Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttur Edlerly

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikaw għall-post ta' Direttur Edlerly? Meta saru l-interviews u min kien fuq il-bord tal-għażla? Meta hu maħsub li joħroġ ir-riżultat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-kariga msemmija mhix f’po¿izzjoni dipartimentali izda pożizzjoni ta’ tmexxija fis-servizz pubbliku, jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Reviżjoni ta’ Pensjoni – Każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1909, cioé li l-individwu ġie infurmat permezz ta’ ittra bid-data ta’ 11 ta’ Lulju 2013.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara x’sar mill-każ f’idejn l-Awtorità tad-Djar fejn fl-24 ta’ Ġunju 2013 mar il-perit u minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma kellhiex risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li perit tal-Awtorità tad-Djar spezzjona l-fond fl-24 ta’ Ġunju, 2013, talab informazzjoni oħra rigward l-okkupanza tal-blokka fl-1 ta’ Lulju, 2013 għax rriżulta illi hemm diversi illegalitajiet fuq il-bejt li qegħdin jagħmlu ħsara. It-tweġiba bid-dettalji mitluba waslet għand il-perit fil-25 ta’ Settembru, 2013. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li ngħatat ser jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn l-illegalitajiet jitneħħew. Sadanittant, se jsiru ukoll xi tiswijiet oħra neċessarji fil-komun fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif jiġi magħżul kuntrattur sabiex iwettaqhom.

Home Help — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward is-servizz tal-home help?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjura msemmija diġà tingħata s-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar permezz tal-kuntrattur. Hija għandha tliet sigħat fil-ġimgħa.

incontinence service — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għall-incontinence service u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu dawn il-flus?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Inkontinenza wara l-aħħar budget.

Public Private Partnership beds — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni għall-flus allokati għall-Public Private Partnership beds għall-anzjani u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu dawn il-flus?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għall-Public Private Partnership beds għall-anzjani wara l-aħħar budget.

Djar tal-Anzjani — Public Private Partnership

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus lis-sidien tad-djar tal-anzjani li huma fl-iskema ta’ Public Private Partnership minn wara l-elezzjoni ’l hawn? Tista’ tagħti breakdown ta’ kull pagament li sar, lil min sar u meta sar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – security officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk security officers fir-Residenza San Vinċenz de Paul hux qed jagħmlu overtime fis-swali bħal carers jew nursing aides? Jekk iva kemm-il darba għamlu overtime? Dawn il-persuni li qed jagħmlu overtime fis-swali meta ġew trasferiti għal mas-security officers tar-residenza u x’inhu l-grad tagħhom? Fejn kienu qabel?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ħadd mill-ħames ħaddiema li għandhom il-grad ta’ security officer ma rreġistra overtime fis-swali biex jagħmlu xogħol ta’ carers u nursing aides.

Residenza San Vinċenz de Paul – kamra mortwarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każ minn Marzu 2013 ’il hawn fejn mill-kamra mortwarja tar-Residenza San Vinċenz de Paul katavru ttieħed għad-difna u wara rriżulta li kien ittieħdet il-persuna żbaljata? Jekk iva meta seħħ dan il-każ? Laħaq indifen dan il-mejjet? Jekk iva, kemm kien ilu li ndifen? X’ħin ittieħed il-mejjet għad-difna u meta indunaw li kien ittieħdet il-persuna żbaljata għad-difna?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ li qed jirreferi għalih l-interpellant gara fit-23 ta’ Marzu li għadda. Fuqu saret investigazzjoni interna biex kienu stabbiliti l-fatti kif graw. Il-Management il-ġdid tal-isptar ħa l-passi necessarji biex każi bhal dawn ma jkunux ripetuti.

Residenza San Vinċenz de Paul — festi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fix-xhur tas-sajf kemm-il darba anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul inħarġu u ttieħdu għal xi festa ta’ xi parroċċa? Meta u fl-liema parroċċi inħarġu r-residenti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sajf l-għadd ta’ żjajar ta’ anzjani f’SVPR għal xi festa ta’ xi parroċċa kien jammonta għal 31 darba. Dan ma jinkludlix l-għadd ta’ attivitajiet kemm fir-Residenza ta’ San Vinċenz kif ukoll lokalitajiet barra. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Applikazzjoni għall-fostering – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara fejn waslet l-applikazzjoni għall-fostering tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret l-ewwel żjara għand il-koppja wara li huma applikaw sabiex jibdew il-process tal-‘Fostering’. Huma ntalbu sabiex jirriflettu sew fuq il-ħsieb tagħhom.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba attendit għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minflokha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-9 ta’ Marzu ‘l hawn, attendejt il-Kunsill Infomali tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Litwanja bejn il-11 u t-12 ta’ Lullju 2013. Fir-rigward tal-Kunsill tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Gunju 2013, attenda l-Onor. Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Telecare — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas servizz tat-Telecare u jekk iva b’kemm tnaqqsu (jew żdiedu) il-flus allokati għat-Telecare?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tat-Telecare wara l-aħħar budget.

Meals on Wheels — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas servizz tal-Meals on Wheels u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu l-flus allokati għall-Meals on Wheels?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Meals on Wheels wara l-aħħar budget.

Home Help — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas-servizz tal-Home Help u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu dawn il-flus?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Home Help wara l-aħħar budget.

Il-Belt Valletta – akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3266 u ċjoè: Minħabba li l-Belt Valletta hija waħda mil-lokalitajiet li għandha l-aktar talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet jew proġetti intiżi biex tiġi indirizzata din il-problema?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament qiegħed isir eżerċizzju fuq fondi tal-Gvern li jinsabu vojta għal xi raġuni. Dan l-eżerċizzju qed isir sabiex appartamenti mhux utilizzati jerġgħu jaqgħu f’idejn l-Awtorita’ u jintużaw sabiex nagħtu assistenza soċjali lil ħaddieħor.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetá Soċjali — kuntratti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanha, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

blokka ta' appartamenti – common areas

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx possibilità li l-common areas tal-blokka ta' appartamenti li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isiru u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qabbdet kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet u għandhom jitlestew fil-jiem li ġejjin.

Pensjoni – każ ta’ individiwu

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Akkomodazzjoni Soċjali — Applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 995, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar f’kemm mit-3,003 applikazzjoni pendenti saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar matul l-aħħar erba’ xhur? F’liema lokalitajiet saru dawn l-ispezzjonijiet, bl-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.