Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord għall-Kontroll tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Traffic Control Board huwiex imwaqqaf u jiffunzjona? Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-bord?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru konsultazzjonijiet biex jiġi mwaqqaf l-Bord imsemmi mill-Onor. Interpellant.

Marsa — Fisherman Street

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1312, jista' l-Ministru jara li jsir x-xogħol f'Fisherman Street, Marsa?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid ma l-informazzjoni li tajt lill-Onor. Interpellant f`domanda Nru. 1312.

Qormi — Triq il-Ħelsien

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel id-dipartiment tiegħu biex ir-residenti ta' Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien Ħal-Qormi ma jkomplux isofru danni konsiderevoli fil-proprjeta' tagħhom minħabba l-ilmijiet, eċċ. li jinżel fi djar tagħhom, wara li l-Planning Authority irrifjutat l-applikazzjoni (PC39/97) għal ftuh ta' Dragon Street? Id-dipartiment kif se jirrimedja għal dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jaqbad il-każ mal-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jiġi stabbilit x`jista jsir f`dan ir-rigward.

Spazju ta' l-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' vjolazzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru ta' Malta s-sena l-oħra? X'tip ta' ajruplani ġew individwati mill-awtoritajiet Maltin u ta' liema nazzjonalita' kienu? Saru xi protesti diplomatiċi mill-awtoritajiet Maltin fuq xi każi, u jekk iva, ma' liema pajjiżi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kien hemm erba` każi ta` nuqqas ta` identifikazzjoni ta` ajruplani fil-`Flight Information Region` ta` Malta matul is-sena 1998. Dawn l-inċidenti jikkonsistu li ajruplani għaddew mill-ispazju kkontrollat minn Malta mingħajr ma għamlu kuntatt maċ-Ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku ta` l-Ajru ta` Ħal-Luqa. Fit-tliet każi, la n-nazzjonalita` u lanqas t-tip ta` ajruplan m`hu magħruf. Fil-każ l-ieħor ġie identifikat it-tip t`ajruplan (P-3 Orion) iżda n-nazzjonalita` tiegħu ma ġietx identifikata. Minħabba li ma hemmx identifikazzjoni ta` nazzjonalita` mhux il-każ li saru xi protesti diplomatiċi.

Għajn Tuffieħa — Parking space

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5406 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista', jekk jogħġbok, tikkonsidra b'mod spedit il-pożizzjoni ta' parking ta' karozzi fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa 'il fuq mill-bajja? Tikkonsidra li bi ftit landscaping jista' jinħoloq numru konsiderevoli ta' parking f'post hekk frekwentat mill-poplu Malti, partikolarment fil-Ħdud? Tikkonsidra li dan ix-xogħol jibda mill-aktar fis possibbli ħalli għax-xhur tas-sajf ma jkunx hemm dik il-konfużjoni ta' traffiku f'bajja hekk popolari?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel spezzjoni fil-lokalita` u jara jagħmilx xi pjan kif issuġġerit mill-Onor. Interpellant.

Valletta — Uffiċċju tal-MAM

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5225 u r-risposta tal-Ministru, peress li jiena nformat li r-risposta m'hijiex kompleta, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jiġi nvestigat biex f'każ li jirriżulta li kien hemm użu ħażin tal-poter jittieħdu l-passi neċessarji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għaliex ir-risposta mhix kompleta, biex inkun nista` ninvestiga l-ilment ta` l-Onor. Interpellant.

Swieqi — Triq il-Qasab - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex Triq il-Qasab (Triq Ġdida fi Triq l-Ibraġġ) Swieqi, tingħata t-tarmac peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, wara li jkun żġurat li s-servizzi kollha huma fil-post.

Malta/Għawdex — Vjaġġi

Question

Billi sal-lum il-kumpannijia Gozo Channel għandha l-monopolju f'dawk li huma vjaġġi bil-baħar bejn Għawdex u Malta, jista' l-gvern jgħid jekk dan il-monopolju jridx jitneħħa kemm-il darba Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-Gozo Channel hi kumpanija li taqa taħt Ministeru ieħor, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat.

Toroq — Masterplan

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4426, jista' l-Ministru jgħid x'mezzi ta' konsultazzjoni qegħdin jintużaw fl-istudju li qed isir minn esperti Ġermaniżi dwar it-toroq f'pajjiżna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru konsultazzjonijiet individwali ma` l-utilities u aġenziji oħra governattivi biex dawn jipprovdu l-input neċessarju. Barra minn hekk qed isiru field trials sabiex is-suġġerimenti li saru fid-diversi rapporti jiġu ippruvati u dan il-proċess qed jinvolvi bis-sħiħ il-ħaddiema tat-toroq li l-quddiem iridu jwettqu ix-xogħol meħtieġ.

Toroq — Tiswijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1567, jista' l-Ministru jara li jibda jsir ix-xogħol meħtieġ peress li sal-11/1/99 kien għadu ma sar l-ebda progress fit-talba tiegħi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Onor. Interpellant indika l-post fejn issuġġerixxa li ssir ir-rampa lit-tekniċi tad-Dipartiment tat-Toroq. Fil-post indikat qatt ma kien hemm rampa u `l ftit ġebel li hemm forma ta` taraġ saru minn nies mhux magħrufa, billi qalgħu l-ġebel mill-ħajt u poġġewħ fuq xulxin. Għalhekk jidher li m`hemmx bżon għall-aċċess f`dan il-post għaliex jekk wieħed jimxi ftit metri l-isfel jaqbad it-triq li tagħti għal ġo ċ-ċimiterju.

Raħal Ġdid — Għajn Dwieli - Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru traffic lights b'urġenza f'Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, ħdejn ir-roundabout quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista jsir.

Ministeru tat-Trasport u Portijiet — Photocopy Machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

MMA — Reġistrazzjoni ta' vapur

Question

Il-vapur b'reġistrazzjoni Maltija - Simon de Danisen - li nqabad mill-awtoritajiet Ingliżi b'ammont kbir ta' droga, meta ġie reġistrat f'Malta għall-ewel darba? Meta ġie reġistrat l-ewwel darba ta' liema sidien kien? Dan il-vapur inbiegħ u lil min? Kopja tal-kuntratt ta' bejgħ ġie depositat ma' l-Awtorita' Marittima? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bastiment `Simon De Danser` ġie reġistrat f`Malta l-ewwel darba fil-21 ta` Marzu 1997 f`isem Delfin Shipping Company Limited. Minn dak in-nhar `l hawn ma ġie reġistrat l-ebda bejgħ. Kopja ta` l-Att tal-Bejgħ ġiet depożitata mar-Reġistratur tal-Bastimenti. Dan huwa dokument ta` natura kemmerċjali u privata u għalhekk ma jidhirlix li nista` nilqa` t-talba ta` l-Onor. Interpellant, biex il-kuntratt jitqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.

Awtorita' Marittima — Chief executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-liġi ta' l-Awtorita' Marittima tipprovdix għall-ħolqien ta' post ta' chief executive? Fil-fatt hemm persuna f'din il-kariga bħalissa u jekk iva, għal liema terminu ta' żmien inħatret u x'remunerazzjoni għandha apparti minn benefiċċji oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 5525.

Bormla — Santa Liena - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li t-toroq li hemm madwar il-blocks il-ġodda ta' Santa Liena, f'Bormla jingħataw kisja peress li jinstabu fi stat diżastruż u qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti l-ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari Nru. 3880 u ninfurmaħ illi d-Dipartiment tat-Toroq għamel stima tax-xogħol li jeħtieġ sabiex ikunu jistgħu jittieħdu passi biex l-inkonvenjent imsemmi jispiċċa.

Bormla — Triq il-Pellegrinaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata ftit it-triq quddiem il-flats il-ġodda fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla? Jaf il-Ministru li minħabba l-istat ħażin ta' din it-triq, fejn hemm uffiċċju tal-Maltacom u l-poliklinika, qed ikun hemm konfużjoni tat-traffiku minħabba l-ipparkjar u t-tħarbit tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal risposta li diġa ngħatat għal Mistoqsija ParlamentariNru. 5487.

Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Raħal Ġdid — Triq Għajn Dwieli - Bankini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 719 dwar bankini fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, peress li ġejt informat li s-servizzi huma mgħoddija kollha, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-bankini jsiru peress li ilhom imwegħda madwar erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid fuq l-informazzjoni mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Num. 719.

Qormi — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tat-Toroq se jagħti attenzjoni bis-serjeta' lill-istat diżastruż li jinsabu fih dawn it-toroq - Triq il-Ġunġlien, Triq il-Ħabbież, Triq Amleto Spiteri, Triq Ġużeppi Ciappara, Triq it-Tensiela u Triq Dun Mario, f'Ħal Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawn it-toroq huma diġa asfaltati u x-xogħol tal-manutenzjoni jew resurfacing isir mill-Kunsill.

PTA — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l-kunsilli lokali ta' Malta li talbu lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku sabiex testendi servizz ġdid tat-trasport fil-lokalitajiet rispettivi matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Liema rotot ġodda ġew approvati? Fuq liema kriterji l-awtorita' ma kkonsidratx dawn it-talbiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul l-aħħar sentejn l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku naqsulha diversi impjegati amministrattivi mingħajr ma ddaħħal ħaddiehor flokhom u billi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant jirrikjedi ħin twil ħafna u riżorsi biex jinġabar peress li dan l-eżerċizzju jfisser li trid tara kull `file` ta` kull Kunsill Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk jixtieq it-tagħrif mitlub dwar xi Kunsill jew Kunsilli Lokali partikolari, jinformani.