-Saħħa, il-Konsulaent tad-Delegazzjoni u l-Assistent Personali tal-Ministru. Is-safra swiet Lm4711. Minn din is-somma għad irid jitnaqqas id-Discount fuq il-'fares' ta' l-Air Malta. Il Ministru ndirizza s-Sessjoni kif ukoll kellu laqgħat ma' Dr. G. Brundtland, Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Dr. J. Assvall, id-Direttur Reġjonali u ma uffiċċjali fl-Uffiċċju Reġjonali. F'dawn il-laqgħat ġew diskussi r-relazzjonijiet ta' Malta mal-WHO u kif dawn jistgħu jerġgħu jissaħħu. Il-Ministru kellu numru ta' laqgħat ma' diversi delegazzjonijiet oħra dwar relazzjonijiet bilaterali speċjalment dwar l-għajnuna u s-support li offrew xi pajjiżi, fosthom l-Olanda u l-Ġermanja, biex il-leġislazzjoni Maltija dwar is-Saħħa tikkonforma ruħha ma' dik ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #136 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdida

Question

Billi kien hemm rapport f'ġurnal lokali li 1/5 tal-bini ta' l-isptar Tal-Qroqq se jitwaqqa', jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-disinji l-ġodda u r-rapport li jikkonferma dan? Ladarba jidher li d-disinji huma lesti, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex il-problema maħluqa fis-second basement li huwa għoli biss żewġ metri skond kif kien iddisinjat mill-Ortesa u mibni skond kif disinjati minn Amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti (1992 - 1996), tiġi riżolta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-allegazzjonijiet li dehru fir-rapport tal-ġurnal imsemmi ġew imwieġba mill-F.M.S. f'ħarġa oħra ta' l-istess ġurnal. Fir-rapport "Development Strategies Issue One" presentat f'Awissu 1998, il konsulenti tad-disinji i.e. "Norman and Dawbarn Ltd." akkomodaw il-bżonnijiet kollha tal-'medical brief', inkluż in-numru ta' sodod, mingħajr il-bżonn ta' sular ieħor. Id-disinji għadhom għaddejjin mill-proċess ta' evolviment u għaldaqstant mhumiex finali. N.B. B'sular ieħor hu mifhum sular fuq Block D.
Leg 9 PQ #145 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — ECG Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kors ta' l-ECG technicians li hu ta' madwar sentejn jiġi żviluppat aktar u jkun jinkludi wkoll training biex l-ECG technicians ikunu jistgħu jagħmlu Echo Cardiogram, stress ECG u Holter monitoring? Jaħseb il-Ministru li b'dan il-mod tista' titnaqqas il-waiting list li akkumulat għal dawn it-tip ta' tests? Fil-każ ta' ECG technicians diġa' kwalifikati hemm il-ħsieb li dawn jingħataw aktar training biex anke dawn ikunu jistgħu jibdew jgħinu fl-Echo Cardiogram, Stress ECG's u Holter monitoring?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-technicians li jaħdmu fil-Cardiac Lab. huma perfettament kapaċi jagħmlu 'stress tests' waħidhom u ser ikunu wkoll kapaċi jinterpretaw ir-rapport ta' Holter. Il-'waiting list' tista' titnaqqas biss billi jkompli jsir użu għaqli mill-'equipment' eżistenti. Ninnutaw per eżempju li numru ta' pazjenti ma jżommux l-appuntament u s'issa ma kienx hemm sistema li jissejħu pazjenti oħra flokhom. Permezz ta' sistema kompjuterizzata ta' appuntamenti din id-diffickulta se tingħeleb. Id-Dipartiment bi ħsiebu joħroġ sejħa għal kors ta' taħriġ għal ECG Technician.
Leg 9 PQ #259 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pilloli out of stock li kienu nieqsa fl-ispiżeriji taċ-ċentri tas-saħħa mis-7 ta' Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-informazzjoni li għandu d-Dipartiment, il-Pilloli li kienu out of stock jew nieqsa fl-ispiżeriji taċ-centri tas-saħħa mis-7 ta' Settembru 1998 sal-gurnata tal-lum huma dawn: ______________________________ Floriana 15/9/98 ______________________________ Nifedipene 10mg Isordil 10mg Metformin 500mg _______________________________ Gżira 09/9/98 _______________________________ Sodium Cromoglycate Salbutamrol Potassium Chloride _______________________________ Mosta 28/9/98 _______________________________ Atropine Tabs* Penicillamine Hydrocortisone _______________________________ G żira 29/9/98 _______________________________ Nil _______________________________ Luqa 29/10/98 _______________________________ Hydrocortisone _______________________________ P aola Hydrocortisone Mebevirine Metronidazole Senna* _______________________________ Postal 29/9/98 _______________________________ Atarax Enalapril 20mg Tryptizol 25mg Ketotifen Metformin Naproxen* Senna Prednisolone Anaframil Tegretol Benztropine Stelazine Vitamin B6 Gaviscon Methylergotamine* Nicotinamide _______________________________ Flo riana 17/10/98 _______________________________ Augmentin Tabs Digoxin PG Warfarin 1mg Warfarin 3mg Ranitidine 150mg Senna Tabs 7.5mg* Tamoxifen 10mg Fucidin Tabs* Cromoglycate* _______________________________ Gż ira 29/10/98 _______________________________ Senna 7.5mg Folic Acid Hydrocortisone _______________________________ M osta 09/10/98 _______________________________ Atropine Tabs* Hydrocortisone Potassium Chloride Mebevirine Tabs Fludocortisone _______________________________ P ostal 29/10/98 _______________________________ Senna Tabs ______________________________ Floriana 29/10/98 ______________________________ Medroxyzine Captopril Tryptizol ______________________________ Mosta 29/10/98 ______________________________ Atropine Tabs* Hydrocortisone Mebevirine Tabs _____________________________ Skond l-out of stock list maħruġa mill-Medical Stores fit-22 ta' Ottubru, dawk il-pilloli immarkati b'* huma out of stock mill-Medical Stores. L-oħrajn hija kwistjoni li jkunu spiċċcaw mill-ispiżeriji u qed jistennew li dawn jiġu mwassla fl-ispiżeriji. Il-lista ta' l-ispiżeriji tal-Postal Service għad 29 ta' Settembru hija twila għax dak iż-żmien l-ispiżeriji kienet qed tistenna l-konsenja tagħha ta' kull erba'xhur.
Leg 9 PQ #273 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' transfers li saru fid-Diviżjoni tas-saħħa mis-6 ta' Settembru 1998 sal-24 ta' Ottubru 1998 huwa tmienja u tletin (38) li minnhom wieħed u għoxrin (21) saru fuq talba ta' l-impjegati stess.
Leg 9 PQ #411 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru 1998 fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inzid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.141 ħlief li c-caqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenzi tas-serviżż.
Leg 9 PQ #414 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 141 ħlief li ċ-ċaqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenżi tas-servizz.
Leg 9 PQ #415 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Isptar Boffa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.141 ħlief li ċ-ċaqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenżi tas-servizz.
Leg 9 PQ #7 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998? Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati? X'karigi ngħataw fil-Ministeru? X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati? Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema Dipartiment kien jaħdem? X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn? X'kondizzjonijiet ingħataw? Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent ma hux possibli jew sostenibbli illi iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat jiftaħ fuq bażi ta` 24 siegħa kuljum bin-numru ta` tobba li fil-preżent jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #8 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-impjegati li mid-dipartiment tas-saħħa marru ma' segretarjati ta' ministri jew segretarji parlamentari? X'kien il-grad f'kull każ? F'kull każ, x'inhu l-indirizz u n-numru tal-karta' ta' identita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar.
Leg 9 PQ #9 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Breast screening

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir programm ta' breast screening f'Malta u f'Għawdex skond kif titlob l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, meta huwa mistenni li jibda dan il-programm? Jekk fin-negattiv għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif jaf sew l-Onor. membru hemm diversi problemi tekniċi biex iddaħħal programm bħal dan. Minħabba dawn il-problemi għadu m'hux il-waqt li nintroduċu 'screening programme' nazzjonali għall-kanċer tas-sider.
Leg 9 PQ #10 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-infiq tas-segretarjat u tal-ministeru tas-Saħħa mħallas jew pendenti mis-7 ta' Settembru 1998 sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni billi kull kont ikun itemised, inkluż minn fejn sar ix-xiri? F'kull każ intalbu kwotazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il-Mistoqsija huwa wieħed voluminuż, jista l-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku jekk għandu xi ħaġa partikulari f'moħħu?
Leg 9 PQ #12 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manpower plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jkompli jimplimenta fit-total jew f'parti minnu l-manpower plan li kien ġie approvat mill-Amministrazzjoni preċedenti Laburista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-"manpower plan" imsemmija mill-Onor. Interpellant qed tigi studjata.