Legislature:
Category:
Reset
Active:

Seminar bl-isem "European summer school"

Question

Jista il-Ministru jgħid kemm applikaw u min applika sabiex jieħu sehem fis-seminar bl-isem European Summer School li se jsir bejn it-28 ta’ Marzu u l-4 ta’ April 2004? Min gie magħżul u fuq liema kriterji? Min kienu l-membri tal-bord ta’ l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm seba' applikanti għas-seminar tal-'European Summer School'. Dawn kienu: Mr Leonard Grech, Dr. Charles Briffa, Mr Anthony Licari, Ms Patricia Micallef, Ms Sharon Richard, Ms Gladys Zammit u Ms Mary Josephine Zammit. Informat wkoll li Mr Leonard Grech, ġie nominat peress li huwa l-Uffiċjal Edukattiv fil-qasam ta' l-assessjar u għalhekk is-seminar kien ta' rilevanza u ta' benefiċċju għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dr Charles Briffa ġie magħżul għaliex ġab l-aktar numru ta' punteġġ u warajħ, fit-tieni post, ġiet Ms Mary Josephine Zammit. Il-kriterji li fuqhom intagħżlu dwk li qagħdu għall-interview kienu dawn: Relevance of the bursary to the post of applicant (20%) Possible multiplier effect (15%) Relevant experience in the field (20%) General qualifications and relevant qualifications in the field covered by the bursary (15%) Curricular Knowledge (10%) Personality (10%) Cultural interest (10%) Il-membri tal-Bord kienu: Is-Sur Frank Gatt, Assistent Direttur tal-Kurrikulu Is-Sur Theodore Salafia, Uffiċjal Edukattiv Is-Sinjorina Caroline Fullana Is-Sur Euchar Camilleri, mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

Sta. Venera — Xogħlijiet fl-iskejjel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 2859 u cioe' jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Santa Venera mill-1994 'il hawn u kemm swiet kull biċċa xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sta. Venera — Skola San Franġisk t'Assisi - canteen

Question

Jista' il-Ministru jara li fl-iskola sekondarja San Franġisk t'Assisi, f'Santa Venera ikun hemm canteen adegwat għall-istudenti u li dan jitmexxa minn kuntrattur privat, u mhux minn membru ta' l-istaff, kif normalment isir fi skejjel oħra ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Skejjel primarji — Kunsilli skolastiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskejjel primarji ta' Ħal Qormi, Ħal Luqa, Ħal Kirkop u Santa Venera hemmx kunsilli skolastiċi? Jekk fl-affermattiv, meta beda jiffunzjona kull kunsill? Saret elezzjoni għall-membri? Il-President/a kien nominat lill-ministru mill-kunsill lokali tal-lokalità? Kemm-il darba ltaqa' kull kunsill minn dak iż-żmien 'il hawn? Jista’ jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-minuti ta' dawn il-laqgħat bl-iskop li wieħed ikollu idea ta' l-attivitajiet u s-suġġetti trattati?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tas-Sliema — Skola primarja Ġuże' Bonnici

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4843 u cioe' jista' jassigura li jsiru l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-bini kollu ta' l-iskola primarja Ġuże' Bonnici ta' Tas-Sliema biex jiġi assigurat li jitneħħa u ma jkun hemm l-ebda periklu għas-saħħa u s-sigurta' ta' l-istudenti li jattendu fl-imsemmija skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ta' kuljum il-Kap Taqsima Infrastruttura tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jżur il-Kumpless Skolastiku ta' tas-Sliema biex jassigura li ma jkun hemm ebda periklu għas-saħħa u s-sigurta' ta' l-istudenti.

Skejjel ta' l-istat — Rapporti dwar inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 4182 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rappurtati fl-iskejjel ta' l-istat għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena li sofrew l-istudenti fil-kinder, primarja, sekondarja u l-MCAST separatament? X'tip ta' inċidenti kienu? Kemm-il każ ta' serq ġie rappurtat mill-istess studenti separatament fl-istess perjodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Villa Psaigon — Ħaddiema - Taqsima tal-gardening

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fit-taqsima tal-gardening alloġġjati f'Villa Psaigon? Fiex jikkonsisti x-xogħol ta' kull wieħed u waħda minnhom? Jista’ jpoġġi lista bl-ismijiet tal-persuni kollha li suppost jirrappurtaw għax-xogħol f'din it-taqsima u dawk li suppost jirrappurtaw għax-xogħol f'Villa Psaigon?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni jaħdmu fit-taqsima ta' l-agrikoltura tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hu ta' 66. Dawn il-ħaddiema jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni u tisbieħ ta' ġonna fl-iskejjel.

Taqsima tal-gardening — Villa Psaigon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2003 u Jannar 2004 kemm xtrat fjuri t-taqsima tal-gardening u f'kull każ għal min kienu dawn il-fjuri? Min awtorizza l-ħlasijiet għax-xiri ta' dawn il-fjuri?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bl-eċċezzjoni ta' ftit flower arrangements mixtrija fl-2003 għall-okkażjoni tal-preżentazzjoni tal-Warrants tat-Teachers ordnati mid-Dipartiment tal-Further Studies and Adult Education, il-Gardening Unit ma xtrat l-ebda fjuri matul is-sena 2003 u f'Jannar 2004.

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandhiex xi bini tagħha u xi persuni jaħdmu magħha li xogħolhom hu li jrabbu u jieħdu ħsieb il-qtates? Xi jsir mill-flus li jdaħħlu minn dan ix-xogħol? Kemm idaħħlu flus? Min hu responsabbli biex jara xi jsir minn dawn il-flus?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha l-ebda persuna taħdem magħha jew bini tagħha li xogħolhom hu li jrabbu u jieħdu ħsieb il-qtates. Jista' jkun li l-Onor. Membru qed jirreferi għal biċċa art fil-limiti tal-kulleġġ ta' l-Agrikoltura fejn in-"Natural Cats Society" waqqfet "Cat Sanctuary" u qtates abbandunati jieħdu ħsiebhom il-membri tas-soċjeta', bla ebda spiża lil erarju pubbliku. L-ex-kulleġġ tal-Agrikoltura illum jifforma parti mill-MCAST.

Eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4447, jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew jew se jiġu maħtura? X'inhuma t-terms of reference u sakemm għandhom żmien sabiex titlesta din l-evalwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-core group li qed imexxi l-evalwazzjoni tas-sistema ta' l-eżamijiet SEC u MATSEC hu kompost mill-Professur Frank Ventura, Dr Grace Grima u is-Sur Ray Camilleri. Ix-xogħol mistenni jieħu tmintax il-xahar. Kopja tat-termini ta' rifereza ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Universita' — Studenti barranin

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4266, jista' il-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li għall-bqija tas-sena akkademika mill-1 ta' Mejju sa l-aħħar ta' Ġunju 2004 l-istudenti minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea se jiġu stmati bħal u daqs l-istudenti Maltin meta universitajiet Ingliżi u Olandiżi mhux se jagħmlu l-istess għall-istess perjodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Razzett tal-ħbiberija — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma ssir bejn il-ministeru/diviżjoni ta' l-edukazzjoni u r-razzett tal-ħbiberija? X'għajnuna, anke finanzjarja, jagħti l-gvern lil dan ir-razzett tal-ħbiberija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kapijiet ta' l-iskejjel jorganizzaw attivitajiet għall-istudenti ta' l-iskejjel tagħhom fir-Razzett tal-Ħbiberija. Saru wkoll attivitajiet fir-Razzett tal-Ħbiberija minn studenti li kienu qed jieħdu sehem fil-Programm Skolasajf 2003. Ma tirriżultali l-ebda skema ta' għajnuna finanzjarja bejn ir-Razzett tal-Ħbiberija u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

Għawdex — Skola tas-Sannat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni preżenti fl-iskola tas-Sannat f'Għawdex, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' spazju u l-ħtieġa ta' multi sensory room?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent in-numru ta' studenti li jattendu s-Sannat Special Unit huma 22. Dawn huma maqsuma f'4 gruppi u kull grupp għandu l-klassi tiegħu. Dan iċ-ċentru huwa mgħammar ukoll b'hygiene area u area oħra għall-eżerċizzji, liema area hija kbira u armata biżżejjed biex tilqa' fiha l-istudenti kollha fl-istess ħin. Barra minn hekk il-Ħamis 4 ta' Marzu 2004 ser tiġi inawgurata l-ewwel parti tal-Multisensory Room, illi tkopri il-parti relatata mad-dawl u l-ħsejjes.

ETC — Statistika ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru, bħala Ministru responsabbli għall-ETC, jagħti statistika mill-1998 sa l-2003 dwar in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex, in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu Malta u n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta kif ukoll jagħti l-persentaġġ ta' ħaddiema Għawdxin mal-popolazzjoni Għawdxija u l-persentaġġ ta' ħaddiema Maltin mal-popolazzjoni Maltija?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ETC — Statistika ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru, bħala Ministru responsabbli għall-ETC, jagħti statistika bejn l-1998 sa l-2003 ta' ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex u ta' ħaddiema li jaħdmu f'Malta fid-diversi oqsma tax-xogħol, per eżempju, manifattura, turiżmu, self-employed, mal-gvern u mal-korporazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.