Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21598 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li bħalissa huma impjegati: (a) mal-gvern; (b) ma' l-iskejjel tal-Knisja; (c) ma' l-iskejjel indipendenti? Kemm minnhom huma fuq bażi part-time? Kemm minnhom huma reliġjużi - irġiel u nisa? Kemm minnhom huma nisa?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21598 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li bħalissa huma impjegati: (a) mal-gvern; (b) ma' l-iskejjel tal-Knisja; (c) ma' l-iskejjel indipendenti? Kemm minnhom huma fuq bażi part-time? Kemm minnhom huma reliġjużi - irġiel u nisa? Kemm minnhom huma nisa?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21652 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-lecturing staff fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta? Jista' jgħid kemm-il sena kull wieħed minnhom għallem: (a) fi skola sekondarja għolja; (b) fi skola sekondarja; (c) fi skola tas-snajja'; (d) fi skola primarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru tal-lecturing staff fil-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni fuq bażi permanenti huwa ta' sebgħa u ħamsin. Informat li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni ma għandhiex l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #21662 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u l-korporazzjonijiet u/jew dipartimenti li jaqgħu taħtu li seħħew matul din il-leġislatura?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21678 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vot 22 — Kultura u Arti

Question

Peress li fi statement E mad-diskors tal-budget 2001 jingħad li Vot 22 tal-kultura u arti l-estimi approvati ta' Lm1,232,000 kellu jitla' għal Lm1,412,000 f'estimi riveduti biex jagħmel tajjeb għal kontribuzzjoni ogħla għall-festi tal-millenju biex jinqatgħu l-kontijiet pendenti, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq dawn il-festi? Kemm kienet ogħla minn dak stimat din in-nefqa? Kemm tħallsu mill-kontijiet pendenti? Minn liema voti ġew il-flus għan-nefqa ogħla?

Response (GALEA, LOUIS)

Għall-ewwel mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 15731, 19048 u 21475. Informat li l-flus għan-nefqa ogħla ġew parti minn flus allokati mill-Ministeru tal-Finanzi u parti minn fondi tad-Dipartiment tal-Kultura.
Leg 9 PQ #21694 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Proġetti — Villa Rumana

Question

B'referenza għad-domanda parlamentari nru. 4332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar xi progress u xogħlijiet saru in konnessjoni mal-Villa Rumana fir-Rabat u x'hemm maħsub għall-futur ta' dan il-post?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena saru numru ta' interventi ta' manutenzjoni fuq il-bini tal-Villa Rumana, ir-Rabat, biex l-ilma tax-xita ma jitħallix jinfiltra ġewwa, kif ukoll għar-raġunijiet ta' sigurta`. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet ikkommissjona studju fuq l-istat strutturali tal-bini u soqfa ta' dan is-sit. Is-sena d-dieħla d-Dipartiment ser jimxi fuq ir-rapport ta' dan l-istudju biex jinbdew numru ta' interventi dwar il-konservazzjoni ta' dan is-sit biex jittejbu l-istruttura u s-servizzi tiegħu.
Leg 9 PQ #21699 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Proġetti — Tas-Silġ - M'Xlokk

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar xi progress sar fil-proġett ta' l-iskavi ta' Tas-Silġ ġewwa M'Xlokk u jgħid wkoll jekk kemm-il darba bdewx proċeduri sabiex it-triq tiġi mibdula u flok tgħaddi minn ġewwa l-post tgħaddi minn madwaru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fir-rigward ta' Tas-Silġ (Marsaxlokk) id-Dipartiment ilu mill-1995 jiżviluppa proġett ta' kollaborazzjoni ma' tliet Universitajiet Taljani - jiġifieri dawk ta' La Sapienza (Ruma), La Cattolica (Milan) u dik ta' Lecce - għall-istudju u s-salvagwardja ta' dan is-sit arkeoloġiku. Din il-kollaborazzjoni għandha bħala għan aħħari, kemm it-tlestija tar-riċerka fuq dan is-sit kif ukoll lil-konservazzjoni u l-aċċess għall-pubbliku ta' dan il-monument daqstant importanti. Dan il-proġett qed jiġi żviluppat anke permezz ta' fondi provduti mill-Ministeru ta' l-affarijiet Esteri tal-Gvern Taljan li din is-sena ipprovda għotja ta' Liri Taljani 80,000,000 biex jibda ix-xogħol ta' konservazzjoni fuq dan is-sit. Dan ix-xogħol fil-fatt inbeda bl-għajnuna teknika ta' l-Istituto Centrale per il Restauro ta' Ruma, bil-konsolidazzjoni u r-restawr tal-pavimenti antiki tat-Tempju ta' Tas-Silġ. Fil-futur qrib huwa maħsub li x-xogħol ta' konservazzjoni jitkompla bir-restawr tal-ħitan antiki ta' dan l-istess Tempju. Minn naħa tiegħu d-Dipartiment tal-Mużewijiet investa mas-Lm7,000 f'xogħol ta' emerġenza fuq is-sit ta' Tas-Silġ, kif ukoll f'xogħol ta' titjib ta' l-infrastruttura strutturali li tinsab ġewwa din iż-żona arkeoloġika. Il-pjan għat-tmexxija tat-triq minn ġewwa s-sit ta' Tas-Silġ ġie diskuss mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u tlesta l-abbozz ta' proġett. Huwa maħsub li dan il-pjan jinbeda f'fażi aktar avvanzata tal-Proġett billi huwa ta' inqas priorita` mix-xogħol ta' restawr kurrenti.
Leg 9 PQ #21287 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Korsijiet ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari nru. 20016?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna li isimha ntbagħat separatament qiegħda l-għaxar waħda fuq il-waiting list u għalhekk ma tantx hemm ċans li jmissha li tidħol fil-klassi li għażlet. Id-dipartiment offra lil din il-persuna post fi klassi oħra, f'ġurnata differenti fl-istess skola.
Leg 9 PQ #21551 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istrateġija għad-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' għas-snin li ġejjin? Il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija kif qed iħejji għaliha? Ma' min qed jikkonsulta? F'liema speċjalizzazzjonijiet (areas) tal-farmaċija jara li hemm bżonn jikber id-dipartiment?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istrateġija stabbilita mid-Dipartiment tal-Farmaċija ta' l-Universita` ta' Malta hija li jipprepara lill-ispiżjar għad-dinja tax-xogħol f'ambitu li jippromwovi saħħa aħjar għall-poplu fosthom fir-rwol ta' l-ispiżjar fis-saħħa primarja u klinika. Il-Kap tad-Dipartiment qed jinkoraġġixxi l-istaff tiegħu, kemm akkademiku, u non-akkademiku biex ikompli l-istudji tiegħu kemm Malta u kemm barra. Dan seta' jsir minħabba s-support u anke s-sagrifiċċju tal-Kap u l-istaff kollu tiegħu b'koperazzjoni biex waqt li wieħed qed jagħmel ir-riċerka staff l-ieħor jagħmel ix-xogħol ta' tagħlim u xogħol ieħor tad-Dipartiment. Il-Kap tad-dipartiment jikkonsulta ma' l-aqwa awtoritajiet farmaċewtiċi internazzjonali u juża l-kuntatti kollha possibli li kellu l-opportunita` jagħmel f'dawn l-aħħar 30 sena ta' ħidma fil-farmaċija. Id-Dipartiment jara li hemm bżonn jikber fil-farmaċija prattika u dik klinika. Qiegħed ukoll jistabbilixxi kuntatt ma' l-industrija farmaċewtika u ma' l-ispiżjara fil-komunita` f'Malta.
Leg 9 PQ #21552 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull meta jsiru departmental meetings fid-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita'? Min jattendi għal dawn il-meetings?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-meetings tad-Dipartiment isiru meta jkun hemm bżonn u jattendi l-istaff kollu akkademiku. Isiru ukoll meetings ma' l-istudenti kemm formali u informali.
Leg 9 PQ #21553 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' matul din is-sena? Kemm swew dawn iż-żjarat? Minn liema sorsi ġew il-flus biex tkopri din l-ispiża?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub hu kif ġej: 9-14 ta' Mejju 2000, Iceland ESCP Spring Clinical Pharmacy Conference on Clinical Pharmacy: Clinical Pharmacy Skills for the New Therapeutic Horizons Mistieden ta' European Society of Clinical Pharmacy (ESCP) biex jitkellem fil-konferenza ESCP: Lm498.80 Academic WOrk REsources Fund: Lm360 20-26 ta' Ġunju 2000, UK Viżta lil Royal Pharmaceutical Society of Great Britain, mistieden tal-President ta' din is-Soċjeta` u lil Dr Sam Salek ta' l-Universita` ta' Wales. International Office: Lm350. 26 ta' Awissu - 2 ta' Settembru 2000, Austria International Pharmaceutical Federation Pharmacy World Congress: Pharmacy in the 21st Century - the way forward Academic Work Resources Fund: Lm650 10-16 ta' Ottubru 2000, Basel ESCP Annual Conference: New Tecnologies, Pharmacists and Patients Mistieden ta' European Society of Clinical Pharmacy (ESCP) biex jitkellem fil-konferenza ESCP: Lm334.34 Academic Work Resources Fund: Lm280 9-12 ta' Novembru 2000, Brussels European Conference on Health Promotion in General Practice and Community Pharmacy: Experiences and Perspectives Mistieden bħala espert Socrates Office: Lm250 EU Project: Lm100+no registration fee mħallsa.
Leg 9 PQ #21554 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet akkademiċi fid-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' li huma vakanti u kemm inħolqu postijiet ġodda tul it-tmexxija tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ebda post fid-Dipartiment tal-Farmaċija li huwa vakanti. Il-postijiet akkademiċi li mtlew huma 2 full-time lecturers, 3 part-time lecturers u lectuer ieħor li jagħti terz mill-ħin lid-dipartiment.
Leg 9 PQ #21589 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Arkitettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istat tal-laboratorju ta' l-inġinerija fil-Fakulta' ta' l-Arkitettura fl-Universita'? It-tagħmir li fih kemm għandu żmien? Xi pjani hemm biex il-laboratorju jiġi mgħammra kif meħtieġ fiż-żmenijiet tal-lum? Kemm huwa stmat li tilħaq in-nefqa f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-laboratorju ta' l-Inġinerija Ċivili tal-Fakulta` ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili għandu nuqqasijiet serji billi ħafna mit-tagħmir li hemm fih huwa qadim u jeħtieġ li jinbidel. Tħejja rapport mid-Dekan tal-Fakulta` fejn ġie elenkat dak it-tagħmir li hu meħtieġ għall-korsijiet undergraduate, u huwa stmat li biex jinxtara dan it-tagħmir hemm bżonn mill-inqas Lm50,000.
Leg 9 PQ #21591 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Arkitettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex il-Fakulta' ta' l-Arkitettura, l-inġinerija ċivili ta' l-Universita' jiġu mgħammra b'computer lab biex l-istudenti jitgħallmu b'teknoloġiji aġġornati? Kemm huwa stmat li jiswa laboratorju ta' dan it-tip b'tagħmir bażiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fakulta` ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili għandha computer laboratory żgħir, iżda li mhux mgħammar biżżejjed għal ħteġijiet tal-lum. Din is-sena ġie maħtur lecturer part-time fil-Fakulta` biex jgħallem Computer Applications u dan bħalissa qiegħed iħejji skema għall-ħteġijiet immedjati tal-Fakulta` biex ikollha computer laboratory mgħammar aħjar. Għadha ma nħadmitx stima dettaljata ta' kemm dan ġej jiswa, iżda x'aktarx in-nefqa tkun ta' madwar Lm30,000.
Leg 9 PQ #21519 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'relazzjoni hemm bejn il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija u l-istudenti? X'passi beħsiebu jieħu biex dik li semma l-kap tad-dipartiment li hija interpretazzjoni ħażina minn numru ta' studenti, ma terġax sseħħ? Jaħseb illi l-istudenti jistgħu jħossuhom taħt xi pressjoni minnu minħabba dak li ġara?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21523 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-kors tal-farmaċija l-prattiċi tal-laboratorji, per eżempju, fil-kimika farmeċewtika, twaqqfu kompletament?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21543 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li filwaqt li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentri nru 14827 qal li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ta' promozzjoni lill-10 Assistant Librarians u Senior Assistant Librarian fl-Estimi ta' l-2001 fl-Appendix H (li qed jintbagħtu separatament) jidher li hemm Assistant Librarian wieħed u l-post ta' Senior Assistant Librarian lanqas biss hu mniżżel? Jista' l-Ministru jgħid minn fejn huma mislufa n-nies li jidhru fl-istess Appendix? Dawn din is-sena żdiedu, għax fl-estimi tas-sena 2000 ma jidhirx li kien hemm dan in-numru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-promozzjonijiet għall-gradi ta' Assistant Librarian (10) u Senior Assistant Librarian (1) li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ta, kienu kif ġej: Isem l-Impjegat/a Grad Dipartiment/Sezzjoni fejn huma impjegati Maria Camilleri Senior Assistant Libr. Libreriji u Arkivji (B'teka) Margaret Callus Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (B'teka) Louis Cini Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (B'teka) Carmelo Farrugia Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (Arkivju) Maria Calleja Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (Arkivji) Michael Cachia Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (C.P.L.) Priscilla Camilleri Assistant Librarian Segretarjat Privat Ministeru ta' l-Edukazzjoni Joseph Boffa Assistant Librarian Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (School Library Services) George Borġ Assistant Librarian Librerija Pubblika Għawdex George Cassar Assistant Librarian Librerija Pubblika Għawdex Rita Cassar Assistant Librarian Librerija Pubblika Għawdex Għalkemm fl-estimi tas-sena 2001 (Appendiċi H) hemm imniżżel Assistant Librarian wieħed u l-post ta' Senior Assistant Librarian mhux imniżżel, il-lista eżatta u korretta hija din kif semmejt. Informat ukoll li l-impjegati msemmija qed jitħallsu regolari skond il-grad tagħhom u dawn jidhru fil-paylist tat-Teżor. Ma jidhrux f'Appendiċi H ta' l-estimi għax ma kenux inklużi fir-return b'risposta għaċ-ċirkulari maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi. Dwar il-ħaddiema mislufa (on loan) mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, għad illi fl-estimi tas-sena 2000 hemm imniżżel impjegat wieħed misluf minn dipartiment ieħor, fil-fatt kien hemm erbatax-il impjegat misluf. Dan jidher ċar fl-Employment Return mibgħuta f'Diċembru 1999. Fil-preżent, fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji jinsabu jaħdmu tlettax-il impjegat misluf u b'hekk in-numru naqas b'wieħed, minn erbatax għal tlettax, wara li impjegat minnhom ma baqax misluf u ingħata trasferiment. It-tlettax-il impjegat li fil-preżent huma mislufa mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, huma:- Isem Grad Minn fejn ġejjin Maria Camilleri Assistant head Education Division Joseph Casha Teacher Education Division David Filippidis Teacher Education Division Joseph Sapiano Teacher Education Division Lilian Valletta Teacher Education Division Carmelo Micallef Messaġġier Education Division Simon Camilleri Group A-Carpenter Education Division Joe Stivala Group B- Skilled Labour Education Division Phyllis Żammit Group A Education Division Louise Abela Group A Education Division Carmelo Debattista Group A Education Division Joseph Bonniċi A.O. University of Malta Michael Angelo Mercieca E.O. Gozo Secretariat
Leg 9 PQ #21544 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-farmaċija ġie estiż għal ħames snin fl-Universita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21545 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' ressaq suġġeriment quddiem is-Senat biex it-titlu tal-kors tal-farmaċija jinbidel? Din il-bidla seħħet u għaliex? Saret konsultazzjoni mal-Kamra ta' l-Ispiżjara fuq dawn il-bidliet? X'kien il-parir li ngħata lilu mill-Kamra ta' l-Ispiżjara f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21549 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri akkademiċi full-time u part-time fid-dipartiment tal-farmaċija? X'inhuma l-kwalifiki ta' dawn il-membri? Kemm hemm staff akkademiku u mhux akkademiku illi għamel jew qed jagħmel studju post-graduate fuq farmaċija? X'inhi l-pożizzjoni tagħhom fid-dipartiment? Kemm hemm staff temporanju illi qed jagħti demonstrations u tutorials lid-dipartiment tal-farmaċija? Hemm nies oħrajn li qed jagħtu servizz akkademiku lid-dipartiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.