Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Kappella Santa Katerina

Question

Jista' l-Ministru jara jekk kemm-il darba l-kappelli li hemm f'Ħal Qormi, senjatament dik magħrufa bħala Santa Katerina, għandhomx xi kaxxi tal-Maltacom p.l.c. mwaħħlin magħhom jew humiex qegħdin viċin tant li jikkaġunaw ħsara u jkerrħu l-ambjent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma' wieħed mill-ġnub tal-Kappella ta' Santa Katerina f'Ħal-Qormi, il-Maltacom għandha cardphone u cabinet. Dawn ma jmissux mal-ħajt tal-kappella, iżda huma maqtugħin 'il barra u la huma ta' ħsara għall-istruttura ta' din il-kappella u lanqas qed ikerrħu l-ambjent ta' madwarha.
Leg 9 PQ #11999 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Butir - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 76c fuq kull kilo butir li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista'l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jassigura l-Ministru lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-butir għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat butir matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kollox jindika li s-sistema ta` ``export refunds`` li tithaddem mill-Unjoni Ewropeja fuq l-esportazzjoni ta` uhud mill-prodotti agrikoli, ser tinbidel radikalment fil-futur qrib, bhala parti mill-process ta` riforma istituzzjonali interna li l-Unjoni Ewropeja behsieba timplimenta sas-sena 2002. Ghalhekk mhux mistenni li importaturi Maltin jkunu f`qaghda li jkomplu jiehdu vantagg minn skemi ta` `export refunds` wara s-sena 2003. Dan independentement minn jekk Malta ssirx membru jew le ta` l-Unjoni Ewropeja. Tajjeb ukoll jinghad li diversi gzejjer li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropeja jibbenifikaw minn `specific supply measures` li wiehed irid jiehu in kunsiderazzjoni meta jqis il-pozizzjoni ta` Malta bhala pajjiz membru. Ghal dak li jirrigwarda kummerc fil-prodott imsemmi, wiehed jista` jsib dawn id-dettalji kollha fil-pubblikazzjoni `Trade Statistics` li l-Ufficcju Centrali ta` l-Istatistika jippubblika kull sena.
Leg 9 PQ #12000 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Zokkor - Export refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi, il-fabbriki, dolċiera, eċċ lokali jitilfu export refund ta'madwar 22c3 fuq kull kilo zokkor li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tagħmel użu minn dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura l-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta'l-Unjoni Ewropea il-prezz taz-zokkor għall-poplu tagħna mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat zokkor matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12001 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Ross - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewoprea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 6c fuq kull kilo ross li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista'l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista'l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tar-ross għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat ross matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12002 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Trab tal-ħalib - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund fuq kull kilo trab tal-ħalib li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tat-trab tal-ħalib għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat trab tal-ħalib matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12003 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Ġobon - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 52c fuq kull kilo ġobon li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-ġobon għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie mportat ġobon matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12004 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Export Refund - Sunflower oil/olive oil

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewoprea l-imporaturi lokali jitilfu export refund fuq kull litru ta' sunflower oil, olive oil, eċċ li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tas-sunflower oil u l-olive oil għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġew importati varjetajiet ta' żjut ta' din il-kwalita' matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11999 moghtija fis-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #12019 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Detectors - Roster

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-roster li jaħdmu d-detectors ta' leakages ta' l-ilma li jaħdmu mal-Water Services Corporation?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-dedectors ta` leakages tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma jahdmu gimgha ta` erbghin siegha mqassma kif gej. It-Tnejn, l-Erbgha u l-Gimgha mis-sebgha ta` filghaxija sal-hamsa ta` filghodu ta` l-ghada u darba s-Sibt u d-darba ta` wara l-Hadd mis-sebgha ta` filghaxija sal-hamsa ta` l-ghada filghodu.
Leg 9 PQ #11604 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġiljan — Triq il-Knisja - Playing field

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex il-playingfield u l-football pitch li hemm fi Triq il-Knisja, San Ġiljan, quddiem fejn qed tinbena l-Hilton Hotel isirilha d-dawl meħtieġ peress li din hi hija mudlama u minħabba f'hekk ma tistax titgawda filgħaxijiet mit-tfal li jgħixu fl-akwati? Jista' l-Ministru jikkonsidra din it-talba bħala waħda urġenti u bżonnjuża peress li kif l-imsemmija playingfield tinsab preżentement tista' tintuża għal diversi abbużi, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li din tinsab ftit passi 'l bogħod minn Paceville?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li meta l-Enemalta ssirilha talba formali biex jiddawwal il-grawnd tal-futbol f`San Giljan, din tigi kkunsidrata taht il-policy tal-Korporazzjoni li tipprovdi biss il-materjal mehtieg. Fir-rigward tal-playing field, l-Enemalta lesta tikkunsidra li taghti servizz ta` l-elettriku jekk issirilha talba f`dan is-sens.
Leg 9 PQ #11976 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Negozjati dwar il-privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux lesti n-negozjati dwar il-privatizzazzjoni tal-Kumpannija Kalaxlokk? Tista' xxandar il-konklużjonijiet ta' dawn in-negozjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11884 waqt is-Seduta numru 201.
Leg 9 PQ #12029 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Units b'xejn lil ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-500 unit b'xejn li kienu jieħdu l-ħaddiema ta' l-enemalta u li kienu ngħataw mill-amministrazzjoni Nazzjonalista, għadhomx jingħataw? Jekk le, meta tneħħew u għalfejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-haddiema ta` l-Enemalta ghadhom jiehdu l-units li ghalihom qed issir riferenza.
Leg 9 PQ #12032 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Sqaq Ħas Sajjied - Bozza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11273 fejn tlabt trasferiment ta' bozza minn ma' razzett antik fejn qed tagħmel ħsara strutturali għal ma' arblu diġa' eżistenti li huwa faċċata. Jista' l-Ministru jara għaliex l-Enemalta għadha ma lestitx din il-biċċa xogħol żgħira minkejja li ilhom isiru diversi lmenti dwarha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jirrizultax li l-hsara qed tigi kkawzata mil-lampa msemmija. Barra minn hekk, is-suggeriment biex din il-lampa titpogga fuq arblu fil-qrib mhuwiex accettabbli ghall-Korporazzjoni Enemalta peress li hemm lampa ohra fil-qrib.
Leg 9 PQ #12035 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Qlejjgħa — Arblu tad-dawl

Question

Peress li l-arblu tad-dawl li tpoġġa ħdejn it-tifkira tal-ftuħ ta' l-ewwel fażi tal-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejjgħa fil-parti tal-wied magħrufa il-Fiddien qed iħalli mpatt negattiv mal-karatteristika u l-ambjent ta' l-inħawi, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-arblu jsir ta' l-injam sabiex ikun aktar kompatibbli ma' l-ambjent fl-inħawi? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suggerimenti ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta ghall-kunsiderazzjoni taghha.
Leg 9 PQ #12062 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Luqa - Tarxien Road

Question

Jista' l-Ministru jassigurana li l-provvista ta' l-ilma f'Tarxien Road, Luqa, tkun mingħajr sadid?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma sabiex jigi investigat u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #12064 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-make tal-karozza li ġiet leased mill-Ministeru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-karozza ufficjali li qed tintuza minn wiehed mis-Segretarji Parlamentari li jiffurmaw parti mill-Ministeru tieghi. Il-karozza wzata hija tat-tip `Volvo`.
Leg 9 PQ #12065 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Ekonomisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ekonomisti li hemm attached mal-ministeru jew li qed jaħdmu fuq bażi ta' konsulenza? Kif ġew ingaġġati u b'liema rati ta'ħlas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-prezent il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici qed jaghmel uzu mis-servizzi ta` erba` ekonomisti li gew ingaggati mill-Ministeru fuq bazi ta` konsulenza. Dawn huma l-Professur Bernard Gauci, il-Professur Joseph Falzon u s-Sinjuri Nazzareno Camilleri u Joseph Vella. Dawn qed jircievu remunerazzjoni ta` Lm10,000, Lm2,000, Lm5,100 u Lm4,186 rispettivament.
Leg 9 PQ #11283 Sitting 209 1999-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pembroke — Mains ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex main ta' l-ilma fi Triq Ignazio Gavino Bonavita f'Pembroke jiġi mibdul u cioe' jsir wieħed ġdid minflok dak li hemm peress li jirriżulta li għal dawn l-aħħar xhur dan kellu diversi ħsarat u riżutat ta' hekk it-triq imsemmija saritilha diversi ħsarat?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #11974 Sitting 209 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Terminal 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se titħallas b'kollox in-Novita' għax-xogħol li għamlet fuq Terminal 2 tal-Freeport? Kemm tħallset s'issa minn din is-somma? Minn dak li tħallas jew se jitħallas kemm hemm minnu għal extra work? Fiex jikkonsisti l-extra work? Tikkonferma li mill-ħlasijiet dovuti lin-Novita' se titnaqqas is-somma ta' Lm3.1 miljun talli ma żammitx magħha l-ħaddiema tal-Kalaxlokk?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12014 Sitting 209 1999-12-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif persuna li toqgħod waħedha (Account 9401 363 80) qed tirċievi kontijiet għoljin tad-dawl u l-ilma fil-livelli ta' Lm102.00 kull term meta suppost is-servizzi tad-dawl u l-ilma kellhom jorħsu u mhux jgħolew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li fil-kaz li ghalih qed issir riferenza ma giex specifikat l-ammont ta` konsum, wiehed ma jistax jasal ghal konkluzjoni immedjata. Il-kaz gie mghoddi lill-Korporazzjoni ta` l-Ilma sabiex jigi mistharreg.